Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

DIN il-gazzetta tinsab infurmata illi l-Ministru Helena Dalli qed tħares b'serjetà lejn il-Kummissjoni Ewropea bħala l-pass li jmiss fil-karriera tagħha. Dalli fil- fatt hija waħda mill-għażliet tal-Prim Ministru għal din il-kariga prestiġjuża kif kienet żvelat din il-gazzetta nhar is-16 ta' Diċembru li għadda. Sorsi qrib Dalli qalu li hi l-Ministru qed tipprepara għal din l-eventwalità, fosthom ukoll b'lezzjonijiet li qed tieħu fil-Franċiż. Minkejja dan iżda l-istess sorsi sostnew illi xejn għadu ma kien deċiż u li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu quddiemu diversi għażliet. Waħda mill-għażliet hija li jaħtar lil Dalli bħala Kummissarju jew inkella lil Evarist Bartolo, Ministru li kien qed jissemma għall- Presidenza tar-Repubblika. Jekk jagħmel dan, Dalli jew inkella Bartolo jkollhom jgħaddu mit-test tal- Parlament Ewropew li jiddeċiedi b'maġġoranza japprovax lill-Kummissarji jew le. Karmenu Vella kien approvat u nħatar Kummissarju għall-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd. Jekk il-Gvern jagħżel lil Dalli jew Bartolo, Muscat ikollu jwettaq xi tibdiliet fil-kabinett hekk kif jonqos Ministru. Din il-gazzetta kienet żvelat illi għal post Bartolo kandidat possibbli jista' jkun Edward Zammit Lewis eks Ministru kif ukoll Clifton Grima, illum Segretarju Parlamentari taħt Bartolo. Min-naħa l-oħra, post Dalli jista' jittieħed minn Aaron Farrugia, li llum jopera taħtha bħala Segretarju Parlamentari. Din il-gazzetta kellha informazzjoni wkoll li fil-każ tat-tluq ta' Dalli, jista' jkun tidħol ukoll Rosianne Cutajar. Imma Muscat għandu għażla oħra jekk ma jridx jagħmel ċaqliq fil-Kabinett. Dik li jerġa' jaħtar lil Karmenu Vella għal terminu ieħor ta' ħames snin bħala Kummissarju. B'hekk ma jkollu bżonn jieħu lil ħadd mill-kabinett, ma jsirx tibdil u jevita l-qrusa li affarijiet bħal re-shuffles ġieli jġibu magħhom. Għalkemm jidher illi hija ferm remota, hemm it-tielet għażla li għandu quddiemu l-Gvern, jiġifieri li f 'każ illi Muscat ma jingħatax kariga għolja fl-istrutturi Ewropej bħal pereżempju r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika Barranija u Sigurtà, jitfa' ismu għall-Kummissarju Ewropew. Sors qrib Muscat sostna illi minkejja li din l-għażla teżisti ma tantx huwa probabbli li Muscat jieħu r-riskju li jidher quddiem u jkun 'grilled' mill-Parlament Ewropew minn fejn ilu jiffaċċja ħafna kritika u fejn ittieħdu bosta voti u saru diversi rapporti ta' kundanna għal aspetti ta' governanza tal- Gvern ta' Muscat. Kieku Muscat jitfa' l-kandidatura tiegħu għall- Kummissjoni u ma tgħaddix tkun umiljazzjoni kbira u allura r-riskju ta' din l-għażla huwa kbir. illum | Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 Aħbarijiet 8 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Dalli waħda mill-għażliet diversi tal- Gvern għall-Kummissarju Ewropew Sorsi jgħidu lil din il-gazzetta illi Helena Dalli tixtieq il-kariga ta' Karmenu Vella u qed tipprepara għall- eventwalità. Imma l-Gvern għandu għażliet oħra, apparti lilha ... X'inhi l-Kummissjoni Ewropea? X'inhu l-irwol tagħha? Il-Kummissjoni Ewropea hija l-Eżekuttiv tal-Unjoni Ewropea u tmexxi l-ineteressi tal-unjoni. Il-Kummissjoni hija magħmula minn 27 Kummissarju, bħal ministri, li lkoll għandhom portafoll differenti. Kull pajjiż għandu kummissarju, li fil-każ ta' Malta huwa Karmenu Vella. Imexxihom hemm il-President li fl-aħħar leġiżlatura kien Jean Claude Juncker. Joseph Muscat Karmenu Vella Helena Dalli ILGAZZETTA ILLUM tista' tiżvela kif is-Surġent Mark Camilleri, li għal snin kien parti mill-iskorta ta' ma' Richard Cachia Caruana tressaq il-Qorti akkużat li ħa b'madwar €5,000 f 'dikjarazzjoni ta' sahra li allegatament ma kienx għamel. B'konsegwenza huwa kien irriżenja mill-Korp tal- Pulizija. Mhux magħruf jekk Richard Cachia Caruana kienx jaf b'dak li kien qed jiġri u jekk għadux parti mill-iskorta tiegħu. Cachia Caruana kien in- negozjatur ewlieni tal-Gvern Malti għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hu kien inħatar l-ewwel Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-UE sakemm kellu jitneħħa wara li mozzjoni ta' sfiduċja fih għaddiet mill- Parlament. Parti mill-iskorta għal snin... mitlub jirreżenja mill-Korp ILMINISTERU għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, permezz tal-Kunsill Malti għall- Arti u Teatru Malta, ħabbar tliet spazji teatrali li se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn fondi għal xogħol strutturali maġġuri wara li saret evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet imressqa taħt it-tieni fergħa tal-Iskema ta' Finanzjament ta' Spazji Teatrali. Il-Ministru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici aċċenna għall- importanza li inizjattiva ta' dan it-tip minħabba li tpoġġi fuq quddiem it-teatru fil-komunitajiet lokali u tkun qed twettaq wegħda elettorali oħra. "Permezz ta' dan il- proġett, aħna qegħdin niżguraw li dawn it-tliet spazji, li jinsabu fil-qalba tal-komunità, jingħataw lura lill-komunità b'mod li jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom, kif ukoll biex jintużaw b'mod aħjar għax-xena kulturali u artistika lokali. L-istrateġija tagħna bħala Gvern hija li niżguraw li s-settur ikun aċċessibbli għal kulħadd, u permezz ta' dan il-programm, aħna qegħdin inrawmu mħabba lejn it-teatru minn ġol-komunità, billi nipprovdu spazju teatrali riġenerat biex il-pubbliku jesplora t-talent tiegħu u titkattar aktar l-imħabba lejn il-palk", kompla jgħid il-Ministru Owen Bonnici. It-Teatru Salesjan f 'Tas- Sliema, it-Teatru Pandora fiż-Żejtun, u t-Teatru Blue Arena f 'Ħaż-Żabbar se jkunu kollha qegħdin jibbenefikaw minn total ta' €1,000,000 bejniethom kollha, fuq sentejn, sabiex jindirizzaw xogħlijiet strutturali maġġuri fit- tliet spazji teatrali. Wegħda elettorali oħra mwettqa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019