Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 | illum Minn Yendrick Cioffi Issugrajt. Ħriġt għall-ewwel darba għall-Kunsill Lokali bħala indipendenti. Għalfejn mhux ma' partit politiku? Mistoqsija li staqsewni bosta. Ir- risposta hi sempliċi. Il-prijorità assoluta tiegħi hija l-lokalità fejn ngħix - Ħaż-Żebbuġ. Ma xtaqt nintrabat mal-ebda partit politiku. Ma ħaristx lejn dan il-vjaġġ bħala għodda fejn sempliċiment urejt xewqa li niġi elett ma' partit, però kkunsidrajt il-ħames snin ta' ħidma wara. Jiena ridt naċċerta li jekk nitla', naħdem b'mod ħieles u miftuħ, u ma' kulħadd. Il-fatt li ħriġt bħala indipendenti assigura li nista' nagħmel dan. Issugrajt, għax mhix ħaġa li mdorri tisma' u tara, però rnexxiet, u nirringrazja lil kull Żebbuġi li tani ċans bil-fiduċja tiegħu. Il-partiti politiċi huma posthom fil-kunsilli lokali? Taħseb li l-elezzjoni tiegħek tista' tkun l-ewwel pass lejn inqas partiġġjaniżmu fuq livell lokali, iżda anke fuq livell nazzjonali? Il-Kunsilli Lokali għandom ikunu ċ-ċentru ta' sens ċiviku, bir-residenti u l-komunità l-prijorità. Meta jkollok partiti fin-nofs, ma tibqax tħares lejn l-affarijiet mil-lenti ta' raħal biss, imma b'lenti ta' kuluri. Tajjeb niftakru li l-Kunsilli xħin inħolqu, bosta kienu kontra li jidħlu l-partiti fihom. Illum spiċċajna f 'sitwazzjoni fejn il-Kunsilli jintuzaw bħala mezz kif inkejlu suċċess tal-partit fil-gvern jew oppost, bi rħula meqjusin bħala twapet fejn niskurjaw punti politiċi. L-elezzjoni tiegħi wriet biċ-ċar li n-nies lesti jivvutaw abbażi tal- persuna u l-kapaċitajiet u l-ideat tagħha u mhux għax ma' partit jew ieħor, u hekk għandu jkun. Ngħiduha kif inhi. Jafuk ħafna nies, speċjalment f 'Ħaż- Żebbuġ. In-nies eleġġewk għalhekk jew għax qablu mal- messaġġ tiegħek u għalhekk rebaħ is-sens ċiviku? Hemm bosta fir-raħal jafuni għax minn dejjem kont attiv u nieħu interess f 'attivitajiet lokali. Minn dejjem għożżejt ir-raħal, u s-sabiħ kollu tiegħu. Inħoss li llum b'enerġija żagħżugħa nista' nrodd ħafna lura. Peress li ħriġt waħdi kienet ħafna iktar diffiċli biex inwassal il-messaġġ. Kelli nirsisti iktar. Però n-nies apprezzaw, u semgħu b'reqqa kbira l-ħsibijiet u l-ideat tiegħi. Il-fatt li ħriġt indipendenti tani ċans inkun iktar avventuruż b'dak li ngħid u nkun iktar kreativ bil-mod kif inwasslu. Titkellem ħafna fuq l-ambjent. In-nies jimpurtahom? Il-fatt li ġejt elett x'messaġġ jibgħat? In-nies jimpurtahom. Illum kibret il-kuxjenza, però l-problemi żdiedu wkoll. B'hekk kull sfida li għandna quddiemna, hija opportunità biex insarrfuha b'ġid. L-ambjent mhux biss siġra jew wied, l-ambjent huwa wkoll l-post fejn ngħixu, id-djar, it- toroq u l-pjazez tagħna. Illum l-isfidi ambjentali huma kbar, problemi ta' saħħa, it-traffiku, in-nuqqas ta' trasport alternattiv, l-iżvilupp bla rażan u t-tniġġis tal-arja. Irridu nieħdu deċiżjonijiet b'reqqa, fejn inżommu s-sostenibbiltà ta' dak li nagħmlu l-qofol ta' kollox. Se tkun minoranza, anzi waħdek f 'kunsill maqsum bejn il-PN u l-PL. Kemm int fiduċjuż li se taħdem u se tingħata widen? X'se tagħmel biex twassal kemm jista' jkun il-vuċi tar-residenti? Li titla' b'kważi elf vot fuq l-ewwel count żgur mhix minoranza. Għandi l-vantaġġ li nista' naħdem b'mod miftuħ maż-żewġ naħat tal-kamra. Nixtieq nkun il-persuna li ngħaqqad iż-żewġ partiti. Nemmen ħafna bil- komunikazzjoni, in-nies meta tavżahom b'dak li qed jiġri, juru interess. Mhux minnu li n-nies ma jimpurtahomx, in-nies jimpurtahom meta tagħtihom opportunità jsemmgħu leħinhom. X'tixtieq li tara jitwettaq f 'Ħaż- Żebbuġ? Ktibt manifest personali tiegħi b'70 idea, ħafna minnhom tar-residenti stess. L-ambjent u l-mobbilità huma prijoritajiet kbar għalija, kif ukoll insaħħu l-volontarjat u s-sens ċiviku fir-raħal. Nixtieq li nħawlu iktar siġar u noħolqu spazji miftuħa, nibdew l-proċess biex il-pjazza ssir pavimentata u nżidu żoni pedonali, nippromovu mezzi ta' trasport alternattiv, insaħħu l-indafa, norganizzaw attivitajiet soċjali u ntejbu l-komunikazjoni mar-residenti. Hija lokalità li qed tikber u l-bini qed jiżdied. Dan jinkwetak? Jinkwetani n-nuqqas ta' ppjanar fit-tul, il-mentalità ta' kollox kif ġie ġie mbagħad naraw wara. Irridu nippjanaw b'mod ħolistiku. Il-prinċipji tas-sostenibbilità u kwalità tal-ħajja jmexxuni. Irridu nippjanaw l-ambjent urban fejn in-nies jingħataw il-prijorità. Għadek żagħżugħ u ġejt elett minnufih. X'messaġġ twassal liż-żgħażagħ? Biex ma jaqtawx qalbhom, jekk ma tipprovax fil-ħajja ma tkunx taf. Kien hemm żgħażagħ li esprimew ħsieb onest li jixtiequ jinvolvu ruħhom fil- kunsill lokali tagħhom, però ma jridux jidħlu ma' partiti. La tlajt jiena, jista' jitla' ħaddieħor f 'postijiet oħra. Kuraġġ, u elezzjonijiet oħrajn jaslu wkoll. Ħriġt għall-Kunsill Lokali bħala kandidat indipendenti u ġejt elett. X'inhu l-futur politiku tiegħek? Għandek pjanijiet oħra? Il-futur tiegħi bħalissa huwa Ħaż- Żebbuġ, u kif nista' ntejjeb l-kwalità tal-ħajja tar-residenti, u tal-ambjent fir-raħal. M'għandi l-ebda ħsieb ieħor, u bin-newtralità tiegħi nista' nibqa' ffukat fuq dan l-għan. 'Meta jkollok partit fin-nofs tispiċċa tħares minn lenti b'kulur ' Il-fatt li ħriġt indipendenti tani ċans inkun iktar avventuruż b'dak li ngħid u nkun iktar kreattiv bil-mod kif inwasslu Steve Zammit Lupi. Ħareġ għall-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ bħala kandidat indipendenti u tela' sparat. Għalfejn ħareġ indipendenti? U għalfejn jaħseb li n-nies għażluh xorta? X'inhuma l-prijoritajiet tiegħu? L-ILLUM tistaqsih… Steve Zammit Lupi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019