Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 | illum Sports VERSITY AFC serqu x-xena fis- serata ddedikata għall-premjijiet u unuri tal-Malta Amateur Football Association (MAFA). Dan l-avveniment sar f 'ristorant popolari fl-Imġarr u fih attendew rappreżentanti mill-klabbs li pparteċipaw matul l-istaġun 2018/2019. Versity AFC rebħu xejn inqas minn erba' unuri hekk kif kisbu d-double bir-rebħ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kif ukoll il-MAFA KO. It-tim minn Tal- Qroqq kellu s-sodisfazzjon ukoll li jara liż-żewġ plejers tiegħu Julien Muller u Yakubu Bilali jirbħu l-aqwa skorer tal-kampjonat kif ukoll l-aqwa plejer tal-istaġun rispettivament. Dan it-tim immexxi minn Andreas Leirich kellu staġun mill-aqwa u kiseb dawn l-unuri għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu. Ġew ippremjati wkoll diversi plejers u timijiet għal dak kollu li għamlu matul l-istaġun li għadda. Żurrieq Sunrise spiċċaw champions tat-tieni diviżjoni u fl-ewwel parteċipazzjoni tagħhom ġew promossi flimkien ma' Balzan Youths u Fleur de Lys CFK. Min- naħa l-oħra Marsa St Michael rebħu l-kompetizzjoni tal-ftuħ tal-istaġun jiġifieri t-Tazza Joe Compagno waqt li Valletta Stars kisbu suċċess fil- MAFA Christmas Cup. Qormi Hotspurs rebħu l-unur tal-Fair Play mhux biss tal-Ewwel Diviżjoni iżda wkoll fost it-timijiet kollha tal-MAFA. Huma kellhom imġiba tajba fil-grawnd bħal Mosta Vikings li min-naħa tagħhom rebħu dan l-unur fit-tieni diviżjoni. Fl-istess kategorija, l-attakkant ta' Balzan Youths Shaun Matintela, spiċċa l-aqwa skorer b'seba' gowls filwaqt li Owen Gilford ta' Żurrieq Sunrise kien magħżul bħala l-plejer tas-sena f 'din id-diviżjoni. Għall-ewwel darba matul dan l-istaġun żdied unur li huwa dak tal-aqwa gowl b'Rio Micallef li rebaħ din is-sezzjoni wara li kiseb l-iktar punti f 'votazzjoni online. F'kelmtejn wara li ngħataw l-unuri, il-President tal-Malta Amateur Football Association, is-Sur Twanny Agius tenna s-sodisfazzjon tiegħu għal din is-serata tant sabiħa filwaqt li rringrazzja lit-timijiet kollha li ħadu sehem matul dan l-istaġun. Huwa faħħar il-ħidma li qed issir sabiex din l-assoċjazzjoni tkompli dejjem miexja 'l quddiem filwaqt li ħabbar li hem possibbiltà kbira li s-sena d-dieħla l-assoċjazzjoni tikber għal aktar timijiet u f 'dan ir- rigward hemm taħditiet għaddejjin ma' dawk involuti. Finalment din l-assoċjazzjoni mistennija tniedi s-sit uffiċjali tagħha kif ukoll tkompli bil- programm online tant popolari MAFA Review, fejn tingħata ħarsa lejn il-logħbiet li jkunu intlagħbu matul tmiem il-ġimgħa. Aktar informazzjoni ssibuha fil-paġna ta' Facebook MAFA – Malta Amateur Football Association. Wara dan id-diskors, is-segretarju tal-MAFA David Abdilla ppreżenta tifkira lill-istess Twanny Agius hekk kif dan tal-aħħar għalaq 20 sena fit-tmexxija ta' din l-assoċjazzjoni. L-istaġun tal-MAFA jerġa' jibda f 'Settembru meta jkollna l-konfront bejn ir-rebbieħa tal- kampjonat Versity AFC Pauls illi jaffrontaw lill-finalisti tal-MAFA KO Valletta St Pauls fit-Tazza Joe Compagno. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur lil Robert Busuttil. Versity AFC jisirqu x-xena fil-MAFA Awards Night Waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premji- jiet u unuri tal-Malta Amateur Football Association (MAFA)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019