Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 661 • 16 ta' Ġunju 2019 Wara ħames snin, Erin Tanti jwieġeb ħati; l-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li kien ġara lura -2014 Ara paġni 14 u 15 Jude Amin Utulu, eks plejer ta' Sliema Wanderers u Naxxar Lions kif ukoll eks FIFA Elite referì, jitkellem għall-ewwel darba wara li ġie sospiż mill-MFA. Mal-ILLUM, Utulu jirrakkonta x'ġara eżatt fl- aħħar xhur u kif ġie ttrattat mill-MFA. Ara paġni 10 u 11 ĠENITURI tkellmu inkwetati u rrabbjati fl-istess ħin wara li t-tifla tagħhom, li għad għandha ħames snin, tħalliet waħedha, fis- 6:30am, tistenna li tiftaħ l-iskola. Iżda dan mhux każ iżolat, hekk kif l-ILLUM tkellmet ma' ġenituri oħra li wkoll insistew li t-tfal tagħhom ġieli tħallew jistennew quddiem l-iskola, anke jekk ma' tfal oħra. Din il-gazzetta tkellmet ma' xufiera tal-vannijiet tal-iskejjel li saħqu kif din hija sfida li jiltaqgħu magħha ta' spiss, partikolarment fejn jidħlu l-iskejjel tal-privat u tal- Knisja. Anke jekk mhux fir- responsabbilità tagħhom, ix-xufiera jisħqu li qatt ma għandhom iħallu tfal, speċjalment dawk żgħar waħedhom waqt li appellaw lill-iskejjel biex jiftħu aktar kmieni. Min-naħa tiegħu, id-Delegat tal-Arċisqof responsabbli mill-iskejjel tal-Knisja, Patri Charles Mallia saħaq li l-problema mhijiex li l-iskejjel jiftħu tard, iżda li t-tfal qed jitwasslu kmieni wisq. Aqra aktar f 'paġna 6 Tifla ta' ħames snin titħalla waħedha tistenna quddiem skola Nr 661 • 16 ta' Ġunju 2019 Jude Amin Utulu, eks plejer ta' Sliema Wanderers u Naxxar Lions kif ukoll eks FIFA Elite referì, jitkellem għall-ewwel darba wara li ġie sospiż mill-MFA. Mal-ILLUM, Utulu jirrakkonta x'ġara eżatt fl- aħħar xhur u kif ġie ttrattat mill-MFA. JALLEGA LI LMFA EMMNET BNIEDEM LI JBAGĦBAS ILLOGĦOB

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019