Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

l-istatwi li jaħdimhom apposta, Noel Muscat joqgħod jaħdem b'idejh il-pavaljuni u l-bandalori u d-disinn irqiq u fin tagħhom. "Għall-bidu kont bdejt nagħmel il-pavaljuni tal-kartun iżda qlibt fuq id-drapp u kull sena nagħmel xi ħaġa ġdida," spjegalna Muscat. Jolqtuk ukoll id-dettalji. L-arbli, jew inkella l-antanjoli kif inhuma magħrufa mad- dilettenti tal-festi, għandhom anke l-ħbula biex il-bandalora mhux sempliċiment teħel iżda tittella'. Apparti minn hekk, ħafna mill-istatwi li rajna armati huma minjatura ta' statwi kbar li jintramaw fit-toroq tal-Belt Valletta fil-ġranet tal-festa tal- Madonna tal-Karmnu. Statwi oħra huma oriġinali. Noel iħażżeż il-ħsieb u jqabbad statwarji biex jaħdmuhomlu. Uħud mill-istatwi għandhom ukoll sinifikat. F'Santa Katarina jarma l-istatwa ta' San Tarċisju martri u ħadimha apposta ftit xhur wara li kien miet missieru biex tibqa' tfakkru fih ukoll, ġaladarba kien imsemmi għalih. Dan kollu jinżel tajjeb immens mal-ġirien u l-ħbieb ta' Noel tant li minn din is-sena reġa' beda jorganizza l-festi wara nuqqas ta' għaxar snin, sforz l-inkorraġġiment tal-ħbieb u l-ġirien tiegħu. Apparti l-festa titulari tal- Madonna tal-Karmnu, li Noel jiċċelebraha qabel, biex ma taħbatx ma' dik iċċelebrata fil-Belt u li hi tant għal qalbu, jiċċelebra wkoll żewġ festi sekondarji, jiġifieri dik tal- Madonna tal-Ġilju f 'Marzu u l-festa ta' Santa Katarina f 'Settembru. Fil-fatt, Noel Muscat għandu armar differenti għal kull festa, saħansitra anke l-arbli li magħhom itella' l-bandalori, il-labardi tagħhom u l-liedna huma differenti. Anke l-knisja tkun armata differenti. Fil-festi sekondarji jkollha inqas armar u l-koppla, kif isir fil-postijiet fejn jiġu ċċelebrati festi sekondarji, lanqas ma tkun mixgħula. "L-arbli tal-Karmnu huma fuq il-kannella, ta' Santa Katarina fuq il-griż u tal-Ġilju fuq iċ-ċilesti. Jekk f 'Tal-Karmnu narma l-istatwi tal-papiet u ta' qaddisin Karmelitani, f 'Santa Katarina narma l-istatwi tal- martri," kompla jispjegalna Noel b'entużjasmu. Tkellimna dwar il-fatt li fil- ġranet tal-festa tiegħu, Noel jiftaħ il-bieb tad-dar għan-nies u fi kliemu l-għaxqa tiegħu meta jmorru l-ħbieb u l-ġirien tiegħu. "Ilni tlett ijiem bin-nies. Nieħu gost nara lin-nies ġejjin għax inħoss li l-festa tal-Karmnu li niċċelebra fid-dar tiegħi sservi bħala l-bidu tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu li niċċelebraw fil-Belt," qalilna Noel. Staqsejnieh dwar iż-żgħażagħ Beltin, jekk imorrux għandu biex jiċċelebraw il-festa miegħu u jekk jurux interess. "Iż-żgħażagħ jiġu. Għalihom xi ħaġa ġdida. Jibqgħu ċċassati. Kienu huma li ġegħluni nerġa' nibda nagħmel il-festa d-dar. Bil-ħila tagħhom erġajt bdejt," temm jgħidilna Noel. Dan huwa l-ewwel minn sensiela ta' artikli u supplimenti li l-gazzetta ILLUM se tkun qed tippubblika f 'dan iż-żmien li fih ħafna mill-ibliet u l-irħula f 'Malta u Għawdex ikunu qed jiċċelebraw il-festi tagħhom 11 Festi Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 | illum tiegħu biex jiċċelebra l-ħbieb Il-bandalori orġinali u l-istatwi minjatura Wieħed mill- każini ta' Noel armati għall- festa Iċ-ċentru parrokkjali mżejjen għat-titular

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019