Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 Aħbarijiet 4 UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Parti mill-Proġett: "ESF 02.053 - Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs", il-Ministeru għas-Saħħa għandu fondi Ewropej biex jipprovdi taħriġ barra minn Malta lil persuni li jixtiequ jsiru: Genetic Counsellor (Grad ta' Masters) Orthoptists (Grad ta' Baċellerat) Optometrists (Grad ta' Baċellerat) Il-proġett ikopri taħriġ barra minn Malta, kotba u apparat neċessarju jiġu pprovduti, titjiriet tal-ajru, stipendju waqt li tkun barra minn Malta, impieg u salarju waqt it-taħriġ u impjieg għal min itemm dan it-taħriġ b'suċċess. Iktar informazzjoni fuq dan it-taħriġ jista jiġi aċċessat mis-sit tal-gvern http://deputyprimeminister.gov.mt/en/ahcs/Pages/ESF-projects.aspx jew billi iċċempel fuq +356 2545 6831 or +356 2545 6886 Dawk interessati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni sa mhux aktar tard min nofsinhar (Ħin tal- Ewropa Ċentrali) tat- Tnejn, 24 ta' Ġunju 2019 fis-sit https://recruitment.gov.mt// Minn Yendrick Cioffi IL-GAZZETTA ILLUM tinsab infurmata li s-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali qiegħed jikkonkludi numru ta' diskussjonijiet dwar il- karozzini fit-toroq tant li fil-ġranet li ġejjin se jkun qed iħabbar id-dettalji. Din il-gazzetta bagħtet tistaqsi lis- Segretarjat Parlamentari u anke lid- Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali dwar miżuri li se jittieħdu biex ikunu evitati inċidenti biż-żwiemel minħabba s-sħana kif kien ġara fit-8 ta' Awwissu tas- sena li għaddiet, meta żiemel kien waqa' u miet fil-Furjana. F'Settembru, l-ILLUM kienet tkellmet ma' kuċċiera li kienu spjegaw kif waqt laqgħa li kellhom wara dan l-inċident, mas-Segretarju Parlamentari għad- Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri u d-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, Noel Montebello, kienet issemmiet il-proposta li l-karozzini jieqfu jaħdmu bejn nofsinhar u s-sagħtejn, jiġifieri fl-eqqel tas-sħana. Din il-proposta ma tantx kienet niżlet tajjeb mal-kuċċiera, għax fi kliemhom, dawk huma l-aħjar sigħat għalihom, anke jekk kienu saħqu li lesti jieqfu jaħdmu f 'dawk il-ħinijiet jekk it-temperaturi jilħqu temperaturi "eċċessivi." Kien intlaħaq ukoll qbil biex tinbidel ir-rotta biex tkun evitata t-telgħa tal- Kurċifiss u anke t-telgħa wieqfa ta' taħt il-Qanpiena tal-Assedju. Apparti minn hekk, mal-ILLUM, il- kuċċiera kienu wrew ix-xewqa li jkollhom aktar kumdità, inkluż tined aħjar u aktar aċċess għall-ilma. Madanakollu, dwar dan il-proposti ma kien reġa' ssemma xejn. Kien għalhekk li ġaladarba s-sħana kkargat, il-gazzetta ILLUM bagħtet tistaqsi lis-Segretarjat Parlamentari u anke lid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali dwar dawn il-proposti, jiġifieri jekk il-kuċċiera hux se jaħdmu bejn nofsinhar u s-sagħtejn, x'se jsir mir-rotta u x'miżuri se jittieħdu biex ikun assigurat li ż-żwiemel ma jbatux mis-sħana. Fit-tweġiba tiegħu s-Segretarjat Parlamentari kkonferma li ġew konklużi diskussjonijiet bid-dettalji u l-miżuri se jkunu qed jitħabbru fil-jiem li ġejjin. Fil-jiem li ġejjin se jitħabbru dettalji ġodda dwar il-karozzini fit-toroq Minn Liam Carter GĦAXAR snin wara li kien introdott f 'Malta r-radju diġitali huma biss 13% tal-Maltin li jużaw ir-radju diġitali (DAB Radio) sabiex jisimgħu l-programmi favoriti tagħhom. Dan kien żvelat minn stħarriġ li kien ippubblikat din il-ġimgħa mill-Awtorità tax-Xandir. Skont ir-rapport, il- maġġoranza ta' dawk li wieġbu għall-mistoqsijiet tal-Awtorità, 76%, qalu li m'għandhomx sett tar-radju diġitali. Min-naħa l-oħra, 5.4% qalu li ma jafux x'tip ta' sett tar-radju għandhom filwaqt li 1.6% qalu li m'għandhomx sett tar-radju. Din l-aħħar statistika tikkonferma żieda minima f 'dan ir-rigward mill-aħħar riċerka tal-Awtorità tax- Xandir f 'Ottubru tas-sena 2018. Id-differenza prinċipali bejn sett tar-radju diġitali u dak tradizzjonali tal-FM hi li s-semmiegħa għandhom il-lussu li jisimgħu aktar stazzjonijiet. Dan għaliex l-FM huwa limitat għall-13-il stazzjon lokali filwaqt li bir-radju diġitali, is-semmiegħa lokali jistgħu jaqbdu 'l fuq minn 50 stazzjon. Apparti dan, bl-użu ta' radju diġitali l-istazzjonijiet jistgħu jinqabdu aktar faċli l-istazzjonijiet kemm lokali u dawk internazzjonali. Ir-rapport sab ukoll li fost dawk li għandhom sett tar- radju diġitali, il-maġġoranza xorta waħda qalu li jisimgħu stazzjonijiet lokali biss. Skont l-istess rapport, dawk li qalu li għandhom sett tar-radju diġitali kien l-aktar fl-età ta' bejn il-21 u l-50 sena, segwiti minn dawk ta' bejn il-51 u s-70 sena. 13% biss tal-Maltin jużaw radju diġitali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019