Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 | illum 'Fil-ħajja ma trid taqta' qalbek qatt' LUKE Grech - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li huwa plejer ferm importanti ta' Tarxien Rainbows. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn meta kont ta' età żgħira. Missieri Marco Grech - eks player ta' Ħamrun Spartans kien dejjem jeħodna miegħu għal xi sessjonijiet ta' taħriġ u allura bla ma trid tibda tħobb il-logħba. Bdejt fin-nursery ta' Sliema Wanderers u komplejt ma' dik ta' Ħamrun Spartans. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Tarxien Rainbows? Fl-aħħar żewġ staġuni kont qiegħed misluf lil Tarxien Rainbows mingħand Ħamrun Spartans. Fl- ewwel staġun l-iskwadra kienet prattikament komposta minn ftit plejers ta' esperjenza, oħrajn żgħażagħ li xtaqu jiksbu esperjenza fil-Premier u xi barranin bi ftit esperjenza fil-kampjonat tagħna. L-ewwel parti tal-istaġun kienet diffiċli ħafna iżda bi ftit irtokki f 'Jannar irnexxielna nilagħbu play- off kontra Zejtun Corinthians u rnexxielna nirbħu bi skor ta' 1-0. It-tieni staġun kien wieħed b'aspettattivi ħafna ikbar. L-iskwadra ssaħħet bi plejers barranin ta' livell u Maltin ta' esperjenza fil-kampjonat Malti. X'taħseb dwar dak kollu li urejtu matul l-aħħar staġun? Kien stagun bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu. Nemmen li f 'ċerti mumenti stajna urejna ħafna iktar kontinwità u bi ftit organizzazzjoni kollettiva stajna niġbru ferm iktar punti. Iżda meta tikkunsidra d-diffikultajiet li għaddejna minnhom nemmen li xorta għandna nkunu sodisfatti li rnexxielna nżommu lill-klabb fil- Premier League b'kumdità. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Fil-bidu nammetti li kont xi ftit xettikudawr dan, iżda meta tqis li dawn l-aħħar żewġ staġuni, il- Kampjonat baqa' jkun missielet sal-aħħar ġurnata, kemm fir-rebħ tat-titlu, post fil-kompetizzjonijiet Ewropej kif ukoll fir-relegazzjoni, wieħed jista' jikkonferma li kull tim qiegħed ikun kompetittiv. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? F'kull kampjonat fid-dinja tara differenza bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt. Impossibli li jkun hemm bilanċ assolut bejn 14-il tim. Wieħed ma jridx jinsa l-baġits li kull klabb ikollu allokat. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le. Il-kampjonat Malti għandu jibqa' vetrina għat-talent Malti. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Il-mentalità trid tinbidel jekk irridu li l-livell jogħla. Sfortunament, tiltaqa' ma' sitwazzjonijiet fejn plejer barrani jilgħab flok dak Malti għax ikun ta' nazzjon differenti mhux għax ikollu livell aħjar. Iżda nemmen li fl-aħħar staġuni, ġew numru konsiderevoli ta' barranin b'livell tajjeb li jista' jagħmel il-kampjonat tagħna ta' livell aħjar. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Kemm Ta' Qali kif ukoll Kordin huma żewġ grawnds ta' livell tajjeb. Il-grawnds sintetiċi għandhom jixxarrbu qabel partiti biex nevitaw ħafna injuries li sfortunament diġà seħħew fil-passat. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Il-kontroll tar-referis kien wieħed sodisfaċenti. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Plejer irid jitħarreġ b'intensità ta' kuljum bla waqfien f 'festi, Ħdud u fil-maltemp. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Il-ħinijiet tax-xogħol tiegħi jagħmluha faċli biex inkun nista' nattendi għal kull partita u sessjoni ta' taħriġ. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Qiegħed inħares lejn il-futur b'ottimiżmu. Wara sentejn ma' Tarxien Rainbows qiegħed inħares lejn il-futur b'kalma u ninsab ippreparat għal kull eventwalità. Il-prijorità tiegħi tibqa' dik li nerġa' nilgħab fl-ogħla livell tal- futbol Malti. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Fil-ħajja ma trid taqta' qalbek qatt. Ikun hemm mumenti diffiċli fejn tibda taħsibha tkomplix iżda trid tibqa' tippersisti bit-taħriġ, tħares 'il quddiem u fl-aħħar mill-aħħar tilħaq l-objettivi tiegħek. Ritratt: Joe Borg 2019 Luke Borg (Lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019