Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626
13 Intervista Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 | illum dwar il-co-option tiegħu u s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista. Ma stajniex ma nistaqsuhx fuq il-co-option u l-kontroversji kollha li nqalgħu dwarha. Kif iħossu dwar il-fatt li hu ma kienx l-għażla naturali tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista hekk kif kellhom jinqalgħu l-irwiefen kollha qabel dan qabel b'mod unanimu dwar il-co-option tiegħu? Cutajar ma tantx jinkwetah dan il-fatt. "Dik hija l-politika. Il-politika hija logħba, fejn għandek argument u tipprova tipperswadi bih. Kif kien jgħid Guido de Marco, il-politika hija eżerċizzju ta' persważjoni. Ma rnexxilix mal-ewwel darba, irnexxieli aktar tard. Kwistjonijiet bħal dawn jiġru u jeżistu f 'kull partit politiku, iżda l-każ tiegħi kien irrappurtat mill-midja b'mod spettakolari." Kien hawn li d-Deputat insista li l-politika toffri lok fejn persuni differenti jħabbtu l-argumenti u jirbaħ min jikkonvinċi l-aktar. Iżda staqsjenieh jekk dejqux il-fatt li l-amministrazzjoni tal-partit, li kienet qed timbotta l-co-option ta' Jean Pierre Debono, ma fehmitx mill-ewwel l-argument tiegħu u ta' sħabu, jiġifieri li s-siġġu ta' David Stellini kellu jibqa' Għawdex. "L-aktar ħaġa importanti li fehmet wara. Aħjar tard milli qatt. Dawn affarijiet normali fil-politika u ma nafx għalfejn qam dan l-għagħa kollu," tenna Cutajar. Spjega wkoll kif hu tkellem ma' Jean Pierre Debono u spjegalu għalfejn jaħseb li jkun jagħmel aktar sens li s-siġġu jibqa' Għawdex, iżda saħaq li Debono kellu wkoll l-argumenti tiegħu li hu kien jaħseb li huma ġusti. "Għidtlu aħna mmorru quddiem l-eżekuttiv," insista Cutajar. "Ħadd ma ħareġ tellief jew rebbieħ." Iżda tlabnieh jiċċara wkoll il-kwistjoni dwar il-voti fil-Kumitat Eżekuttiv u l-fatt li kien hemm żewġ membri, David Stellini u l-eks Teżorier David Camilleri li ma kellhomx jivvutaw. Cutajar kellu l-lista ta' min kien se jivvota. Għalfejn inqala' pandemonju wara l-vot. "Din il-mistoqsija jista' jweġibha min ifformola dik il-lista," saħaq Cutajar. "Jiena serraħt fuq il-lista li tawni. Mhux kompitu tiegħi li nara min għandu jivvota u le… jiena nemmen dejjem fil-buona fede tal-Partit Nazzjonalista. Allaħares nitilfu l-fiduċja f 'xulxin." 'Dejjem urejt il-fiduċja tiegħi… hekk għandu jkun' Kien hawn li allura staqsejnieh hekk teżistix fiduċja. Id-deputati għandhom fiduċja fil-Kap, it-tmexxija u viċi versa? "Jiena nitkellem ma' kulħadd fil- Partit Nazzjonalista. Il-fiduċja tiegħi dejjem urejtha. Sakemm il-Partit jibqa' bit-tmexxija preżenti jiena nibqa' nsegwiha. Naħseb li hekk għandu jkun. Inkella kif se timxi 'l quddiem?" staqsa Cutajar waqt li tenna li jinstemgħu ħafna xnigħat li huma esaġerati. Staqsejnieh ukoll dwar il-fatt li hu kien l-aktar imbuttat minn dawk id-deputati li huwa sigriet magħruf li ma jappoġġjawx it-tmexxija ta' Adrian Delia. Kien hemm min saħansitra qal li qed jimbuttawh 'il quddiem, għax jaħsibha bħalihom. X'jaħseb Cutajar? "Fuq il-midja soċjali ntqalu ħafna affarijiet. Kulħadd ifajjar u jgħid li jrid… jien ma nħossnix parti minn fazzjoni jew oħra. Jiena parti mill-Partit Nazzjonalista," saħaq l-Avukat Cutajar. 'Il-qasma li ħafna jitkellmu fuqha hija esaġerata' Insista li bħal kull partit politiku hemm kurrenti ta' ħsieb, kultant ikunu aktar qrib xulxin u xi kultant aktar imbiegħda. Fi kliemu, anke l-qasma, li ħafna jitkellmu fuqha, hija esaġerata. "Il-politika hija riflessjoni ta' dak li jiġri fil-ħajja, anke f 'familja jkun hemm min jaħsibha mod u min ieħor," saħaq Cutajar. "Jiena nħossni parti minn din il-familja Nazzjonalista. Dejjem emmint fil-prinċipji tal-Partit. Jiena nħossni Demokristjan. Kburi li din hija mentalità li għażilt jiena. Jiena l-fehmiet tiegħi ma jagħżilhomli ħadd." Delia u t-tmexxija għandha tirriżenja? Iżda jibqa' l-fatt li dawn il-kurrenti ta' ħsieb fil-Partit Nazzjonalista qatt ma kienu daqshekk qawwija kontra xulxin. Illum Cutajar huwa parti mill-Grupp Parlamentari u daħal ftit jiem biss wara li l-Partit Nazzjonalista ġarrab telfiet elettorali kbar. It-tmexxija għandha tassumi r-responsabbilità? X'inhi t-triq 'il quddiem għall-Partit Nazzjonalista? It-tweġiba ta' Cutajar reġgħet kienet li ma jafx għalfejn hawn dan l-għaġeb kollu. "It-telfa ma kinitx sabiħa… Mhux naturali li wieħed jistaqsi u jibda jagħmel il-mistoqsijiet u jgħid li hemm responsabbilità li trid tinġarr? Hija xi ħaġa normali. Jgħidha kull partit wara li jkun ġarrab telfa bħal dik. L-importanti li l-affarijiet isiru bil-buon sens," insista d-Deputat. "Aħna qegħdin hemm biex inħarsu l-ġid tal-partit li taħtu kkontestajna." Fi kliemu, kulħadd, kull min qiegħed fil-Partit Nazzjonalista għandu jagħmel eżerċizzju waħdu u fil-kwiet u jistaqsi lilu nnifsu x'inhu sew f 'dan l-istadju. "Hekk għamilt fil-każ tas-siġġu," kompla jispjega Cutajar. "Deherli li dak kien il-buon sens." Imma Adrian Delia diġà qal li mhux se jwarrab u li mhu se jerfa' l-ebda responsabbilità. Jista' jimxi 'l quddiem il-partit? It-tweġiba ta' Cutajar reġgħet kienet li f 'dawn iċ-ċirkostanzi kulħadd, inkluż it-tmexxija, irid jagħmel riflessjoni u jipprova jifhem u jirraġuna x'jagħmel sens. "U fl-opinjoni tiegħek x'jagħmel sens?" staqsejna lil Cutajar. "X'se tagħmel it-tmexxija hija domanda li trid tistaqsi lilhom… xi forma ta' miżuri jridu jittieħdu żgur. Mhux qed ngħid li għandna nkeċċu lil xi ħadd, jew inwarrbu lil xi ħadd. Żgur li jridu jittieħdu miżuri… Ma nafx x'inhuma dawn il-miżuri, għadni qed nipprova nifhem u nanalizza, imma żgur li jridu jittieħdu… Jekk għandek bniedem li ma jiflaħx, tara x'inhi r-raġuni u tara x'mediċina se tagħtih biex tgħinu." Imma l-PN għadu rilevanti? Staqsejna lil Cutajar jekk jaħsibx li minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal- Partit Nazzjonalista, l-akbar problema li għandu l-Partit hija li sar irrilevanti. Id-Deputat kien skjett fit-tweġiba tiegħu u saħaq illi kien ikun irrelevanti kieku l-Partit Nazzjonalista ma ġabx vot. "Sta għalik kemm tkun irrelevanti jew le… Li tgħid għandna diffikultajiet wieħed jasal li jaqbel magħha. Imma irrelevanti le. Allura x'jgħidu partiti oħra?" staqsa Cutajar. X'jixtieq li jkunu s-setturi li jaħdem fuqhom? Ħarisna wkoll lejn il-futur u liema setturi jixtieq li l-Kap tal-Oppożizzjoni jafdalu f 'idu biex ikun il-kelliem tal- Oppożizzjoni dwarhom. Filwaqt li stqarr li lest jaħdem fuq dak kollu li jafdalu f 'idu l-Kap Nazzjonalista, il-preferenzi tiegħu jibqgħu Għawdex u d-diżabilità. Fl-aħħar nett staqsejnieh jekk il- Parlament Malti hux aċċessibbli għall- persuni b'diżabilità, mhux biss bħala struttura iżda anke bħala riżorsi. "Illum ħadd ma għadu jaħdem bid-dokumenti. Jiena ffortunat li qed ngħix fi żmien ta' revoluzzjoni diġitali. Jiena naħdem ħafna bil-mowbajl u bil-kompjuter. Kollox jitkellem għandi. Tista' taqra dokument, temendah, tirreferi għalih," spjegalna Cutajar. Temm jisħaq li huwa grat ħafna u baqa' impressjonat kemm l-istaff tal- Parlament, mill-Iskrivan tal-Kamra u d-Deputati tal-Kamra poġġew ruħhom disponibbli biex dak li hemm bżonn isir biex hu jkun jista' jaqdi dmiru sew bħala Deputat. oħra… jiena parti mill-Partit Nazzjonalista' Jiena tip ta' bniedem li jekk tgħidli li ma nistax nagħmel xi ħaġa se nisfidak u ħa nagħmel minn kollox biex nagħmilha "