Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 | illum Aħbarijiet Minn Yendrick Cioffi ILKAP Eżekuttiv tal-Awtorità għas- Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax- Xogħol (OHSA) Mark Gauci saħaq li l-liġi biex ma jsirx skavar f 'distanza ta' inqas minn tliet kwarti ta' metru minn ħajt diviżorju, għandha sservi biss bħala gwida għax hemm ċirkostanzi fejn lanqas din id-distanza ma tkun biżżejjed. Wara l-aħħar inċidenti li raw ħitan u saħansitra blokok sħaħ jiġġarrfu biswit siti ta' kostruzzjoni, Gauci fakkar kif skont il-liġi, meta qed isir xogħol ta' skavar, il-kuntrattur jew min qed jagħmel ix-xogħlijiet, irid iżomm distanza ta' żewġ piedi u nofs mill-ħajt diviżorju (l-appoġġ). "Dan mhuwiex obbligu. Il-liġi qed tgħidha ċara u tonda," saħaq Gauci. Gauci spjega kif għalkemm il-liġi tirreferi għal żewġ piedi u nofs, dawn jistgħu jfissru ħames piedi għax jekk l-iskavar qed isir bejn żewġ binjiet, il- kuntrattur irid iżomm id-distanza fuq iż-żewġ naħat. "Din toffri ċertu serħan tal-moħħ fir- rigward tas-solidità tal-istruttura," saħaq Gauci. Madanakollu, kompla jisħaq li l-OHSA dejjem tinsisti li din il-liġi għandha sservi biss bħala linja gwida, għax fi kliemu, jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn iż-żewġ piedi u nofs ma jkunux biżżejjed. "Allura jkun hemm bżonn li jittieħdu miżuri addizzjonali, fosthom li jsir sapport alternattiv," spjega Gauci. 'In-nuqqas ta' deterrent huwa l-akbar problema' Dwar inċidenti fuq il-post tax- xogħol, partikolarment fil-qasam tal-kostruzzjoni, iżda mhux biss, il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA saħaq li waħda mill- akbar problemi li jeżistu hija n-nuqqas ta' deterrent. Tkellem b'mod partikolari dwar il-Liġi għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol li tistabbilixxi pieni, għal min jinstab ħati, li jvarjaw minn €466 sa €11,000 u anke piena ta' sitt xhur ħabs. "Mela jkollok persuna li għax aġixxa b'negliġenza jinstab ħati ta' inċident, anke mwiet u jeħillek multa ta' €4,000, imbagħad jerġa' jappellaha," ilmenta Gauci. Kien għalhekk li saħaq li l-element ta' deterrent ma jeżistix u dan minkejja li l-liġi, apparti l-minimu, tistabbilixxi wkoll il-massimu. "Dik hija waħda mill-isfidi l-kbar li jeħtieġ li jkunu indirizzati," insista l-Kap Eżekuttiv. Iżda l-OHSA dejjem tkun tista' tinforza? Gauci spjega kif jeżisti aktar minn qafas legali wieħed u li kollha jħarsu lejn ċirkostanzi, sitwazzjonijiet u ħtiġijiet differenti u li allura jsejħu entitajiet differenti. Kompla jispjega kif minkejja li jkun hemm diversi entitajiet li jħarsu lejn dawn iċ-ċirkostanzi u ħtiġijiet differenti, ħafna drabi jkun hemm sitwazzjoni fejn ikun hemm interess komuni. "Jekk għandek sitwazzjoni fejn qed tipperikola lil xi ħadd għax għandek struttura mhix sigura, ovvjament qed tpoġġi lill-ħaddiema f 'ċertu periklu u għalhekk l-OHSA jkollha interess," qal Gauci. Madanakollu spjega kif f 'każ bħal dan, l-OHSA ma tkunx tista' tinforza għax il- qafas legali jkun isejjaħ entità oħra. Insista li din mhijiex sitwazzjoni li teżisti Malta biss. Semma fost oħrajn l-Ingilterra fejn il-Health and Safety Executive jħares biss lejn is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-Italja fejn għandek żewġ entitajiet, waħda li tħares is-saħħa u l-oħra s-sigurtà tal-ħaddiema. Minkejja dan, ma jfissirx li ma jkunx hemm kollaborazzjoni. Fost oħrajn fakkar kif wara kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-OHSA daħlu fis-seħħ provedimenti biex qabel jinħareġ permess ta' żvilupp, l-iżvilupattur jassigura standards marbuta mas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. 'Is-settur tal-kostruzzjoni huwa wieħed mill-aktar irregolati' Waqt li kompla jitkellem dwar is- settur tal-kostruzzjoni, Gauci insista li dan mhuwiex l-uniku wieħed assoċjat ma' perikli. "Hemm ħafna attivitajiet ekonomiċi oħra li huma assoċjati ma' periklu jew riskji daqstant kbar jew akbar," saħaq Gauci. "B'differenza minn setturi oħra, dak tal-kostruzzjoni huwa viżibbli u għalhekk ħafna nies jaħsbu li mhux irregolat." Għall-kuntrarju ta' dan, Mark Gauci insista li s-settur tal-kostruzzjoni huwa wieħed mill-aktar setturi rregolati, anke fejn jidħol is-saħħa u s-sigurtà tal- ħaddiema. Filmati tal-kummenti ta' Gauci jkunu ppubblikati din il-ġimgħa fuq is-sit illum. com.mt Id-distanza ta' żewġ piedi u nofs mill- appoġġi mhux dejjem tkun biżżejjed Il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA jisħaq li l-liġi biex ma jsirx skavar f'distanza ta' inqas minn tliet kwarti ta' metru minn ħajt diviżorju għandha sservi biss bħala gwida Intant għada, il-Gvern se jkun qed joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika regolamenti ġodda dwar il- kostruzzjoni. Kien il-Prim Ministru stess li ħabbar dan waqt laqgħa li kellu mal-operaturi tal-industrija tal-bini wara li ġġarrfu żewġ blokok fi Gwardamangia u l-Mellieħa u wara li din il-ġimgħa ċeda ħajt ta' dar fi Gwardamangia biswit sit ta' kostruzzjoni. Fost ir-regolamenti ġodda, il- proposti mistennija jinkludu provedimenti biex il-perit jew inkella s-site manager ikunu fil-post waqt li jkun qiegħed isir twaqqigħ jew inkella skavar. Apparti minn hekk, se jkunu qed jiżdiedu wkoll il-multi għal min jikser ir-regolamenti. Dawn se jiżdiedu minn €500 għal €10,000 u minn €1,200 għal €50,000 għal dawk is-sidien li jibqgħu jaħdmu minkejja li jkun inħarġilhom permess biex jieqfu mix-xogħol. Sadanittant jibqgħu sospiżi x-xogħlijiet ta' twaqqigħ u skavar f 'siti ta' kostruzzjoni. Il-ħajt ta' dar li ġġarraf din il-ġimgħa fi Gwardamangia biswit sit ta' kostruzzjoni Għada jitħabbru regolamenti ġodda dwar il-kostruzzjoni Mark Gauci

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019