Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770
29 Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 | illum Sports DYLAN Zarb - iben l-eks plejer leġġendarju ta' Valleta Joe Zarb, captain ta' Qrendi FC u wieħed mill-aqwa plejers li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Missieri kien jilgħab il-futbol u kont dejjem niġri miegħi għat- taħriġ u kien daħħalni ta' erba' snin fin-Nursery tal-Luxol u kont ħadt gost u bqajt nilgħab tista' tgħid sal-lum il-ġurnata. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun bħala Qrendi FC? Naħseb li l-aħħar staġun ma kienx wieħed tajjeb għalina għax l-għanijiet kienu li nkunu mal- ewwel sitta però l-ewwel diviżjoni huwa kampjonat ibbilanċjat ħafna u sfortunatament inqbadna niġġieldu għar-relegazzjoni fejn kellna nistennew sal-aħħar logħba imma rnexxielna nżommu postna fl-ewwel diviżjoni Taħseb li 'l quddiem se jirnexxielkom tiksbu l-promozzjoni għall-Premier? L-għanijiet tal-klabb dejjem kienu li niġġieldu ma' ta' fuq però kif għidtlek qabel il-kampjonat huwa ferm bilanċjat. Ovvjament il-klabb dejjem jimxi pass pass. Naħseb li t-tim għadu qed jistabilixxi ruħu fl-ewwel diviżjoni imma ovvjament jekk jiġi ċ-ċans nieħduh. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Ifhimni, dwar il-format għall- klabb bħal tagħna huwa tajjeb għax jikber iċ-ċans għat-timijiet iż-żgħar li jkunu fil-Kampjonat Premier, imma min-naħa l-oħra il-livell ikun aħjar kieku jonqsu t-timijiet. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Rigward il-kwistjoni tal-barranin ma naqbilx magħha. Qed jintilfu ħafna tfal minħabba l- barranin speċjalment għall-fatt li qed inġibu ħafna barranin li m'għandhomx il-kwalità u b' hekk ħa nbatu fin-nazzjonal. Ukoll illum rari tara plejers żgħar telgħin jilagħbu fil-Premier. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat tal-ewwel diviżjoni? Rigward il-grawnds fejn qed nilagħbu, fl-opinjoni tiegħi, is- Centenary Stadium huwa grawnd tajjeb, però naħseb li l-wiċċ tal- Victor Tedesco Stadium għandu bżonn jinbidel. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-aħħar staġun? Ifhem, rigward il-kontrol tar- referis, f 'kull pajjiż ikun hemm l-iżbalji. Il-logħba tal-futbol hija magħmula mill-iżbalji umani. Ikun hemm deċiżjonijet ħżiena però jien li nara ħażin mhux l-iżbalji imma l-arroganza ta' wħud mir-referis. Ovvjament, m'hemmx ħafna referis hekk, imma jien personali iktar idejjaqni dak il-fatt milli żball għax jien nemmen li fl-aħħar tal- kampjonat, l-iżbalji jibbilanċjaw favur kull tim. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Plejer tal-futbol irid jagħmel ħafna sagrifiċċji speċjalment plejers Maltin li jridu jlaħħqu max-xogħol u t-taħriġ, trid tkun iddixxiplinat. Trid toqgħod attent kif iżżomm ġismek fosthom ikel, taħriġ u ħrug. Ovvjament, l-affarijiet jiġu iżjed faċli jekk ikollok min jissapportjak fil-ħajja! Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Fil-ħajja, nemmen li jekk ikollok ir-rieda u dak li tkun qed tagħmel tkun qed tagħmlu b' imħabba u passjoni jirnexxielek tegħleb kull ostaklu. Ovvjament, xejn mhu faċli però kemm ili nilgħab dejem irnexxieli nlaħħaq max-xogħol u l-futbol bl- għajnuna t'Alla! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Rigward il-futur tiegħi issa li qiegħed nikber f 'dal-mument, l-iktar ħaġa importanti hi li nżomm 'il bogħod mill-injuries u nkompli nilgħab fl-ewwel diviżjoni. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-parir tiegħi liż-żgħażagħ huwa li kif ngħid lit-tifel tiegħi li bħali qed jaspira li jagħmel karriera fil-futbol huwa dak li m'għandkom taqtgħu qalbkom qatt. Ħa jkollkom affarijiet li jiġukom ħżiena però hemm trid tara l-karattru meta l-affarijiet jiġu ħżiena u li dejjem jibqgħu jitgħallmu u jżommu saqajhom mal-art! 'Naħseb li Qrendi FC għadu qed jistabbilixxi ruħu fl-Ewwel Diviżjoni' minn Cristian Antony Muscat Dylan Zarb It-tim ta' Qrendi FC