Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 Minn Yendrick Cioffi WARA li nhar il-Ħadd li għadda din il-gazzetta rrapportat dwar kif tifla ta' ħames snin tħalliet waħedha, fis-6.30am, tistenna quddiem l-iskola biex tiftaħ, illum tista' tikkonferma li skejjel privati u tal-Knisja jkollhom iħallsu jekk jitolbu pulizija biex joqogħdu għassa fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ. Patri Charles Mallia, li jmexxi s-Segretarjat tal- Kurja għall-Edukazzjoni Nisranija u li allura huwa responsabbli mill-iskejjel tal- Knisja, spjega mal-gazzetta ILLUM kif minkejja li dan is-servizz kien intalab, sal- lum għadu ma sar xejn. Fil-fatt, Patri Charles spjega mal-ILLUM kif personalment kien tkellem dwar dan mal-Kummissarju tal-Pulizija li fi kliemu kien deher kommess li jgħin biex anke l-iskejjel privati u tal-Knisja jingħataw dan is-servizz. "Iżda qatt ma wasalna mkien," saħaq Patri Charles. Mistoqsi jekk dan ifissirx li l-iskejjel tal-Knisja jkollhom iħallsu jekk jitolbu li jkun hemm Pulizija għassa mal-iskejjel fil-ħinijiet li l-istudenti jaslu u anke meta jiġu biex imorru lura d-dar, Patri Charles wieġeb fil- pożittiv. Intant, din il-gazzetta bagħtet tistaqsi lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u anke lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex jikkonfermaw din l-informazzjoni u jekk hemmx pjanijiet biex dan is-servizz ikun jista' jingħata b'xejn l-iskejjel kollha. Min-naħa tiegħu, il- Ministeru għall-Edukazzjoni talabna ngħaddu l-mistoqsijiet tagħna lill- Korp tal-Pulizija. Sal-ħin li morna għall-pubblikazzjoni konna għadna ma rċevejna ebda tweġiba. Mill-banda l-oħra, il- Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, li taħt ir-responsabbilità tiegħu jaqa' l-Korp, għażel li jiffoka t-tweġiba tiegħu fuq it-traffiku u insista kif apparti mill-iskejjel tal-Istat, "il-Pulizija jikkontrollaw it-traffiku viċin skejjel oħra biex ma jkunx hemm ksur tal-liġi u inkonvenjent għal terzi." Il-Ministeru ma weġibx jekk hux minnu li skejjel privati u tal-Knisja jkollhom iħallsu jekk jitolbu li jkun hemm pulizija għassa u jekk hemmx pjan biex dan is-servizz jibda jingħata lill- iskejjel kollha. Skejjel tal-Knisja u privati jkollhom iħallsu jekk jitolbu s-servizz tal-Pulizija Il-Gazzetta ILLUM tikkonferma kif skejjel privati u tal-Knisja jkollhom iħallsu jekk jitolbu li jkun hemm Pulizija għassa fil-ħin li l-istudenti jaslu jew inkella jitilqu mill-iskola Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tinsab infurmata li t-tentattivi biex jinġabru 150 firma minn fost il-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista għadhom għaddejjin. Dawn il-firem qed jinġabru sabiex Delia jiffaċċja vot ta' fiduċja jew sfiduċja fil-Kunsill Ġenerali ladarba dan mhux qed isir fil-Grupp Parlamentari, fejn Delia qed isib l-akbar oppożizzjoni u ladarba lanqas Delia ma jidher li jixtieq jagħmel dan. Dawn it-tentattivi ilhom għaddejjin minn ftit wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u s'issa għadhom ma ħallewx frott. Fil-fatt l-ILLUM tinsab infurmata li sa issa għadhom ma jistgħux jingħaqdu l-150 firma. Il-gazzetta ILLUM hija infurmata li qed isiru telefonati lil diversi kunsilliera tal-PN minn attivisti, ħafna minnhom viċin deputati li jridu lil Delia jitlaq. Dawk li tkellmu magħna qalu illi fost l-aktar attivi hemm persuni qrib Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami. Dawn huma l-istess deputati li kienu wara firem fil-Grupp Parlamentari biex Delia jitneħħa minn Kap tal- Oppożizzjoni. Wieħed mill-Kunsilliera li tkellem ma' din il-gazzetta fuq kundizzjoni ta' anonimità sostna illi l-persuna li kellmitu fuq it-telefon saħansitra sostniet miegħu li hemm nies li lesti jieħdu t-tmun minflok Delia. Issemmew Roberta Metsola u Claudio Grech. Fil-fatt kienet din il-gazzetta li ftit qabel l-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew żvelat kif Roberta Metsola hija l-aktar persuna li qed tkun imbuttata minflok Delia għal bosta raġunijiet. L-ewwel nett għax hija pjuttost b'saħħitha fil-partit u t-tieni għax hija mara u allura l-PN ikollu ċ-ċans li jikteb l-istorja qabel il-Partit Laburista u jeleġġi l-ewwel Kap mara fl-istorja politika. Metsola qed tkun imbuttata l-aktar mil-liberali u dawk li huma meqjusin bħala 'ta' Simon.' Mal-ILLUM Metsola kienet qalet li dawn huma "spekulazzjonijiet" u "fake" news. Claudio Grech huwa ħafna iktar kawt fil-partit u l-appoġġ lejh inqas magħruf għalkemm il-fatt li qatt ma kien ikkunsidrat favur jew kontra naħa u l-fatt li dejjem baqa' kawt u baqa' lura milli jippronunzja ruħu fuq kwistjonijiet interni tista' tgħin ħafna liċ-ċansijiet tiegħu. L-għajta għar-riżenja ta' Delia qabdet iktar wara t-telfa enormi li sofra l-PN fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew b'distakk ta' 42,656 vot favur il-PL. Jidher illi issa l-pressjoni fil-Grupp Parlamentari qed tikber sew b'ħafna mill-grupp irid lil Delia jitlaq mill- kariga. Minkejja dan, s'issa l-ebda deputat għadu ma ressaq vot ta' sfiduċja f 'Delia jew inkella sostna pubblikament li jrid lil Delia jirreżenja. Nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta The Sunday Times ippubblikat lista li tinkorpora fiha l-Grupp Parlamentari kollu u qalet illi huma tnejn biss mid-Deputati kollha Nazzjonalisti li jridu lil Delia jibqa'; Carm Mifsud Bonnici u Edwin Vassallo. Ara wkoll paġna 19 Kunsilliera jirċievu telefonati biex jiffirmaw ħalli jitlaqqa' l-Kunsill Ġenerali Għadhom għaddejjin tentattivi biex jinġabru 150 firma, minn diversi attivisti viċin deputati li jridu lil Delia jitlaq, fosthom Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi Patri Charles Mallia Delia qed jaffaċċja pressjoni biex jitlob vot ta' fiduċja Beppe Fenech Adami Jason Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019