Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770
Sports 26 illum Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 minn Cristian Antony Muscat HALEY Bugeja - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan- nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li f 'Mejju li għadda rebħet l-unur prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena f 'dak li għandu x'jaqsam ma' futbol femminili. F'dan l-artiku, se tkun qed tirrakkonta fid-dettall, l-esperjenza riċenti ta' suċċess li kellha ma' US Sassuolo fl-Italja. "L-esperjenza tiegħi ma' US Sassuolo kienet waħda li se nibqa' niftakar tul ħajti kollha. Qatt ma ħsibt li se nagħmel parti minn skawdra li jilagħbu futbol daqshekk sabiħ. Mill- ewwel sessjoni sal-aħħar waħda ħassejtni milqugħa ħafna mill-plejers kif ukoll mill-kowċ. Il-fatt li ma tantx nitkellem Taljan ma żammnix lura wisq għaliex xorta kkomunikajt magħhom b'xi mod jew ieħor. Kellhom skwadra kbira ħafna ta' 'l fuq minn 20 plejer u kien hemm madwar sitt barranin neqsin. Fil-perjodu li tlajt hemmhekk jien, huma kienu jinsabu f ''recovery mode' minħabba li l-istaġun tagħhom kien diġà spiċċa jiġifieri lanqas stajt nimmaġina t-tempo u l-intensità kif tkun fi żmien il-logħob. Minkejja dan, xorta ħassejt li laħħaqt tajjeb ħafna magħhom u l-kowċ kif ukoll il-president ma kellhom xejn ħlief kummenti pożittivi fuqi. Apparti dan qaluli li jixtiequ li nibqa' naħdem u nistinka u fl- istess ħin inżomm sieqi mal- art. Kważi l-plejers kollha kienu plejers professjonali ħlief xi ftit ta' età iżgħar li għadhom jattendu l-iskola. Kien hemm plejers ta' livell tajjeb ħafna u kienet unur għalija biex irnexxieli naqsam din l-esperjenza magħhom u nilgħab fl-istess tim magħhom. Id-distakk bejn il- futbol Malti u l-futbol Taljan ħassejtu ħafna. Ma kelli l-ebda dubju qabel ma tlajt li se nsib livell daqshekk għoli. Il-livell tekniku ta' ċerti plejers affaxxinani u litteralment ikollok aptit tieqaf f 'nofs logħba u tagħtihom applaws u tapprezza ftit it-talent. Huma offrewli li nerġa' nitla' magħhom fil- futur biex jevalwawni u jaraw kif sejra. Avolja dik hi x-xewqa - li mmur nilgħab barra minn xtutna, qiegħda totalment iffukata fuq dan is-sajf fejn se jkolli pre-season man- nazzjonal, tournaments ġejjin u fuq l-istaġun li ġej ma' Mġarr United. M'għandi l-ebda dubju li l-istaġun li jmiss se jkun memorabbli daqs l-aħħar wieħed u jekk Alla jrid ftit iktar! Nixtieq nirringrazzja lil kull min b'xi mod jew ieħor ħadem miegħi u għalija biex wassalni s'hawn bħall-kowċis, familjari u ħbieb tal-qalb u fl-istess ħin, nagħmilha ċara li dan għadu biss il-bidu u ninsab ippreparata biex inkompli naħdem sabiex kull ħolma li għandi kemm hawn Malta kif ukoll barra minn xtutna jsiru realtà." 'L-esperjenza ma' US Sassuolo kienet waħda li se nibqa' niftakar tul ħajti' Hailey Bugeja