Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

"LASSOĊJAZZJONI tal-Futbol Maltija emmnet il- kelma ta' bniedem li jbagħbas il-logħob tal-futbol minflok il-kelma tiegħi." Dan kien kliem Jude Amin Utulu, eks plejer ta' Sliema Wanderers u Naxxar Lions kif ukoll eks FIFA Elite referì li fix-xhur li għaddew ġie sospiż għal ħajtu mill-MFA minħabba li kien akkużat li qiegħed jagħmilha ta' aġent tal-plejers. Din is-sentenza, wara l-appell ġiet imnaqqsa għal tliet snin sospensjoni. Minkejja l-akkużi fil-konfront tiegħu, ir-referì qatt ma ammetta dawn l-akkużi u ma' din il-gazzetta jgħid li kien trattat b'mod inġust. Fl-ewwel intervista wara l-każ tiegħu, Utulu jiftaħ qalbu mal- ILLUM fuq x'ġara eżattament fix-xhur li għaddew, kif ġie trattat mill-MFA u kif din il- burraxka heżżitlu l-fundamenti tal-ħajja professjonali u personali tiegħu. 'Qatt ma ħadt flus tal- ismijiet li rrakkomandajt' L-eks referì jibda biex jispjega l-għeruq tal-affari,"fl-2001 ġejt Malta biex nilgħab il-futbol, dak iż-żmien ma' Sliema Wanderers u aktar tard Naxxar Lions. Ovvjament, waqt dan iż-żmien għamilt diversi ħbieb plejers. Fl-2015 inzertajt wieħed minn dawn fit-triq, Adrian Farrugia, li kien kowċ tal-Mosta. Staqsieni jekk nafx xi erba' plejers min-Niġerja li jixtiequ jiġu jilagħbu hawn Malta. Ovvjament jien għidtlu li naf xi plejers mill-belt tiegħi għaliex tinsiex jiena kont plejer in-Niġerja," jgħid Utulu. Huwa jkompli, "sirna ħbieb fuq facebook, u bgħatlu messaġġ għidtlu, 'Adrian dan huwa l-plejer, għandek il-kuntatt tiegħu'. Il-konverżazzjoni spiċċat hemmhekk. Sentejn wara, reġa' ġie jkellimni u staqsieni biex ngħidlu b'ħames plejers Niġerjani." Hawnhekk Utulu jispjega, li minnufih qallu li ma jistax jagħmel dan iżda informah li se jqabbdu ma' ħabib tiegħu Niġerjan ibbażat fl-Ingilterra li jaħdem bħala aġent tal-plejers. "Ftaħt grupp fuq messenger, u laqqajthom flimkien, hemmhekk spiċċat l-affari tagħna," jisħaq Utulu. Huwa jkompli jgħid kif sena wara kien inkarigat bħala referì mil-logħba tal-Premier bejn Mosta u Balzan li l-Mosta tilfu 3-1. Wara din il-logħba xi ħbieb referis tiegħu staqsewh fuqha għaliex kienu semgħu li xi ħadd mill-Mosta qiegħed jilmenta. "Jien għidtilhom li għamilt l-almu kollu tiegħi u naħseb li kienet logħba tajba." Però ftit sigħat wara kellha tibda l-mewġa ta' problemi għalih. "Irċevejt messaġġ mill-Viċi President tal-MFA biex nattendi laqgħa għaliex kont qed niġi akkużat li għamiltha ta' aġent tal-plejers tal-futbol. Jiena dħaqt għall-ewwel u dlonk staqsejthom min kien wara dawn l-akkużi u qaluli li ma setgħux jgħiduli, però kont naf min qed jakkużani propju wara l-logħba tal-Mosta." "Jiena spjegat li għaddejt xi rakkomandazzjonijiet lil Adrian biex ngħin lil Niġerjani bħali jiġi jilagħbu Malta. Kif wara kollox xi ħadd kien għamel miegħi fl-2001. Però spjegat li qatt ma ħadt xi flus jew tħallast b'mod ieħor," jisħaq Utulu. 10 illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju Aħbarijiet lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'L-MFA emmnet lil min ibagħbas Jude Amin Utulu, kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa referis lokali ta' kull żmien. Dan kollu sfaxxa x-xejn wara li reċentement ġie sospiż mill-MFA. Xhur wara u għall-ewwel darba l-pubbliku Jude Amin Utulu jiftaħ qalbu mal-ILLUM u jagħmel allegazzjonijiet serji. MINN Liam Carter HEKK kif din il-ġimgħa Chris Bonett u Bjorn Vassallo uffiċjalment ħabbru li se jkunu qegħdin jikkontesaw għall-ogħla kariga fl-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA), minnufih beda jiġri l-għajdut dwar x'għandhom f 'moħħhom iż-żewġ kandidati fil-manifesti rispettivi. Infatti wieħed minn dawn il-kandidati Chris Bonnett ikkonferma li fil-fatt huwa favur li jsiru kunċerti f 'Ta'Qali. Wieħed minn dawn ir-rapporti kien idur mal- possibbilità li jibdew jiġu organizzati kunċerti fil-grawnds ta' Ta' Qali, xi ħaġa li s'issa qatt ma ġiet permessa mill-MFA, hekk kif skont informazzjoni li għandha din il-gazzetta ftit tas- snin ilu l-MFA kienet saħansitra ċaħdet talba ta' organizzatur sabiex jorganizza kunċert fil- parkeġġ biswit il-grawnds ta' Ta' Qali. Mistoqsi mill-ILLUM Bonett kien pront biex jirrispondi, "iva, mhux biss kunċerti iżda anke avvenimenti oħra bħal esebizzjonijiet. Ovvjament l-ewwel interess għandu dejjem ikun il-logħba tal-futbol. Allura dawn il-kunċerti għandhom jingħataw permess biss meta l-kampjonat ma jkunx se jiġi affettwat, meta l-prezz ikun tajjeb u meta jkun żgurat li l-grawnd mhux se ssirlu l-ebda ħsara." Żied jgħid li, "finalment jekk dawn kollha jiġu żgurati mhux biss inkunu qegħdin ndaħħlu introjtu kummerċjali lil-MFA iżda nkunu qegħdin nkabbru l-prodott turistiku Malti." Intant f 'kitba fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook kmieni is-Sibt filgħodu, Bonett reġa' kkonferma dan u sostna li, "L-istadium Nazzjonali għandu jkun ċentru ta' attività l-ġimgħa kollha. Għandhom isiru training camps, konferenzi, kunċerti u attivitajiet oħra li jikkontribwixxu għat--turiżmu nazzjonali u li jiġġeneraw aktar introjtu għall-klabbs. Min-naħa l-oħra, Vassallo sostna kif, "tul iż-żmien tiegħi fl-MFA flimkien mal-amministrazzjoni ta' dak iż-żmien konna diġà kkunsidrajna kemm-il darba li jkunu organizzati kunċerti fl-Istadium Nazzjonali bħal kif isir f 'postijiet oħra madwar l-Ewropa. Minn studji li konna għamilna kien ħareġ biċ-ċar li bl-infrastruttura eżistenti u mingħajr ma jsir investiment kapitali importanti, ma tistax torganizza kunċerti ta' livell." Skont Vassallo dan jixhed fin-nuqqas ta' entużjażmu li wrew l-organizzaturi ta' the Isle of MTV meta skartaw l-idea li l-kunċert jibda jsir f 'Ta' Qali. Apparti minn hekk huwa saħaq li, "dan juri biċ-ċar li l-vijabbilità finanzjarja u l-loġistika bl-infrastruttura eżistenti finalment ma jwasslu għall- ebda gwadann għall-klabbs." Iżda mhux hekk biss hekk kif skontu l-prijorità tal-faċilitajiet tal-futbol għandha tibqa' għall-użu sportiv speċjalment li l-kalendarju huwa diġà ppakkjat f 'perjodu meta jrid isir ir-re-seeding u jkun ippreparat il-pitch għall-kompetizzjonijiet Ewropej u tat-tim nazzjonali." Fl-aħħar nett Vassallo qal li fil-ġranet li ġejejin huwa se jkun qiegħed jiżvela kif l-Istadium Nazzjonali jista' joffri esperjenza ġdida permezz ta' proġett fattibbli b'figuri finanzjarji sostenibbli li minnu tgawdi l-komunità sportiva kollha. "Il-proposti tiegħi dwar kif għandna nimmassimizzaw l-introjtu mill-kumpless sportiv f 'Ta' Qali jinkludu riġenerazzjoni u żvilupp tal- partijiet kollha fl-Istadium u l-kummerċjalizazzjoni tagħhom b'mod iddiversifikat," temm jgħid id-Direttur tal- 'Kunċerti f 'Ta' Qali jkabbru l-prodott turistiku u l-introjtu Bjorn Vassallo Chris Bonnett

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019