Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 DANIEL Sant - captain ta' Sirens FC u xprun ewlieni biex l-istess tim minn San Pawl il-Baħar kiseb promozzjoni storika għall- Kampjonat Premier. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Bdejt nipprattikah minn mindu kont ta' età żgħira ħafna u qatt ma waqaft minn dakinhar għax irreallizzajt li huwa parti kbira minn ħajti. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Sirens? Hija esperjenza li kull plejer jixtieq jgħaddi minna kull staġun jekk hu possibbli għax ikollok mumenti li m'int ħa tinsihom qatt. Li tkun għent lill-klabb biex jilgħab f 'diviżjoni fejn qatt ma kien wasal qabel, tagħmel din l-esperjenza iktar memorabbli. Nitkellmu dwar l-aħħar staġun ta' Sirens. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Fl-aħħar staġun, bil-futbol sabiħ u konvinċenti li lgħabna wrejna lil kulħadd li kien jixraqilna l-ewwel post u li ma kienx jistħoqqilna pożizzjoni inqas minn hekk. X'taħseb li kien is-sigriet tas- suċċess biex bħala Sirens ksibtu l-promozzjoni bħala Champions għall-Kampjonat Premier? Apparti s-sehem immeritat ta' kull plejer, kowċis u kumitat, naħseb li s-sigriet għal dan is-suċċess kien l-għaqda ta' bejnietna. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? L-ewwel diviżjoni huwa kampjonat ferm ibbilanċjat fil-fehma tiegħi u fih ħafna sorpriżi. Fih ikun hemm ħafna riżultati li ma tkunx qiegħed tistenniehom. Però, nemmen li jekk it-timijiet ta' fuq ikunu fil-ġurnata tagħhom, id-differenza fil-kwalità tidher żgur. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Barranin tajbin u ta' professjonalità hawn ħafna, però naħseb li mhux kull tim qiegħed jagħmel id-deċizjoni ġusta fuq ċerti barranin. Barrani tridu biex jurik differenza fil-kwalità minn dik ta' plejer Malti u xi kultant qegħdin ikunu tal-istess livell jew saħansitra anke inqas. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni? Mis-Centenary Stadium m'għandi xejn xi ngerger għax huwa grawnd tajjeb b'turf ġdid. Il-Victor Tedesco Stadium naħseb li wasal iż-żmien li jirranġawh. Filwaqt li dwar il-Luxol Stadium ma naħsibx li dan huwa addattat għall- Ewwel Diviżjoni. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Ovvjament ħa jkun hemm deċiżjonijiet u opinjonijiet differenti bejn referì u plejer, però ma ninsewx li dawn iridu jieħdu deċiżjoni f 'temp ta' sekonda u kulħadd jiżbalja. Kollox ma' kollox, jien ninsab kuntent bil- prestazzjonijiet tagħhom. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? L-ewwel u qabel kollox hija stil ta' ħajja ta' kull plejer. Wieħed irid joqgħod attent ta' x'jiekol u x'jixrob matul il-ġurnata waqt l-istaġun kollu. Il-futbol jirrikjedi ħafna ħin minn ħajtek u meta tqis li tkun għadek ġej minn ġurnata xogħol, mhix faċli. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Kif semmejt qabel mhux faċli però jien għandi ċ-ċans li nistrieħ ftit qabel it-taħriġ għax naħdem sat-3.00pm filwaqt li t-taħriġ jibda fis-6.30pm. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Dejjem nimxi pass pass. Meta bdejt it-taħriġ mal-kbar qatt ma kont qiegħed nimmaġina li wara ċertu żmien kont ħa nkun qiegħed nilgħab fl-Ewwel Diviżjoni u saħansitra issa għandi ċ-ċans li nilgħab fl-ogħla diviżjoni ta' Malta. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Nixtieq ninkoraġġihom biex fl- ebda mument fil-karriera tagħhom ma jaqtgħu qalbhom - tkun xi tkun is-sitwazzjoni. Li tagħmel parti minn grupp kbir ta' nies hija xi ħaġa li tgħinek ukoll fil-ħajja personali tiegħek speċjalment fejn wieħed ikun qiegħed iżomm ruħu attiv il-ħin kollu. Wieħed dejjem irid iżomm f 'moħħu li l-futbol ma jintlagħabx b'persuna waħda iżda tim jikkonsisti minn grupp ta' plejers. Għalhekk fil-logħba tal-futbol, dejjem trid turi dixxiplina u rispett speċjalment lejn sħabek il-plejers tat-tim li trid taħdem magħhom matul l-istaġun kollu u kulħadd għandu jiġbed ħabel wieħed! illum Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 'Is-sigriet għal dan is-suċċess kien l-għaqda ta' bejnietna' Daniel Sant - Captian ta' Sirens FC It-tim tas-Sirens jiċċelebraw promozzjoni storika Ritratt: Jonathan Bugeja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019