Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 Aħbarijiet 32 Minn Yendrick Cioffi FLAĦĦAR jiem, il-kumitati sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista, kemm tal-Mosta u anke tal-Mellieħa, bagħtu ittra pjuttost iebsa lit-tmexxija tal-Partit. Iż-żewġ kumitati saħqu li hemm responsabbilità x'tintrefa' wara l-aħħar riżultati elettorali, anke jekk dak Mellieħi ċċara li r-responsabbilità li għandha tintrefa' hija waħda kollettiva u mhux tat-tmexxija biss. L-aktar ittra iebsa kienet dik mibgħuta lis-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli mill-Kumitat Sezzjonali tal-Mosta. "Il-fiduċja tagħna issa tliftuha wkoll," tisħaq l-ittra ffirmata minn Norvin Spiteri, President tal-Kumitat tal-Partit Nazzjonalista Mosti. Fost oħrajn, il-Kumitat ikkundanna l-fatt li fi kliemu ħadd mit-tmexxija ma kien onest u qal x'inhi r-realtà tal-fatti wara t-telfiet elettorali kbar li ġarrab il-Partit Nazzjonalista. Jikkundannaw l-istqarrija ta' Clyde Puli u l-aġir ta' Kristy Debono Ikkritikaw dik li sejħu bħala stqarrija "xokkanti" tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli meta qal li l-PN naqqas id- distakk li kienu qed juru s-sondaġġi. "Dan qajjem rabja kbira fost il-partitarji u b'mod dirett, qalb l-elettorat," saħqet l-ittra. "Dan mhux il-mod kif għandu jimxi 'l quddiem il-Partit. Il-Partit għandu jara għaliex żdied id-distakk u mhux isib l-iskużi. It-tmexxija għandha tkun responsabbli tal-azzjonijiet tagħha u tagħti spjegazzjoni tal-fatti. Ikkritikaw ukoll il-fatt li l-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono kellha laqgħa ma' Jurgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black, "u dan qisu xejn mhu xejn." Saħqu li kienu qed jistennew li hi tieħu r-responsabbililità u mhux titfa' lill-Partit f 'dawl ikrah. "Kif nistgħu nkunu kredibbli?" tistaqsi l-ittra. Komplew ifakkru wkoll fil-każ li wkoll iddeskrivew bħala "xokkanti" tal-co- option għas-siġġu li ħalla David Stellini. Apparti dan kollu, il-Kumitat Sezzjonali tal-Mosta appella wkoll lid-Deputati kollha tal-Partit Nazzjonalista biex jiġbdu ħabel wieħed wara kull tmexxija u jkunu responsabbli tal-messaġġi tagħhom fuq il-midja soċjali. Tal-Mellieħa jinsistu li r-responsabbiltà hija kollettiva Min-naħa tiegħu, il-Kumitat Sezzjonali Mellieħi kellu jiċċara li hu mhux minnu li talab lit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista biex terfa' r-responsabbiltà jew tirriżenja. Fi stqarrija ppubblikata lbieraħ, il-Kumitat qal li "mhu sorpriż xejn bit- tgħawwiġ ta' fatti mill-ittra li ntbagħtet lid-Deputati Parlamentari kollha tal- partit." Il-Kumitat Sezzjonali Mellieħi insista li fl-ittra li bagħat talab li tinġarr ir-responsabbiltà kollettiva u li ssir diskussjoni interna fi ħdan il-Grupp Parlamentari. Dan biex jittieħdu l-passi meħtieġa u jinstabu s-soluzzjonijiet għall-ġid tal- Partit Nazzjonalista u tal-pajjiż, temm jgħid il-Kumitat. Kumitati sezzjonali tal-PN b'ittri b'saħħithom għat-tmexxija u d-Deputati tal-PN Kemm il-Kumitat Sezzjonali tal-Mosta u anke dak tal-Mellieħa bagħtu ittra lit- tmexxija u d-Deputati tal-Partit Nazzjonalista biex tintrefa' r-responsabbilità minn Liam Carter FOST l-avvenimenti sajfin li qegħdin jitħabbru prattikament f 'kull ġurnata tal- ġimgħa, żgur mhux forsi li jispikka l-kunċert tas-17 u t-18 ta' Lulju li qed jorganizza l-Ministru tat- Turiżmu bis-sehem ta' Liam Gallagher, l-eks kantant prinċipali tal- Grupp Oasis u aktar tard Beady Eye. Il-kunċert li ġie mħabbar il-ġimgħa l-oħra mistenni jkun maqsum fuq żewġ iljieli. Fl-ewwel kunċert se jieħdu sehem diversi artisti internazzjonali residenti fi Broadway akkumpanjati għall- ewwel darba f 'Malta mill-orkestra tal-BBC li se jippreparaw serata mużikali kbira. Imbagħad għat-tieni avveniment se jkun hemm il-kunċert uniku ta' Liam Gallagher. F'kummenti li ta lil din il-gazzetta, il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li jinsab ferm kuntent li f 'nofs Lulju ser ikollna żewġ kunċerti ġodda li jikkumplimentaw avvenimenti oħra li jattiraw gosti ta' ġeneru ta' mużika differenti. Żied jgħid li, "din il- kollaborazzjoni mal-BBC mistennija ssaħħaħ is-suq Ingliż, fejn nafu li l-istess stazzjon li ħa jkun qiegħed kontinwament jirreklama lil Malta, għandu miljuni kbar ta' segwaċi." Finalment il-Ministru qal li bħala fan tal-band magħrufa Oasis, "huwa ta' unur għalina li rnexxielna nġibu leġġenda tal-mużika bħalu ġewwa Malta. Avvenimenti bħal dawn ikomplu jsaħħu u jiddiversifikaw il- kalendarju tal-avvenimenti ġewwa pajjiżna, li barra li huma ppjanati għas-sena kollha, jolqtu etajiet u gosti differenti bl-għan li jagħmlu lil pajjiżna d-destinazzjoni l-aktar popolari fil-Mediterran," qal Mizzi. Intant, f 'kummenti li ta lill-media Anthony Cherry, il-producer eżekuttiv ta' BBC Radio 2, stqarr li l-orkestra tal-BBC ilha mwaqqfa 60 sena u madwar 60 mużiċist professjonali jikkontribwixxu għall- kunċert ta' kull ġimgħa. Huwa żvela li l-kunċert se jixxandar fuq BBC2 b'udjenza massima ta' 15,000,000 ruħ. Hu mifhum li dan il- kunċert se jkun l-ewwel wieħed li l-Orkestra se tagħmel barra mir-Renju Unit, bil-kunċert mistenni jinkludi siltiet mużikali popolarissimi relatati mar- relazzjoni ta' Malta mad- dinja tal-films. Flimkien ma' ħuh Noel u l-bqija tal- band, Oasis naqqxu lilhom innifishom fl- istorja mużikali rikka Ingliża fis-snin 90 meta bl-ewwel album tagħhom, Definitely Maybe, Oasis sparaw 'il fuq fil-klassifika lokali u internazzjonali. Il- band sfaxxat fis-sena 2009, meta r-relazzjoni instabbli bejn iż-żewġ aħwa tkissret għalkollox. Iż-żewġ kunċerti li qed jiġu organizzati mill-Ministru tat-Turiżmu u l-MTA se jkunu miftuħa għall- pubbliku mingħajr ħlas. Il-vuċi ta' Oasis għal kunċert kbir b'xejn fuq il-Fosos tal-Furjana minn Liam Carter FOST l-avvenimenti sajfin li qegħdin jitħabbru prattikament f 'kull ġurnata tal- ġimgħa, żgur mhux forsi li jispikka l-kunċert tas-17 u t-18 ta' Lulju li qed jorganizza l-Ministru tat- Turiżmu bis-sehem ta' Liam Gallagher, l-eks kantant prinċipali tal- Grupp Oasis u aktar tard Beady Eye. Il-kunċert li ġie mħabbar il-ġimgħa l-oħra mistenni jkun maqsum fuq żewġ iljieli. Fl-ewwel kunċert se jieħdu sehem diversi artisti internazzjonali residenti fi Broadway akkumpanjati għall- ewwel darba f 'Malta mill-orkestra tal-BBC Il-vuċi ta' Oasis għal kunċert kbir b'xejn fuq il-Fosos tal-Furjana Il-kantant tal-band Oasis Il-Ministru Tat-Turiżmu Konrad Mizzi Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019