Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 Aħbarijiet 8 Minn Liam Carter LIŻGĦAR sindku f 'waħda mill-akbar lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Din il-ġimgħa l-ILLUM tkellmet mas-Sindku l-ġdid dwar x'wassal għall-kandidatura tiegħu, x'inhuma l-akbar sfidi f 'din il-lokalità kif ukoll staqsietu dwar l-ewwel proġetti tiegħu f 'Citta Hompesch Għalfejn ħassejt il-ħtieġa li toħroġ għall-politika? Minn dejjem kont involut fl-għaqdiet lokali, f 'irwoli differenti ta' tmexxija. L-interess tiegħi dejjem kien li nara proġett jirnexxi u bħala grupp jew għaqda tagħmel suċċess. Kienet dejjem xewqa tiegħi però n-nies ta' madwari ħeġġewni aktar biex nagħmel dan il-pass, u nikkontesta għall- elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Din hi l-ewwel darba li inti kkontestajt l-elezzjoni politika. X'taħseb li wassal sabiex tikseb dan ir-riżultat eċċellenti? In-nies saru jridu liż- żgħażagħ fit-tmexxija għax kapaċi nġibu l-bidla u ħidma kontinwa. Aktar minn hekk rajt li nagħmel kampanja kreattivà, nadifa u pożittiva. X'taħseb li se jkunu l-akbar sfidi tiegħek għal-leġiżlatura li ġejja? Bħala l-iżgħar sindku b' waħda mill-akbar lokalitajiet diġà hija sfida, però l-isfidi dejjem għoġbuni. Naħseb li l-ambjent, l-indafa u riġenerazzjoni tal-lokal ser ikunu sfidi akbar imma interessanti. X'inhuma l-ewwel proposti jew proġetti tiegħek bħala s-Sindku l-ġdid ta' Ħaż-Żabbar? L-ewwel pass hu li nżomm kontinwità fuq proġetti mibdija, imbagħad flimkien ma' sħabi kunsilliera u residenti nfasslu pjan kif ser nimplimentaw il-manifest elettorali matul din il- leġiżlatura ta' ħames snin. Serraħ moħħok għandna ħafna x'nagħmlu b'lista ma tispiċċa qatt. 'In-nies iridu liż-żgħażagħ fit- tmexxija għax kapaċi nġibu l-bidla' FILJUM Dinji tad-Donaturi tad- Demm, il-President ta' Malta George Vella ta rikonoxximent lil 17-il donatur tad-demm talli ddistingwew ruħhom bid-donazzjonijiet tad- demm matul is-snin. Din hija l-ħames darba li din iċ- ċerimonja saret taħt il-Patronċinju tal-President ta' Malta. Din is-sena ġew onorati għaxar nisa u sebat irġiel. Dawn huma Joanna Abela, Rita Azzopardi, Martin Bugelli, Susanne Bonnici, Jimmy Sammut, Josette Farrugia, Lawrence Gialanze, Margaret Galea, Anthony Deguara, Doris Grima, Paul Deguara, Maria Portelli, Alfred Calleja, Mary Sant, Stephen Vella, Joanna Pecorella u Anna Zammit. Il-President iddeskriva d-donazzjonijiet tad-demm bħala ġest li huwa nobbli u ammirevoli. Qal li meta kien ukoll pazjent, seta' japprezza lid-donatur li bis-saħħa tiegħu seta' jieħu l-kura, kif ukoll lill- ħaddiema, tobba u infermiera li jaraw li d-demm meħtieġ ikun ta' kwalità. Il-President radd ħajr lil dawk kollha li jaħdmu fis-servizz nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, kif ukoll tal-Banek tad-Demm tal-Isptar Mater Dei u tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex, filwaqt li esprima sodisfazzjon lejn "il- qalb kbira tal-poplu Malti." Il-President Vella temm id-diskors tiegħu b'appell biex jinkoraġixxi qraba u familjari tad-donaturi tad-demm, biex jieħdu l-eżempju tagħhom u jsiru huma wkoll donaturi regolari tad- demm. Matul iċ-ċerimonja qasmu l-esperjenza tagħhom Kenneth Frendo (li waqqaf il-Fondazzjoni Smiling with Jerome) u Christine Grixti, filwaqt li s-Surġent Simon Schembri tkellem dwar id-diffikultajiet li għadda minnhom u kemm kien importanti d-demm biex baqa' ħaj. It-tema magħżula għal din is-sena hija 'Demm Sigur għal Kulħadd'. L-għan ta' din it-tema huwa iktar nies jitħajru jsiru donaturi tad-demm u jagħtuh b'mod regolari bl-għan li l-provista tlaħħaq mal-bżonnijiet tal- pazjenti li jkunu jeħtieġu t-trasfużjoni tad-demm. Iċ-ċerimonja saret fil-Palazz Verdala u kienet organizzata mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm taħt il-Patronċinju tal-President ta' Malta. 'Meta kont pazjent stajt napprezza aktar lid-donaturi tad-demm' - Il-President Is-Sindku ta' Ħaż- Żabbar Jorge Grech Il-President ta' Malta George Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019