Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770
17 illum | Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 Opinjoni N har it-Tlieta li għaddew 464 kunsillier ġdid, 343 raġel u 121 mara, ħadu l-ġurament tal-ħatra tagħhom bħala kunsillieri ġodda wara l-elezzjoni li kien hemm fil-25 ta' Mejju. Aktar 'il quddiem is- sindki u l-viċi sindki se jieħdu l-ġurament tagħhom biex mill-1 ta' Lulju jiġu stabbiliti b'mod uffiċjali l-kunsilli lokali l-ġodda. Kunsilli li huma istituzzjoni importanti fit-tessut tal-Amministrazzjoni Pubblika għaliex isaħħu d-demokrazija lokali. Kien ta' pjaċir għalija li f 'din l-okkażjoni importanti nindirizza lill-kunsillieri ġodda. Tajjeb li wieħed jgħid li minn dawn l-464, ġew eletti b'kollox 191 persuna għall-ewwel darba, 63 minnhom nisa. Din hija qabża konsiderevoli, bid- doppju, mill-elezzjonijiet lokali ta' bejn l-2007 u l-2009, meta kienu ġew eletti 31 mara biss għall-ewwel darba. Dan jixhed kemm ix-xogħol li qiegħed jagħmel dan il-Gvern biex inkomplu nippromovu l-inklussività qiegħed iħalli l-frott. Għad fadal ħafna xi jsir. Imma b'dak li wettaq il-Gvern s'issa qed naraw aktar u aktar opportunitajiet disponibbli, speċjalment għaż-żgħażagħ tagħna, li din is-sena kellhom parteċipazzjoni attiva u b'saħħitha, grazzi għall-emendi li saru minn dan il-Gvern, biex żgħażagħ taħt it-18-il sena mhux biss setgħu jivvutaw, imma wkoll setgħu jikkontestaw għall-Elezzjonijiet Lokali. Hemm impenn sħiħ. Hemm entużjażmu. U għalhekk naqbel mall-Prim Ministru meta fl-istess okkażjoni qal li jinsab ċert li l-ħidma fil- kunsilli ilha li bdiet, kemm għax ħafna reġgħu kienu kkonfermati u anke għax dawk li telgħu ġodda għandhom għatx qawwi biex jibdew iservu l-lokalitajiet tagħhom. Aktar importanti minn hekk dawn huma lesti biex ikunu ta' servizz għar-residenti rispettivi tal-lokalitajiet tagħhom. U huwa għalhekk li din il-ġurnata hija importanti aktar għax hija tfakkira tar- responsabilità li dawk eletti daħlu għaliha, li kienu lesti li jagħmlu l-pass u jerfgħu, għax iridu jkunu minn ta' quddiem nett fil-komunitajiet rispettivi tagħhom. Li tkun sindku, viċi sindku, minority leader, jew kunsillier huwa privileġġ li jkunu tawk in-nies, li jkun fdawk biex dawk eletti jieħdu ħsieb l-ambjent li jgħixu fih huma u wliedhom ta' kuljum. Dan il-Gvern ta l-importanza mistħoqqa lill-Kunsilli Lokali, riflessa fir-riforma għall- kunsilli, li hija intiża biex tpoġġi liċ-ċittadin fuq quddiem nett, fiċ-ċentru tal-ħidma tal- kunsilli lokali. Dan il-ġurament ukoll, kif qal il-kollega Silvio Parnis, jirrappreżenta r-responsabbiltà li l-Kunsillieri l-ġodda se jkollhom biex ikomplu jtejbu l-lokalitajiet u l-kwalità tal- ħajja tar-residenti. Ir-riforma li dan il-Gvern għamel fi ħdan il-Gvern Lokali tista' titwettaq biss jekk dawk kollha eletti jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom għall-ġid tal-lokal u tar-residenti. Il-Gvern ċentrali se jkompli jaħdem id f 'id mal-Gvern Lokali biex ikun ta' sostenn għalih. Jiena nappella lill-kunsilliera l-ġodda jagħtu l-prijorotajiet meħtieġa lil-lokalitajiet tagħhom u fuq kollox nerġa' nawguralhom ħalli b'din il-ħidma f 'pajjiżna jkollna lokalitajiet ta' eċċellenza. * * * Fil-qasam tal-kultura x-xogħol miexi ġmielu. Hemm programm sħiħ ta' restawr li qiegħed isir mal-pajjiż kollu u li qed jagħti nifs ġdid lill- partimonju kulturali tagħna. Imma anki fejn għandhom x'jaqsmu attivitajiet kulturali qed naraw l-impenn ta' dawk kollha involuti biex iressqu lejn iċ-ċittadin diversi festivals u attivitajiet oħra. Mhux biss. Hemm ukoll għaqdiet fil-bliet u rħula tal-pajjiż li nidħlu sħab magħhom biex inwieżnuhom ħalli joffru huma wkoll dawn l-avvenimenti. Fil-jiem sħan tas-sajf dawn l-attivitajiet ma jiqfux. Anzi jkollna dawk l-attivitajiet kulturali li llum il-ġurnata sabu ruħhom fuq il-kalendarju kulturali Malti – apparti li jkunu mistennija minn dawk kollha dilettanti. Il-Ġimgħa, Pjazza Kastilja nxtegħelet bi proġezzjonijiet viżwali fuq il-faċċata tal- Kavallier ta' San Ġakbu f 'ċelebrazzjoni tax-xogħol ta' artisti moderni u kontemporanji Maltin li kienu influwenti fil-qasam. Din hija waħda mill-attivitajiet li se jagħtu bidu għall-MICAS Summer Celebration. B'dan l-avveniment, il-MICAS diġà qiegħda twettaq il-missjoni tagħha li tenfasizza l-importanza u l-valorizzazzjoni tal-arti kontemporanja, kif ukoll tivvalida l-artisti Maltin u xogħolhom, permezz ta' ċelebrazzjoni tal-artisti bħala ħallieqa innovattivi. Bħala Gvern, aħna nemmnu b'li nagħmlu, l-arti u l-kultura aktar aċċessibbli, u fil-fatt wieħed mill-għanijiet tal- MICAS huwa li jkun hemm għarfien pubbliku usa' dwar it-tifsir tal-arti viżiva fil-ħajja kontemporanja. B'hekk, din iċ-ċelebrazzjoni saret bl-għan li tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku dwar l-andament tal-arti kontemporanja mill- perspettiva Maltija u wkoll biex tnissel aktar għarfien dwar l-importanza li jiġu ddokumentati x-xogħlijiet ta' artisti kontemporanji prattikanti. Iċ-ċelebrazzjoni sajfija tal- MICAS qed tkun organizzata b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta u bl-appoġġ ta' Heritage Malta u Spazju Kreattiv. JUMPSTART: An Incomplete Timeline se tkun proġettata wkoll fuq Forti Sant'Anġlu bejn il-21 ta' Ġunju u d-19 ta' Lulju. Kellna wkoll l-Għanafest li saret il-Ġimgħa u s-Sibt. Festa kulturali mżewqa bejn it-tradizzjoni u l-modern. F'ambjent meraviljuż tal- Argotti assistejna għal żewġ serati verament sbieħ mal- għana, The Travellers, Skald u Mistura. Fix-xhur li ġejjin, ikomplu l-attivitajiet li huma marbuta mas-sajf, imxerrdin mal-bliet u l-irħula biex inkompli nressqu l-kultura u nagħmluha aktar aċċessibli għal kulħadd. Hemm pataflun attivitajiet, fosthom nistennew il-Malta Jazz Festival, il-karnival tas-sajf, bħalissa għaddej il-Valletta Film Festival, u wkoll daqt nassistu għall-festa tradizzjonali tal-Imnarja. Ovvjament, dan apparti l-festi tradizzjonali ta' kull parroċċa f 'pajjiżna, li jkomplu jżidu mal-atmosfera rikka kulturali sajfija. U anki hawnhekk għaddejjin b'ħidma biex ngħinu lil dawk l-għaqdiet volontarji li huma l-qofol ta' dawn il-festi. Iva, l-apprezzament tagħna lejn l-Għaqdiet u s-Soċjetajiet tal-Baned u wkoll lejn dawk li ħallew ħaj it-tradizzjoni tal- logħob tan-nar qiegħed hemm b'mod konkret u mhux bil- kliem biss. Imma kif ktibt, hemm ukoll l-għaqdiet volontarji li jkomplu jagħtu aktar lok ta' serati. Ħadt gost bir-raba' edizzjoni tal- festival b'mużika tas-snin 80 u 90 organizzat f 'Ħal Kirkop mis-sezzjoni żgħażagħ tal- Għaqda Mużikali San Leonardu li għal darb'oħra ttella' b'risq il-Fondazzjoni Inspire. Grazzi għal organizzazzjonijiet lokali qegħdin inkomplu ninkoraġġixxu aktar parteċipazzjoni u inklussività fis-settur. L-istrateġija tagħna bħala Gvern hija li niżguraw li nipprovdu kalendarju kulturali rikk lill-komunitajiet tagħna. B'dan il-mod qed inressqu aktar festivals lejn il-lokalitajiet – xi ħaġa li qed issir aktar popolari kull sena – filwaqt li nagħtu s-sapport tagħna għall-avvanz ta' aktar inizjattivi innovattivi bħal din. F'dan il-festival għall-ewwel darba f 'Malta taw spettaklu Andre u Micha li huma tribute band ta' Modern Talking - Modern Talking Reloaded. * * * Din hija ħidma li qed nagħmlu biex inkomplu nsaħħu l-kultura u t-tradizzjonijiet f 'pajjiżna. Ħidma ma taqta' xejn li permezz tagħha qed inħarsu lejn l-aspetti kollha ta' dak li jsawwarna biex nipproteġuh, insaħħuh u fuq kollox biex inħalluh bħala legat għall- ġenerazzjonijiet ta' warajna. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali B'impenn għal aktar ħidma Il-ġurament tal-ħatra Ir-riforma li dan il-Gvern għamel ħdan il-Gvern Lokali tista' titwettaq biss jekk dawk kollha eletti jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom għall-ġid tal-lokal u tar-residenti OWEN BONNICI