Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 | illum biżżejjed biex tilħaq it-tron? Kuntrarjament għal Ian Borg u Chris Fearne, li qed jissemmew bħala kandidati prospettivi jekk issir elezzjoni għat-tmexxija fil-PL, Dalli m'għandhiex Ministeru. Dan huwa żvantaġġ konsiderevoli għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett ministeru jtik iċ-ċans li turi riżultati fil-qasam tiegħek u tgħid li inti politiku li twettaq, kif qed jagħmel Ian Borg bil-kampanja 'Getting Things Done'. Borg qed imexxi ministeru li qed iħalli ħafna riżultati, b'ħafna toroq irranġati, maqlugħin jew isiru mill-ġdid madwar Malta kollha. Dan apparti li għandu wkoll taħtu l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-qasam ta' Fearne, jiġifieri s-saħħa, tant hu kbir u tant imiss nies li jagħtih vantaġġ qawwi. Apparti l-bżonnijiet ta' kuljum tan-nies Fearne għandu wkoll ċerti proġetti ta' prestiġju, fosthom dak tal-iskola ta' Barts li dwarhom jista' jieħu l-krettu. Dawn il-portafolli jagħtu poter li Dalli m'għandhiex, dak li nsejħulu l-power incumbency, jiġifieri l-possibilità li Fearne u Borg ikunu ttentati jużaw il-portafolli kruċjali u estensivi tagħhom għall-vantaġġ politiku tagħhom. F'kaxxa differenti semmejna l-ġeneru bħala vantaġġ għal Dalli. Imma daqs kemm hu vantaġġ daqstant ieħor jista' jkun żvantaġġ. Minkejja passi 'l quddiem fi drittijiet ċivili u ugwaljanza bejn is-sessi, wieħed ma jistax jinjora l-fatt li għad hemm min iħossu skomdu jew inċert b'mara f 'pożizzjoni għolja bħal dik ta' Prim Ministru. Għalkemm mhux xi fattur determinanti, jew ma jidhirx hekk speċjalment fid-dawl tar- riżultat fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, dan is-sentiment jista' jagħmel xi ftit ta' differenza jekk ir-riżultat ikun viċin. Problema oħra li jista' jkollha Dalli hija li tkun perċeputa bħala persuna li m'għandhiex l-esperjenza meħtieġa biex topera u aktar u aktar, biex tmexxi fil-kuntest lokali. Hemm differenza sostanzjali bejn suċċessi fl-Unjoni Ewropea u fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u x-xenarju politiku lokali. L-aqwa eżempju ta' dan huwa Simon Busuttil li s'issa għad għandu rekord assolut ta' voti f 'elezzjoni tal-Parlament Ewropew (68,782 vot). Minkejja dan hu m'għamilx suċċessi f 'elezzjonijiet lokali, fil-fatt tilef kull waħda bil-kbir. Huwa vera li Busuttil sab partit li diġà kien tilef b'36,000 vot filwaqt li Dalli, f 'xenarju ipotetiku li ssir Mexxej Laburista, issib Partit Laburista b'saħħtu ħafna. Imma dan ma jfissirx li t-tqabbil bejn Busuttil u Dalli ma jagħmilx sens. Il-fatt li eluf ta' Laburisti taw lil Dalli ċertifikat pożittiv fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ma jfissirx li saret awtomatikament l-għażla tal-Laburisti għat-tmexxija, anke jekk kif diġà għidna li dan jagħtiha vantaġġ. Imma m'għandhiex ministeru Il-ġeneru Nuqqas ta' esperjenza fix-xena lokali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019