Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626
Sports 30 illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Tista' tgħid li bdejt ta' età żgħira nilgħab il-futbol. Kont u għadni ffissat f 'dan l-isport. Kont nilgħab ħafna fil- mużew sakemm ikkonvinċejt lil ommi biex tiktibni f 'xi nursery. B'hekk bdejt nitħarreġ ma' Sliema Wanderers u aktar tard ma' Ħamrun Spartans ukoll. Irnexxielek tilgħab fil-kategorija tal- kbar ma' dawn it-timijiet? Ifhem wara dawn in-nurseries ingħaqadt ma' Qrendi FC u aktar tard ma' Kirkop United fejn lgħabt fit-tieni u fit-tielet diviżjoni. Ma tantx domt nilgħab futbol minħabba li ħarsti kienet iktar relatata fuq kowċing. X'differenza hemm bejn li tkun plejer u li tkun kowċ? Hemm differenza enormi. Hu eħfef li tkun plejer milli kowċ. Plejer taħseb fik innifsek u turi dak li kapaċi tagħmel fil-grawnd. Xogħlok hu li tobdi lill-kowċ fit-tattiċi li jħejji. Meta tispiċċa l-logħba, xogħlok tkun għamiltu u barra bid- daqq. Meta tkun kowċ, il-biċċa xogħol hi ferm differenti. L-ewwel u qabel kollox trid tkun kapaċi twassal dak li taf lil ħaddieħor. Din mhix biċċa xogħol faċli minħabba li tiltaqa' ma 20 plejer li jkollu karattru u ħsibijiet differenti. Personalment nagħżel il-kowċing minħabba li jtik sodisfazzjon kbir. Jien ġej minn ambjent ta' għalliem minħabba li kont ngħallem il-kompjuter. Nemmen li drajt nitrażmetti l-ideat tiegħi lil ħaddieħor. Meta kienet l-ewwel esperjenza fil- kowċing? L-ewwel esperjenza kienet ma' Qormi FC. Kien introduċini l-kowċ Leli Fabri minħabba li kont iltqajt miegħu fin- nursery tal-istess klabb. Kien qalli li ser jagħtini grupp ta' tfal żgħar u tista' tgħid li bdejt minn hemmhekk l-ewwel mumenti tiegħi bħala kowċ. X'inhi d-differenza bejn li tikkowċja t-tfal u l-kbar? Hemm differenza kbira. Mat-tfal tiflaħ tagħmel żbalji żgħar għax ma jkunux jidhru u huma ma jindunawx. Ara mal- irġiel ma tistax tiżbalja għax jindunaw. Kull żball li jsir ikollu impatt imbagħad. Nemmen li t-tfal jagħtuk sodisfazzjon immedjat għax li tgħidilhom jagħmlu. Ara l-kbar iddum ma tieħdu s-sodisfazzjon. Fil-fatt l-ewwel u qabel kollox irid ikollok x'taqsam ma' karattri differenti u biex tgħaqqad il-grupp tieħu xi ftit taż-żmien. Allura Qormi FC kien l-ewwel tim tiegħek bħala esperjenza ta' kowċing fil-Premier? Iva nikkonferma li kienet l-ewwel esperjenza tiegħi fil-Premier. Nemmen illi dik l-esperjenza li għallmitni li nkun il-persuna li jien illum. Kelli skwadra tajba tant li konna fis-sitt post sa tmiem l-ewwel rawnd. Minkejja kollox kien hemm problemi finanzjarji kbar li xekklu xi ftit il-progress tagħna. Liema kien it-tim li mort tikkowċja wara Qormi FC? Wara Qormi FC mort ma' Birkirkara FC bħala assistent kowċ ma' Paul Zammit u aktar tard ma' Giovanni Tedesco. Kont hemmhekk meta Birkirkara lagħbu fil-UEFA Europa League kontra West Ham. Kien mument partikolari li diffiċli tinsieh. Meta kont ma' Tedesco, jien ma kontx nafu personalment għalkemm irnexxieli nibni relazzjoni partikolari miegħu. Kien jirrispettani ħafna u jien kelli lealtà sħiħa lejh. B'xorti ħażina l-klabb ħass li kellu jneħħih mill-kariga. It-tim avviċinani biex nieħu r-riedni tat-tim f 'idejja iżda b'sens ta' rġulija m'aċċettajtx mal-ewwel. Taqbel miegħi li Giovanni Tedesco hu wieħed mill-aqwa kowċis li hawn Malta? Iva naqbel ma' din l-opinjoni mija fil-mija. Tedesco diġà kellu esperjenza kbira bħala plejer u ma' kull tim li jmur huwa parti importanti mis-suċċess. Hu persuna tattikament bravu li jisma' ħafna u jiddiskuti ħafna deċiżjonijiet mad-diriġenti tiegħu. X'tiftakar minn dawk iż-żewġ logħbiet li lgħabtu kontra West Ham United? M'ilux semmejt dawn iż-żewġ logħbiet ma' xi plejers. Kif għedtlek aktar qabel, kienet esperjenza kbira li qatt m'għextha personalment fil- qasam tal-kowċing. Meta tara dak il-grawnd mimli tirrealizza l-kobor ta' dak li rnexxielna nagħmlu. Meta toħroġ minn hemm tħoss dik iċ- ċerta tensjoni li tilgħab kontra tim ta' dak il-livell. Konna mħejjija tajjeb u meta ġejna biex nilagħbu fl-Istadium Nazzjonali ma kellna xejn x'nitilfu tant li skorjajna permezz ta' Fabrizio Miccoli. Il-grawnd kien mimli u kellna s-sapport ta' kulħadd. Kienet xi ħaġa li nibqa' niftakarha. Minn Birkirkara mort bħala assistent kowċ ma' Hibernians. Kif ħassejtek ma' dan it-tim? Kont assistent kowċ ma' Mark Miller u matul dak l-istaġun konna ħadna l-kampjonat. Tgħallimt ħafna taħt dan il-kowċ u aktar minn hekk tani ħafna responsabbiltà biex naħdem kif nixtieq. Tant hu hekk li kont naħdem id f 'id miegħu. Miller jemmen ħafna b'dak li bl-Ingliż isejħulu man management. Mhux ta' b'xejn li bħala plejer u anke bħala kowċ rebaħ ħafna fil-gżejjer Maltin. Il-bidu tal-istaġun ma kienx wieħed feliċi għax tlifna l-ewwel logħba kontra Ħamrun bl-iskor ta' 3-1. Minkejja kollox bqajna kalmi u rnexxielna nirbħu l-kampjonat dak iż-żmien. X'inhi d-differenza bejn kowċ u assistent kowċ? Skont kif tħares lejha. Jien dejjem kont naħdem u nirsisti qisni jien il-kowċ. Waħda mill-problemi ta' assistent kowċ tista' tkun li tirrilassa u tħalli kollox f 'idejn il-kowċ. Kont diġà naf x'inhi s-sitwazzjoni li tmexxi tim minħabba li kont nieħu ħsieb lil Qormi. Meta tkun assistent kowċ ikollok ċertu libertà fuq id-deċiżjonijiet mingħajr ma jkun hemm impatt dirett. X'jidhirlek mill-ewwel staġun li kellek ma' Gudja United? Kien staġun verament pożittiv. It- tim kien għadu kemm tela' mit-tieni diviżjoni bil-president Duncan Borg 'Dejjem imxejt ġurnata b'ġurnata għalkemm kelli pjan għal staġun sħiħ' Cristian Antony Muscat Josef Mansueto - fost l-aqwa kowċis li pproduċa l-futbol lokali f'dawn l-aħħar snin u li matul l-istaġun li għadda mexxa lil Gudja United biex jiksbu promozzjoni storika għall-ewwel darba fil-Kampjonat BOV Premier Huwa wieħed mill-aqwa kowċis li pproduċa l-futbol lokali f 'dawn l-aħħar snin. Matul l-istaġun li għadda mexxa lil Gudja United biex jiksbu promozzjoni storika għall-ewwel darba fil-Kampjonat BOV Pre- mier. Kellu wkoll esperjenzi ta' kowċing ma' Qor- mi, Birkirkara u Hibernians fil-Kampjonat BOV Premier. JOSEF MANSUETO