Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Minn meta kont żgħir ħafna, jiena, flimkien mal-familja tiegħi konna nkunu għall-villeġġjatura, fir- residenza tas-sajf tagħna ġewwa San Pawl il-Baħar. Konna mmorru ngħumu s-Sirens pitch peressli missieri kien midħla sew ta' dan il-klabb. Wara li tgħallimt ngħum bdejt nitħarreġ iktar fl-għawm, billi ta' tmien snin bdejt nieħu lezzjonijiet, taħt il- gwida ta' Maria Grixti u Monique Mangion, fejn ipparteċipajt f 'diversi kompetizzjonijiet organizzati mill-klabb kif ukoll dawk fuq livell nazzjonali. Però, darba waħda, meta kelli 11-il sena, il-ġenituri tiegħi qaluli li l-kowċ tal-waterpolo tas-Sirens ta' taħt il-15-il sena, li dak iz-żmien kien Twanny Fenech, xtaqni nibda nitħarreġ il-waterpolo. Niftakar li Twanny kellu karattru ferrieħi ħafna u anke l-mod kif kien ikellmek kont tħossok tieħu gost b'dak li qed tagħmel. Fil-fatt dak iż-żmien li bdejt, kien hemm numru kbir ta' tfal li kienu qed jitħarrġu l-waterpolo. Minn dakinhar 'l hemm, l-imħabba tiegħi għall-waterpolo tant bdiet tikber, illi llum il-ġurnata sar parti minni; fil-fatt meta nieqfu dawk it- tliet xhur bejn Ottubru u Diċembru nħossni mitluf u kultant ittini rasi! Irrid nieħu din l-opportunità wkoll biex nirringrazzja ħafna lil Sergio Afric u Ġużi Attard li kienu l-kowċis tiegħi bejn it-13 u l-15-il sena, li permezz tal-għajnuna tagħhom, il- livell tiegħi kien tjieb immensament, b'tali mod li eventwalment kont ġejt inkluż fit-tim preliminari tal-juniors ta' Malta li kien immexxi minn Anthony Farrugia, magħruf aħjar bħala 'Panelli' u ta' 17-il sena bdejt niġi magħżul mat-tim tal-kbar tas- Sirens. X tikkummenta fuq ir-riżorsi (pixxina) li fihom titħarrġu u tilagħbu f 'Malta? L-iktar sport li jiġi segwit hawn Malta huwa bla dubju l-futbol; dan huwa rifless bl-ammont kbir ta' riżorsi li jiġi investit f 'dan l-isport. Minkejja li jien segwaċi kbir tal- futbol, jiddispjaċini meta nisma' li pereżempju ikun ġie inawgurat xi pitch ġdid tal-futbol meta hawn Malta għadna biss b'pixxina nazzjonali waħda, fejn it-timjiet kollha jridu jitħarrġu. Żgur li mhux ideali għall-kowiċs illi jippruvaw ideffsu kollox ġo programm ta' siegħa u kwart biss u żgur li mhux ideali għalina l-plejers li nitħarrġu fix-xhur tax-xitwa peress li l-pixxina mhix indoor. M'iniex qed ngħid li ma sar xejn f 'dawn l-aħħar snin fil-qasam tal- waterpolo u lanqas mhu qed ngħid illi m'għandux ikun hemm iktar investiment fil-futbal lokali, però meta tqis il-livell tajjeb li hawn fil- waterpolo Malti, li qed jiġi rifless ukoll fir-riżultati li qed jikseb it-tim nazzjonali, naħseb li l-kostruzzjoni ta' pixxina oħra tkun mistħoqqa, anke biex il-klabbs ikunu jistgħu jitqassmu aħjar u konsegwentament ikollhom iktar ħin biex jitħarrġu u fuq kollox jitħarrġu f 'ħinijiet aktar diċenti. Pixxina ġdida tista' wkoll tħajjar iktar tfal biex jieħdu sehem fil-waterpolo u forsi anke tħajjar iktar klabbs ġodda li jifformaw u jidħlu fil-kampjonati, illi naħseb hawn bżonn iktar minnhom. X sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Peress li f 'Malta hawn ħafna plejers, inkluż jien, illi ma jilagħbux b'mod professjonali, trid tipprova ssib bilanċ bejn ix-xogħol u l-waterpolo, u fil-każ tiegħi tal- familja wkoll. Naħseb trid tkun fiż- żarbun tagħna biex wieħed japprezza verament is-sagrifiċċji li jinvolvi, speċjalment jekk tieħu l-isport bis-serjetà. Meta kont iżgħar kelli diversi passatempi, fosthom kont indoqq il-pjanu u anke kont nattendi lezzjonijiet ta' drama l-Masquerade Theatre School. Dawn kelli inwaqqafhom biex niffoka fuq il-waterpolo biss. Barra minn hekk, mhux l-ewwel darba illi pereżempju filgħaxija nibqa' d-dar u ma noħroġx għax l-għada jkolli logħba. Illum il-ġurnata li jien iktar matur u għandi familja, nagħmila mingħajr problemi ta' xejn, però mhix xi ħaġa faċli meta tkun iżgħar li tara lil sħabek kollha joħorġu jiddevertu u jsaqsuk biex toħrog magħhom u inti jkollok tirrifjuta. Biss, jiena nemmen illi jekk ħa tidħol għal sport bħalma huwa l-waterpolo, trid tkun fully committed għalih u dan jfisser li trid tkun lest li twarrab affarijiet oħra, għax dawk jispiċċaw jiġu affarijiet sekondarji. Kif jirnexxilek tlaħħaq mat-taħriġ, ix-xogħol u mal-waterpolo? S'issa dejjem għamilt ħilti biex nattendi is-sessjonijiet tat-taħrig tal- waterpolo. Ovjament mhux faċċli,speċjalment meta tikber u tibda taħdem għax ġieli nibqa' sejjer il-pixxina dritt wara x-xogħol. Jekk ikollok familja, bħalma hu fil-każ tiegħi, tkun aktar diffiċli u peressli f 'Settembru li għadda sirt papà, qed tkun iktar iebsa biex inlaħħaq ma kollox. Il-ħinijiet tat-taħrig ma tantx jgħinu ghax ġieli ikolna sessjonijiet ta' taħriġ fit-8:30 u nispiċċa nasal id- dar wara l-10 ta' billejl u dan ifisser li ikolli anqas ħin biex noqgħod mat-tifel jew ikolli anqas enerġija. Nixtieq nieħu din l-opportunità wkoll biex nitkellem ftit fuq il- ħinijiet tal-logħob tal-ewwel diviżjoni. Ħafna minn dawn il-logħob 'Illum il-ġurnata, il-waterpolo sar parti minni' Cristian Antony Muscat Reinhard Attard - captain tat-tim tal-waterpolo ta' Wied il-Għajn u fost l-aktar plejers ta' esperjenza li jimmilitaw fil-kampjonati lokali tal-waterpolo. Huwa l-captain tat-tim tal-waterpolo ta' Wied il-Għajn Huwa wieħed mill-aktar plejers ta' esperjenza li jimmilitaw fil-kampjonati lokali tal-waterpolo Jiddeskrivi l-waterpolo bħala parti kbira minn ħajtu REINHARD ATTARD Tittraskurawx l-isport għax minn barra li żżomm ruħek b'saħħtek, tkun qed titgħallem u tħaddan kwalitajiet oħra li jagħmluk persuna aħjar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019