Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626
23 Booksmart hija kummiedja sfrenata u furjuża dwar żewġ tfajliet ħbieb, dejjem minn ta' quddiem fil-klassi fis-suġġetti akkademiċi li, lejlet il-gradwazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jinsew warajhom erba' snin ta' studju u jixxalaw bil-kbir. Amy (Dever) u Molly (Feldstein) dejjem inkunsidraw lilhom infushom bħala superjuri għal sħabhom tal-klassi li dejjem moħħhom fil- logħob u fiċ-ċajt. Meta tasal il-gradwazzjoni tagħhom jindunaw kemm tilfu ħin magħluqin fihom infushom u fl-aħħar ġurnata tal-kulleġġ jitħajru li jiksru r-regoli kollha li kienu jħaddnu b'għożża billi jattendu riċeviment fid-dar ta' Nick (Mason Gooding). Booksmart hija kummiedja friska u oriġinali fejn tassew jimpressjonaw Kaithlyn Dever u Beanie Feldstein, żewġ debuttanti, li r-relazzjoni ġenwina ta' bejniethom tipprovdi lil dan ix-xogħol b'mumenti ta' umoriżmu sarkastiku fin u anki xi sekwenzi ta' ton drammatiku. Għalkemm din il-produzzjoni hija xi ftit spinta u ġieli anki taqbeż il-linji tad-diċenza, ħdejn National Lampoon's Animal House tal-1978 tidher ħafna iżjed timida. Il-qofol tal- film jikkonċentra l-isforzi ta' dawn iż-żewġ tfajliet li għexu ħajja akkademika iżolata għal erba' snin sħaħ, kif se jirreaġixxu issa f 'lejl wieħed ta' divertment imħarrek u bla brejkijiet! illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 TV/Ċinema Is-serje X-Men, meħuda mill-kotba komiks Marvel dwar dak il-grupp ta' supereroj b'poteri fantastiċi, waslet fit- 12-il episodju tagħha bil-film X-Men: Dark Phoenix li hu s-sequel dirett ta' X-Men: Apocalypse tal-2016. Dan ix- xogħol ta' proporzjon epiku u azzjoni aggressiva hu pjuttost differenti mill-oħrajn ta' qablu. L-atmosfera piroteknika li sikwit tinvadi l-andament hija psikoloġikament kumplessa u emozzjonalment titbiddel malajr. Dan hu aktar qawwi u vjolenti mill-oħrajn tal-passat. F'Dark Phoenix m'għandniex eroj u viljakki għax din id- darba l-minaċċja terribbli tinbet minn ġo dan il-grupp stess. Fil-qalba tal-istorja nsibu mara tikkumbatti l-ħażen li personalment ħakimha u biss il-familja tagħha, jiġifieri l-X- Men, jistgħu jsalvawha mis- sitwazzjoni ddisprata li tinsab fiha. Wara prologu fl-1975 u d-disgrazzja li tiġri, immorru fis- sena 1992 fejn l-avvenimenti ta' din il-produzzjoni jseħħu b'rabta wkoll mal-inċident ta' 17-il sena qabel. Il-grupp ta' żgħażagħ mutanti (mibdulin) li jipposedu doni speċjali u li jattendu skola riservata għalihom, taħt is- superviżjoni ta' Professor Hank McCoy (Hoult), magħruf bħala Beast, u li jimxu skont il-gwida ta' Dr. Xavier jew Professor X (McAvoy) issa saru skwadra perfetta ta' ta' supereroj. Saru kapaċi biżżejjed biex jintbagħtu fuq missjoni fl-ispazju profond. F'din il-faċenda perikuluza Jean Grey (Turner) tkun kważi nqatlet meta tassorbi ġo fiha entità kożmika li tforniha b'qawwa aktar milli tista' tikkontrolla u aktar b'saħħitha minn dak tal-mutanti sħabha. La darba terġa' lura fid-dinja, din l-abbilità paranormali tisforzaha biex taġixxi b'impatt ta' forza tremenda li, mingħajr ma trid tweġġa' lil dawk stess li kienet tħobb ħafna. Kif tindika din l-istorja, X-Men: Dark Phoenix jiżvolġi b'mod splussiv, allarmanti, pirotekniku u mimli nirien li se jġib katastrofu kolossali ma' kullimkien. Dan hu rakkont ta' eroj bejn ħaltejn, familja diviża u dinja maqsuma! Atturi Ewlenin: James McAvoy; Michael Fassbender; Jennifer Lawrence; Nicholas Hoult; Sophie Turner; Tye Sheridan; Alexandra Shipp; Jessica Chastain. Direttur: Simon Kimberg. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 114 min. Ċert. 12A Carmel Bonnici Booksmart Atturi Ewlenin: Kaithlyn Dever; Beanie Feldstein; Molly Gordon; Billie Lourd; Skyler Gisondo; Jason Sudeikis; Lisa Kudrow; Will Forte. Direttriċi: Olivia Wilde. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 105 min. Ċert 15. Films għal din il-ġimgħa X-Men: Dark Phoenix