Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Delia: sejjaħ vot ta' fiduċja! Dan l-editorjal ma ddejjaq xejn jisħaq illi jekk Adrian Delia mhux kapaċi jgħaqqad partit u jwassal biex dan ikun alternattiva serja għall- Gvern tal-ġurnata għandu jirreżenja. Dan l-editorjal saħaq ukoll għal darba, darbtejn illi l-għaqda fil-partit hija r-responsabbilità tal-Kap, l-ewwel u qabel kollox u għandu jkun il-Kap stess li jirreżenja jekk wara li jevalwa s-sitwazzjoni jinduna li ma jista' qatt ikun il-fattur li jgħaqqad. Is-sitwazzjoni fluwida fil-PN kompliet tiggrava b'dak li deher illi se jkun il-kapitlu finali tat-tmexxija ta' Delia b'bosta Deputati rrapportati illi ma jridux lil Delia jew inkella li jridu lil Delia jwarrab fiċ-ċirkostanzi kurrenti tal-PN. Fost dawn il-gazzetta The Sunday Times semmiet lil Jason Azzopardi, Claudio Grech, Mario DeMarco, Ryan Callus, Chris Said, Claudette Buttigieg, Karol Aquilina, Ivan Bartolo u oħrajn. Lil hinn mir-rapporti fuq il-gazzetti, inkluż din, l-ebda deputat sal-lum għadu ma qal ċar u tond u fil-pubbliku fejn eżatt jinsab ma' Adrian Delia, jekk iriduhx jitlaq u jekk huwa l-każ, għaliex. Dan juri ma' liema tip ta' oppożizzjoni interna qed jitqabad Adrian Delia. Nies illi jitfgħu l-ġebla u jaħbu jdejhom għax huma iktar interessati fis-sopravivenza politika tagħhom milli verament iwettqu l-bidliet li hemm bżonn isiru. Għalkemm din il-gazzetta temmen li Delia xorta għandu jirriżenja, jekk għalxejn minħabba li huwa ċar illi ma jista' qatt ikun il-kolla li tgħaqqad il-partit, xorta nappellaw lil dawk id-deputati Nazzjonalisti biex jieqfu jitkellmu fil- privat u jfesfsu fil-widnejn u jgħidu biċ-ċar x'jaħsbu dwar Delia fil-pubbliku. Jekk għal xejn, biex il-partitarji li vvutawlhom ikunu jafu eżatt fejn jinsabu magħhom. Jekk vera jemmnu li l-PN wasal fit-tarf u jekk vera jemmnu li l-partit ma jista' qatt jirbaħ jekk jibqa' għaddej fit-triq li qabad, mela allura jeħtieġ li juru wiċċhom u jgħidu dak li jħossu. Jew hekk jew inkella jkunu qegħdin biss jilagħbu għall-gallarija, interessati aktar f 'ġildhom milli fil- partit. Ġimagħtejn ilu din il- gazzetta ppubblikat bħal rapport qasir tat-telfa u intitolatu 'rikonċiljazzjoni'. Minn dakinhar mhux talli ma seħħitx ir- rikonċiljazzjoni talli l-affarijiet marru għall- agħar. Delia, ma jistax jibqa' jinjora din is-sitwazzjoni. Triq waħda hemm, dik li jsejjaħ vot ta' fiduċja minn fost il-Kunsilliera u t-tesserati ħalli jsiru l-kontijiet u terġa' tkun eżaminata d-deċiżjoni li ttieħdet fl-2017, deċiżjoni li ta' min infakkru ma kinitx waħda kbira biżżejjed biex tneħħi kull dubju hekk kif Delia rebaħ b'maġġoranza żgħira. Min għandu jgħid kontra Delia jgħid u min favur ukoll, imma mbagħad l-aħħar kelma tkun tan- Nazzjonalisti mill-ġdid. B'mandat ikbar minn dak tal-2017 u allura iktar ċar u li ftit jista' jkun sfidat, Delia jkun jista' jmexxi l-PN sal- 2022 mingħajr iktar bsaten fir-roti. Jekk dan mhux se jseħħ il- PN se jibqa' jitfixkel f 'saqajh stess u jitkisser minn ġewwa. Ftit ġranet ilu, il-PN kien qisu pazjent qed imut u l-intervent kien bżonn imminenti. Ftit żmien ieħor lanqas dak l-intervent mhu se jkun biżżejjed biex isalva lill-PN mit-tifrik totali. Lil Adrian Delia nfakkruh li l-pożizzjoni tiegħu jafha lill-partit u huwa jinsab obbligat lejn il-bżonnijiet tal-partit u mhux il-kontra. Għalhekk jekk vera hu Nazzjonalist, jekk vera jħobb id-demokrazija, jekk vera jrid ikun onorabbli u jekk vera jrid ikun ġust mal- partit li jmexxi u ladarba ma jridx jirreżenja, għandu llum qabel għada jsejjaħ għal vot ta' fiduċja. F'ġieħ is-sewwa, id- demokrazija u s-sens komun! Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019