Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770
Sports 25 Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 | illum 'Sodisfazzjon kbir li avvenimenti bħal 'The Grid' qed jisplodu fil-popolarità tagħhom' - Ryan Mex minn Cristian Antony Muscat "BĦALA sportiv li ngħix u nipprattika l-isport ta' kuljum, huwa ta' sodisfazzjon kbir li avvenimenti bħal 'The Grid' qed jisplodu fil-popolarità tagħhom. Malta qiegħda tara bidla kulturali lejn ħajja iktar attiva fejn l-isport u l-fitness kulma jmorru qegħdin isiru parti integrali mill-ħajja ta' diversi adulti." Ryan Farrugia, jew kif inhu magħruf aħjar Ryan Mex għal darb'oħra reġa' kien il-protagonista tal- Obstacle Race The Grid fejn ħareġ rebbieħ għall-ħames darba wara xulxin, fost 2000 parteċipant. Din kienet is-sitt edizzjoni ta' din it-tiġrija, fejn Ryan rebaħ l-aħħar ħames edizjonijiet. Kulma jmur il-livell qiegħed dejjem jogħla f 'dan l-isport ġdid f 'pajjiżna. Il-kategorija Elite qed tkun iktar ikkontesta minn atleti mħarrġin sew. Anke l-postijiet u gyms fejn tista' titħarreġ għall- OCR żdiedu madwar pajjiżna kif ukoll programmi ta' taħriġ li jindirizzaw dan l-isport. Ryan jaqsam magħna x'tinvolvi l-preparazzjoni tiegħu għal dan it-tip ta' tiġrijiet u x'jaħseb fuq il- futur tiegħu f 'dan l-isport. The Grid hija importanti ħafna għalija – rajt l-evoluzzjoni ta' din it- tiġrija mill-ewwel darba li saret u pparteċipajt f 'kull edizzjoni. Kont ixxurtjat biżżejjed li nispiċċa fl-ewwel pożizzjoni ħames darbiet wara xulxin. Wara dawn il- prestazzjonijiet hemm ħafna sigħat ta' taħriġ. Inqatta' ħafna ħin il-gym fejn għandi kulma neħtieġ għal 'strength and conditioning training' u anke xi ostakli biex nipprattika fuqhom. Nitħarreġ ta' kuljum, u għat-tħejjija ta' tiġrija importanti bħal mhi The Grid, anke żewġ sessjonijiet f 'ġurnata jkolli. Jekk trid ittejjeb il- kapaċitajiet tiegħek, trid tirsisti. Fl-isport m'hemmx 'short cuts', jekk trid suċċess trid taħdem għalih. Peress li għandi 'office job', it-taħroġ irid jidħol fil-kumplament ta' ħinek għaldaqstant mhux faċli żżomm ċerta intensità. Biss però jrid isir, m'hemmx skużi. Apparti t-taħriġ, bħala atleta trid tassigura li tistrieħ biżżejjed kif ukoll tiekol sew ta' kuljum. Il- mistrieħ u n-nutrizzjoni huma l-ingredjenti bażi biex fiżikament u mentalment tisfrutta l-potenzjal tiegħek Personalment, l-ikbar ostaklu għalija f 'din it- tiġrija hija l-pressjoni biex inżomm u niddefendi t-titlu ta' Champion. Minn diversi ġranet qabel it-tiġrija, nibda nivviżwalizza kif ħa nqassam it-tiġrija u kif ħa naffaċċja kull ostaklu. F'moħħi jkolli pjan diġà ppreparat ħalli kif tasal il- ġurnata tat-tellieqa, inkun iktar kalm u b'hekk inkun nista' ngawdi l-esperjenza tat-tiġrija bla biżà ta' xejn. Wara kollox, tiġrija jew kwalunkwe attività oħra trid l-ewwel nett tieħu pjaċir tagħmilha. Dan l-isport jogħġobni immens għax jikkombina fih żewġ elementi li nħobb: ġiri fuq l-imħarbat kif ukoll sfidi fiżiċi li jipprovdulek l-ostakli. Minn meta kont żgħir kont inħobb nixxabbat il-bandli jew mas-siġar u llum jiswieni tajjeb f 'dawn it-tiġrijiet. Riċentament, ipparteċipajt f 'Runmageddon fil- Polonja, u Spartan Trifecta ġewwa l-Italja fejn irbaħt il-kategorija tal-età tiegħi. Spartan Trifecta tinvolvi tliet tiġrijiet OCR fuq medda ta' jumejn. Bla dubju li din l-esperjenza rawmitni iktar għal ostkali differenti Ir-rebħa ġewwa l-Italja fetħitli bibien oħra, u fl-aħħar ta' Ġunju, ikkwalifikajt biex nipparteċipa fl-iSpartan European Championships fid-Dolomiti, l-Italja. Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil Reflex Total Fitness li jgħinuni nwettaq il-ħolm tiegħi li ntellaq barra minn Malta fuq livell internazzjonli, Teamsport għall-ħwejjeġ u ż-żraben li jirrikjedi dan l-isport, Garmin Malta, Uncle Matt's Kitchen u Phonerefix. Mingħajr is-sapport ta' dawn l-entitajiet tkun ħafna iktar diffiċli biex nirrealizza l-ambizzjonijet sportivi tiegħi. Minn qalbi nirringrazzjahom!" Apparti fl-OCR, Ryan jikkompeti fil-Mountain Running f 'isem it-tim nazzjonali ta' Malta, fejn matul dan is-sajf se jkun qed jipparteċipa f 'tiġrijiet fil-muntanji madwar l-Ewropa. Segwi lil Ryan fl-avventuri sportivi tiegħu madwar l-Ewropa fuq Instagram Ryan__Mex jew fuq il- paġna tal-atleta fuq facebook, Ryan Mex. Ryan Farrugia