Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 | illum Myatt li rsista sabiex jipprovdili skwadra kompetittiva. Nista' ngħid li ma kellix xi ngerger għax kelli relazzjoni tajba ferm mal-membri kollha tal-klabb. Kont temmen li fil-bidu tal-istaġun kont ser tikseb il-promozzjoni? Onestament ma kontx nemmen li ser naslu għal dan it-tragward. L-ewwel nett nista' ngħid li dejjem imxejt ġurnata b'ġurnata għalkemm kelli objettivi u pjan għal staġun sħiħ. Kull ġurnata li bdiet tgħaddi bdejt nara li qed nagħmlu progress. Il-president kien kellimni li xtaq jibni struttura b'saħħitha u tista' tgħid li bdejna mill-bidu. L-għaqda tal- grupp kienet fundamentali sabiex wasal dan is-suċċess. Mertu wkoll tal-president li nista' niddeskrivih bħala bniedem li għandu saqajh mal-art. Int kont il-moħħ li ġie Jackson Lima magħkom? Iva, jien kont wieħed minn dawn li ħeġġiġt lil Jackson Lima sabiex jingħaqad magħna. Kien diġà miegħi meta kont mal-Hibs u għalhekk ma kinitx diffiċli li nikkonvinċih. Huwa plejer bi kwalitajiet tajba u bla ma jitkellem faċli tinġibed lejh. Tista' tgħid li għen ħafna sabiex it-tim jasal fejn kellu jasal. F'Jannar imbagħad komplejtu ssaħħu l-iskwadra bl-akkwist ta' diversi plejers fosthom Llewelyn Cremona. Iva, sa Diċembru kellna skwadra li kienet qed tiffunzjona imma kien hemm żoni fil-grawnd li ridna nirranġaw. U għalhekk ħadna lil Llewelyn Cremona iżda wkoll lil Firas Aboulezz li tana għajnuna kbira minħabba li hu plejer tekniku li jaf x'għandu jagħmel bil- ballun. L-akkwisti li għamilna tul l-istaġun kollu kienu fattur determinanti għall-promozzjoni li ksibna. Nistgħu nikkonfermaw li kellek skwadra kompetittiva hux hekk? Iva għalkemm mhux għax ikollok 11-il stilla li ġejjin b'esperjenza fil-kampjonat Premier ifisser li tista' tirbaħ bl-addoċċ. L-ewwel u qabel kollox irid ikollok skwadra magħquda u dak kien xi ħaġa li mal-ewwel ħdimt għaliha. M'hemmx dubju li kellkom l-isfida ta' Sirens, Santa Luċija u Naxxar Lions li wkoll taw l-almu tagħhom sabiex jiksbu dak li riedu. Din kienet l-ewwel sena tiegħi li kkowċjajt fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u nista' nikkonferma li ma tistax teħodlu kopja. Fil-fatt xi drabi t-timijiet ikunu tajbin f 'xi partiti u f 'oħrajn kapaċi jiżolqu xi żelqa. Għalhekk tista' tgħid li hemm bilanċ assolut u t-timijiet huma viċin xulxin. X'inhi d-differenza bejn li tkun kowċ tal-Premier League u tal-Ewwel Diviżjoni? Apparti d-differenza fil-livell, fil- verità xorta jrid ikun hemm ċerta responsabbiltà u fuq kollox ċertu xogħol involut. Imbagħad fil-Premier League hemm iċ-ċans li jkun hemm analiżi aktar minħabba li l-mezzi tax-xandir ixandru l-partiti f 'kull tmiem il-ġimgħa. Iżda taħseb li hemm qabża kbira bejn dawn iż-żewġ diviżjonijiet? M'hemmx dubju li l-ewwel sitt timijiet tal-klassifika huma ta' kategorija għalihom. Imbagħad lejn l-aħħar parti tal-klassifika, id-distakk jonqos xi ftit. Naturalment għall-istaġun li ġej biħsiebkom tagħmlu xi rtokki? Iva, dik hi xi ħaġa li trid issir. Fil-verità minkejja li spiċċa l-istaġun, int bħala klabb ma tista' tieqaf qatt. Iktar ma tibda taħseb kmieni iktar aħjar. L-objettiv dejjem ikun li nibnu l-grupp u ftit ftit inkunu kapaċi noħolqu skwadra kompetittiva. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tagħkom? Matul l-istaġun li għadda ma lgħabniex logħob fil-Luxol Stadium. Madankollu nista' ngħid li c-Centenary Stadium u l-Victor Tedesco Stadium huma grawnds tajbin. Meta ġieli jkun riħ qawwi ma tantx tista' tilgħab fic- Centenary Stadium iżda dan kollu ħadd ma jkollu kontroll fuqu. Taqbel ma' 14-il tim fil-Premier League Malti? Ma tantx naqbel għax peress li r-riżorsi ta' Malta mhux daqshekk kbar int qed tifrex iktar il-livell tal-plejers u titlef xi ftit ċertu saħħa Taqbel ma' 11-il barrani f 'tim Malti? Hemm reazzjonijiet favur u oħrajn kontra għal din id-deċiżjoni. Żgur li għat-tim nazzjonali din mhux deċiżjoni tajba minħabba li tnaqqas l-iżvilupp u t-talent ta' plejer Malti. Min-naħa l-oħra għall-klabb żgħir bħal tagħna diffiċli tattira l-aqwa plejers Maltin u għalhekk il-barranin jistgħu jkopru dan ir-rwol. Iżda ma taħsibx li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem ikunu ta' livell? Jista' jkun għax meta int iġġib plejer barrani dejjem ser tistenna riżultati mingħandu. Fl-antik kienu jiġu barranin ta' livell iżda kien hemm biss tnejn jew tlieta f 'tim. Jien nippreferi li jkolli ftit barranin ta' livell milli ħafna u jkunu inferjuri. Iżda mbagħad irridu ngħidu wkoll li ż-żgħażagħ Maltin ma tantx għadhom paċenzjużi minħabba li jridu jilagħbu mal-ewwel. Hemm bżonn li dawn l-istess żgħażagħ jiġu integrati bil- mod iżda fl-istess ħin mingħajr għaġla. X'inhu s-sigriet tas-suċċess tagħkom? Is-sigriet huwa wieħed. Aħna mmexxija mill-president Duncan Borg Myatt li huwa lider fil-veru sens tal- kelma u jaf jibni bin-nies ta' madwaru filwaqt li jħallihom imexxu liberament. Gudja United huwa klabb żgħir iżda b'qalb kbira. Għal Myatt, il-klabb jiġi l-ewwel u qabel kollox. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lill-partitarji ta' Gudja United. Il-president Duncan Borg Myatt kien qalli li ladarba ssir tafhom lin-nies tal- Gudja tintrabat magħhom mal-ewwel. U veru! Dawn huma nies li jħobbu lill- klabb u jirrispettaw lil kull min jaħdem għat-tim. Kienu hemm fit-tajjeb u fil-ħażin u issa qed ingawdu tax-xogħol li ħadna. Kont impressjonat kif fl-aħħar logħbiet in-nies żdiedu minkejja li hu raħal żgħir. L-għaqda tal- grupp kienet fundamentali sabiex wasal dan is-suċċess. Mertu wkoll tal-president; bniedem li għandu saqajh mal-art " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019