Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626
Minn Yendrick Cioffi FI tmien snin Malta rreġistrat żieda qawwija fl-għadd ta' permessi għar- residenza mogħtija lil dawk il-persuni li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea. Skont statistika riċenti tal-Eurostat, fl-2017 biss, Malta ħarġet permess għar- residenza lil madwar 25,871 persuna. Dan l-ammont huwa ħafna akbar minn dak irreġistrat fl-2009, meta skont l-istess statistika, f 'Malta nħarġu 4,608 permessi għar- residenza. Ħlief għas-snin ta' bejn l-2009 u l-2012, iż-żieda qed tkun waħda sostanzjali kull sena. L-akbar żieda kienet irreġistrata bejn l-2013 u l-2014. F'sena waħda biss, il-permessi għar-residenza żdiedu bi ftit inqas minn 6,000, hekk kif fl-2009 kienu nħarġu 9,934 permess filwaqt li fis-sena ta' qabel dan ingħata lil 15,342 persuna. Fis-snin ta' wara, l-ammont kompla jiżdied b'mod sostanzjali hekk kif inħarġu 18,678 permess fl-2015 u 20,661 permess fl-2016 biex sas-sena ta' wara, jiġifieri l-2017, dawn reġgħu żdiedu b'5,210 permessi. Għaliex l-aktar li nħarġu permessi għar- residenza? F'dan il-każ, permess għar- residenza jfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta' pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea biex persuna li tkun ġejja minn pajjiż terz tkun tista' tibqa' għal żmien itwal fit- territorju tagħha. Dan il-permess ikun validu għal minn tal- inqas tliet xhur. Permess għar-residenza jingħata għal diversi raġunijiet, fosthom minħabba xogħol, edukazzjoni, raġunijiet familjari u oħrajn. Mit-total ta' permessi għar- residenza mogħtija f 'Malta fl-2017, il-maġġoranza, jiġifieri 12,824 permess, ingħataw għal raġunijiet ta' xogħol, jiġifieri lil dawk il-persuni li ġew Malta biex jaħdmu. 7,761 permess għar- residenza nħarġu minħabba raġunijiet familjari, filwaqt li 1,514 ingħataw lil studenti minn barra mill-Unjoni Ewropea li kienu qed jistudjaw Malta. U għalkemm kienu japplikaw dan il- permessi? Apparti minn hekk, skont l-istess statistika, il-maġġoranza assoluta tal- permessi maħruġa fl-2017, jiġifieri 23,165 permess, kienu validi għal 12-il xahar jew inkella aktar. 2,267 permess kienu validi għal bejn sitt xhur u 11-il xahar, filwaqt li 439 persuna ngħataw permess biex jibqgħu Malta għal bejn tlieta u ħames xhur. Malta kif tikkumpara mal-bqija tal-Istati Membri? Malta rreġistrat it-tielet l-akbar żieda fl-għadd ta' permessi għar-residenza mogħtija lil ċittadini minn barra l-Unjoni Ewropea. Malta kklassifikat wara l-Ungerija li fl-2017 irreġistrat żieda ta' 113% fil- permessi mogħtija fuq is- sena ta' qabel u l-Bulgarija li rreġistrat żieda ta' 41% fuq l-2016. Jekk wieħed iqabbel l-2017 mal-2016, Malta rreġistrat żieda ta' 25% fl-għadd ta' permessi għar-residenza maħruġa. Għalkemm ħafna inqas mill-Ungerija u l-Bulgarija xorta ħafna aktar mill- medja Ewropea ta' 5%. Ħlief għall-Estonja, ir- Repubblika Ċeka, il-Latvja, ir-Rumanija, il-Greċja u anke l-Italja, il-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea rreġistraw żieda fl-għadd ta' permessi għar-residenza maħruġa. Fil-fatt l-Italja kienet ukoll l-uniku stat membru li rreġistra tnaqqis fost dawk il-pajjiżi bl-akbar ammont ta' permessi għar-residenza. 7 Aħbarijiet Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 | illum Il-Bank Malti ta' Żvilupp (Malta Development Bank - MDB) qed iniedi l-Istrument Finanzjarju 'Further Studies Made Affordable' (FSMA) li jgħin lil studenti eliġibli li jixtiequ jkomplu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom permezz tal-edukazzjoni. L-Istrument Finanzjarju huwa ffinanzjat mill-Programm Operattiv II – "Ninvestu fir-riżorsi umani sabiex noħolqu iktar opportunitajiet filwaqt li nippromovu t-tisħiħ tas-soċjetà" li huwa ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Programm 2014-2020. L-għan tal-Istrument Finanzjarju 'FSMA' huwa li jgħin fl-iżvilupp tar-riżorsi umani billi jagħti finanzjament lill-istudenti li jixtiequ jkomplu jistudjaw fuq bażi 'full-time' jew 'part-time'. L-għan ta' din is-Sejħa għall-Għoti ta' Servizzi (is-"Sejħa") huwa sabiex tintgħażel Istituzzjoni Finanzjarja, waħda jew iktar, li hija liċenzjata sabiex topera taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, Kapitolu 371 tal-Liġijiet ta' Malta, għall-implimentazzjoni tal-Istrument Finanzjarju 'FSMA'. L-Istituzzjoni Finanzjarja magħżula mistennija tibbenefika minn protezzjoni kontra t-telf permezz ta' limitu massimu ggarantit fuq portafoll ta' self. L-Istituzzjonijiet Finanzjarji li ser japplikaw f 'din is-Sejħa għandhom juru l-interess tagħhom billi jimlew u jissottomettu d-dokumentazzjoni tas-Sejħa għall-Għoti ta' Servizzi sa nofsinhar tas-26 ta' Lulju 2019. Ser issir sessjoni ta' informazzjoni sabiex jingħataw dettalji dwar is-Sejħa fis-17 ta' Ġunju 2019. Sabiex tirreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni ibgħat posta elettronika fuq: info@mdb.org.mt. Iktar informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti tista' titniżżel mis-sit elettroniku tal-MDB: www.mdb.org.mt Sejħa għall-Għoti ta' Servizzi għall-implimentazzjoni tal- Istrument Finanzjarju 'Further Studies Made Affordable' (FSMA) Referenza tas-Sejħa: MDB/001/2019 Malta tirreġistra żieda qawwija fil- ħruġ ta' permessi għar-residenza F'sena waħda biss Malta rreġistrat żieda ta' 25% fil-permessi għar- residenza mogħtija lil ċittadini ta' pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea Fl-2017 biss Malta ħarġet 25,871 permess għar-residenza