Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 | illum FI stqarrija, Is-Segretarju Parlamentari għall- Akkomodazzjoni Soċjali, Rodrick Galdes ħabbar li l-Awtorità tad-Djar għamlet l-arranġamenti kollha meħtieġa biex il-familji milquta mill-bini li sfronda f 'Gwardamanġa jkollhom saqaf fuq rashom sakemm ikunu jistgħu jirritornaw f 'darhom mingħajr ebda periklu. Huma se jiġu akkomodati f 'erba' appartamenti li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom. "Il-ħidma li bdiet immedjatament wara li seħħ l-inċident, b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni għas- Servizzi tal-Ħarsien Soċjali u f 'kuntatt mal-istess familji, wasslet biex instabu erba' appartamenti mis-suq privat li minn nhar it-Tnejn se jkunu allokati mill- Awtorità tad-Djar lill-familji affetwati. L-appartamenti huma kollha f 'kundizzjoni tajba u jaqdu l-bżonnijiet tal-familji milquta," qalet l-istqarrija. Qabel dan l-arranġament il-familji ġew ipprovduti wkoll akkomodazzjoni f 'lukanda. Apparti minn dan l-intervent, l-Awtorità tad-Djar ikkomettiet lill- kuntrattur responsabbli li, kif stipulat fil-liġi, jassumi l-ispejjeż kollha tal-akkomodazzjoni provduta lill-vittmi mill- Awtorità tad-Djar sakemm jitneħħa l-periklu fis-sit ta' Gwardamanġa u l-familji jkunu jistgħu jmorru lura fi djarhom. Is-Segretarjat Parlamentari qal li se jkompli jsegwi l-iżviluppi tal-każ flimkien mal-awtoritajiet kollha kompetenti. Il-familji milquta fil-każ ta' Gwardamanġa se jingħataw akkomodazzjoni Is-Segretarjat Parlamentari qal li se jkompli jsegwi l-iżviluppi tal-każ flimkien mal-awtoritajiet kollha kompetenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019