Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

NUMRU ta' persuni li matul is-snin għamlu l-Forti Ricasoli d-dar tagħhom se jkunu qegħdin jiġu żgumbrati. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta żvelaw li waħda mill-isfidi sabiex jibda x-xogħol ta' restawr u riġenerazzjoni fl-akbar fortizza f 'Malta kienet propju biex ikeċċu lil dawn l-okkupanti abbużivi 'l barra mill-Forti Ricasoli. L-ILLUM tinsab informata li b'mod kollettiv il-Gvern kien ilu jaħdem biex jindirizza din il-problema u jidher li l-proċess sabiex dawn l-okkupanti abbużivi jiċċaqalqu għaddej bħalissa. F'kummenti ma' din il- gazzetta, il-Kummissarju tal- Films Johann Grech jispjega li wara sforz interdipartimentali konġunt, il-proċess jinsab miexi sew. "Dawn in-nies kollha se jitkeċċew," saħaq Grech. Il-Forti Ricasoli jintuża wkoll mir-Ricasoli Film Facilities li hija mmexxija mill-Kummissjoni Maltija tal-Films. Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permessi neċessarji għal restawr estensiv fil-Forti Ricasoli. Għalkemm tista' tgħid li l-Forti kollha tinsab fi stat dilapitat l-aktar żoni li qed iqajmu tħassib fost dawk li għandhom għal qalbhom il-patrimonju Malti huma dawk is-swar li jinsabu fuq in-naħa ta' barra tal-port, li xi wħud diġà waqgħu minħabba l-elementi naturali u li mistennijin ikunu ta' sfida sabiex wieħed jirrestawra. Minkejja li l-pjanijiet ta' restawr ġew approvati l-ġimgħa l-oħra, fix-xhur li għaddew il-Kummissjoni Maltija tal-Films ħadet inizjattiva sabiex tnaddaf il-Forti Ricasoli u tirranġa xi partijiet minnha. Fid-dawl ta' dan kollu, din il- gazzetta tkellmet mal-partijiet interessati kollha f 'dan il-pjan ta' restawr. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 Il-Gvern b'ħidma sabiex jitkeċċew okkupanti L-PA tapprova l-pjanijiet ta' restawr estensiv l-Forti Ricasoli iżda l-ewwel iridu jitkeċċew nies li għal żmien twil għamlu l-Forti Ricasoli d-dar tagħhom. L-ILLUM tkellmet mal-partijiet interessati r-restawr ta' dan id- djamant storiku sal-lum mitluq. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qalet li tilqa' b'sodisfazzjon l-aħbar li l-permessi għall-pjan estensiv ta' restawr tal-Forti Ricasoli fil-Kalkara ġew finalment approvati mill-Awtorità tal- Ippjanar. "L-Assoċjazzjoni temmen li dan il-pass huwa wieħed pożittiv biex isir pjan konkret u fit-tul għal din il-binja storika li ġiet mitluqa għal wisq snin, b'detriment mhux biss għall-istruttura fiha nnifisha, iżda wkoll għall-bażi ġeoloġika tagħha, saħqet l-Assoċjazzjoni. Żiedet tgħid li, "matul l-aħħar ġimgħat, l-Assoċjazzjoni kienet infurmata li bdew xi xogħlijiet preliminari li jawguraw tajjeb għal proċess sħiħ ta' konservazzjoni, u għaldaqstant nistennew bil-ħeġġa l-mument meta x-xogħlijiet ta' restawr jibdew fuq il-post." Matul is-snin din l-Assoċjazzjoni kienet strumentali biex tqajjem kuxjenza dwar l-akbar fortifikazzjoni f 'Malta inkluż f 'diversi intervisti u artikli fuq din il-gazzetta. Din il-gazzetta tkellmet ukoll mas-Sindku l-ġdid tal-lokalità Wayne Aquilina. Huwa saħaq li, "din hija aħbar tajba għall-Kalkariżi, iżda mhux biss, din hija aħbar tajba għall-poplu Malti għaliex tkun ħasra kbira jekk nitilfu din il-forti storika." Aquilina għamel referenza wkoll għall-manifest elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali fil-Kalkara. "Wegħedna li rridu naħdmu mal-awtoritajiet ċentrali sabiex tiġi rrestawrata din il-forti u sabiex jiġi studjat l-użu potenzjali ta' dan is-sit. Illum, li l-poplu Kalkariż fdani b'mandat biex immexxi dan il-lokal, irrid nimpenja ruħi biex dan isir, għaliex bħala sindku u bħala Kalkariż, verament nemmen fil-potenzjal ta' din il-forti, kemm għal raħalna, kif ukoll għal pajjiżna," saħaq is- Sindku. Apparti minn hekk Aquilina saħaq li se jkun qiegħed jimpenja ruħu sabiex kull forma ta' wirt storiku fil-Kalkara jiġi ppreservat. Wayne Aquilina Il-bieb ewlieni tal-Forti Ricasoli

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019