Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 okkupanti abbużivi mill-Forti Ricasoli Fil-kummenti tiegħu d-Deputat Laburista Glenn Bedingfield, li huwa inkarigat mill-istrateġija għall- Kottonera qal li, "ninsab sodisfatt li l-isforz li għamilna, u l-laqgħa li saret bejn il- partijiet kollha kordinata mill-Kummissjoni tal- Films ta' Malta bdiet tħalli r-riżultati." Bedingfield qal li, l-approvazzjoni tal-permess għar-restawr mill-Awtorità tal-Ippjanar huwa l-ewwel pass minn mixja sħiħa li rridu nagħmlu biex il-Forti Ricasoli jkun irrestawrat kif jixraq. "Inħares 'il quddiem biex nara x-xogħol isir u li se jkun mifrux fuq għadd ta' snin. Ir-restawr tal-Forti Ricasoli u postijiet oħra ta' wirt kulturali kbir fil- Kottonera huwa ewlieni fl-istrateġija għall- Kottonera għaliex aħna nemmnu li l-bini kulturali li għandna fil-lokalitajiet tagħna jista' jservi bħala mod ta' għixien bil-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol," temm jgħid id- Deputat Laburista. Il-kostruzzjoni tal-forti bdiet taħt id- direzzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1670 u spiċċat fl-1698. Fi żmien l-Imperu Ingliż, dan il-Forti kompla wkoll jintuża bħala fortifikazzjoni militari. Ġaladarba taħt il-Gvern Ċentrali ta' Malta, dan il-Forti kien spiċċa abbandunat sakemm imbagħad beda jintuża bħala ċentru għall- ħażna ta' materja prima. Apparti minn dan, fl-1964 il-foss ta' barra tar-Ricasoli beda jintuża bħala faċilità ta' tindif tat-tankijiet għat-Tarzna ta' Malta. L-istess faċilità baqgħet tintuża sakemm kienet ġiet ipprivatizzata fl-2012 u għaddiet taħt it-tmexxija ta' Waste Oils Co. Illum Fort Ricasoli huwa mikri lill-Kummissjoni tal-Films ta' Malta u kontinwament jiġi użat b'mod estensiv bħala sett għal diversi films. Fost il-films li nġibdu ġewwa r-Ricasoli nsibu: Gladiator (2000) Troy (2004) u Assasin's Creed (2016). Glenn Bedingield L-istorja tal-Forti Ricasoli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019