Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Minn Yendrick Cioffi LISTAĠUN tal-festi qabad ir- ritmu. Festi għaddew, oħrajn qed ikunu ċċelebrati llum u diversi bliet u rħula oħra qed iħejju t-toroq tagħhom biex jilbsu l-libsa tal-festa li għadha ġejja. Fil-Belt Valletta jiġu ċċelebrati erba' festi, iżda għal Noel Muscat dan mhux biżżejjed, hekk kif fid-dar tiegħu jiċċelebra festa titulari u tnejn sekondarji. Nhar il-Ħadd li għadda, il- gazzetta ILLUM żaret id-dar ta' Noel Muscat hekk kif wara nuqqas ta' diversi snin, reġa' beda jiċċelebra l-festa tal- Madonna tal-Karmnu. Madwar Malta hawn diversi persuni li jarmaw minjatura ta' knisja, iżda Noel ma għandux biss knisja, iżda kważi kważi villaġġ sħiħ. Malli tidħol fil-kamra fejn Noel jiċċelebra l-festa, issib jilqgħuk il-pavaljuni, l-istatwi fuq il- pedestalli, il-liedna, il-fustuni u l-knisja prominenti fin-nofs, armata u mixgħula għall-festa minn ġewwa u minn barra. Mhux hekk biss, iżda Noel saħansitra għandu żewġ każini tal-banda, li kienu armati kif xieraq għall-festa, bl-arblu u bil-pavaljuni mal-gallarija u anke ċ-ċentru parrokkjali. Fl- isfond, kien għaddej recording tal-quddiesa solenni tal-festa bil-paniġierku u wara anke l-marċi. Aħna lanqas konna l-uniċi nies li żorna l-festa li jorganizza Noel u dan għax huwa jorganizza l-festa fuq ġimgħa sħiħa u fi tmiem il-ġimgħa jiftaħ il-bibien tiegħu għal sħabu Beltin biex magħhom jaqsam il-ferħ tal-festa li jorganizza. Tkellimna ma' Noel dwar dan il-passatemp tiegħu u staqsejnieh minn fejn nibtet din l-idea tiegħu li jiċċelebra l-festa fid-dar. Noel spjegalna kif kollox beda madwar 30 sena ilu meta ħabib tiegħu minn Ħal Tarxien kien jistiednu għal festa li kien jorganizza fuq il-bejt tad-dar tiegħu. Minn hemm beda jagħmel il- festa anke hu. L-ewwel ħadem knisja żgħira u ftit ftit beda jaħdem l-armar u anke l-faċċati tal-każini li għandu fil-kamra. Ta' min jgħid ukoll li apparti 10 illum | Il-Ħadd 23 ta' Ġunju Festi IDENTITY MALTA AGENCY CHANGE IN OFFICE OPENING HOURS CENTRAL VISA UNIT AS FROM 1 st JULY 2019 THE CENTRAL VISA UNIT WILL BE OPENING FROM: MONDAY TO FRIDAY 08:00AM - 02:00PM (Excluding Public Holidays) The Central Visa Unit will be accepting general queries, the submission of applications, including student visas, and passport collections on a daily basis t +356 2590 4550 e visa.ima@gov.mt w www.identitymalta.com Jiftaħ il-bieb tad-dar tiegħu l-festa mal-ġirien u l-ħbieb Fl-ewwel minn sensiela ta' artikli u supplimenti f'dan l-istaġun tal-festi, il-gazzetta ILLUM iżżur festa di erenti u partikolari. Noel Muscat jorganizza festa d-dar tiegħu l-Belt Valletta u jistieden lill-ġirien u l-ħbieb biex igawdu miegħu… Il-pavaljuni li Noel jaħdem b'idejh Waħda mill- istatwi oriġinali li ħadem Noel Noel Muscat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019