Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

I l-validità tal-permess tal-ippjanar dwar il-proġett tad-dB f 'Pembroke ġie kkontestat fuq bażi ta' tmintax-il raġuni differenti, li jvarjaw minn kunflitt ta' interess sa miżinterpretazzjoni u/jew applikazzjoni żbaljata tar-regoli dwar l-ippjanar għall-użu tal-art. F'dan l-istadju, il-Qorti hi u tħassar il-permess dehrilha li ma kienx neċessarju li tidħol fid-dettall dwar kull waħda minn dawn it-tminatax- il raġuni: waqfet fl-ewwel waħda, il-kunflitt ta' interess tal-membru tal-Bord tal- Ippjanar Matthew Pace u l-interess tiegħu f 'aġenzija li ġġib 'il quddiem in-negozju tal-proprjetà. Żewġ interessi li b'mod ovvju, għal kulħadd ħlief għal Pace, l-Awtorità u l-Gvern, ġie meqjus li huma konfliġġenti. L-aġenzija li fiha Matthew Pace għandu interess kienet diġà qed tirreklama l-bejgħ tal-appartamenti sa minn qabel mal-permess tal-ippjanar ġie approvat, bil-vot tiegħu stess favur l-applikazzjoni. Il-Qorti użat il-frażijiet "kunflitt ta' interess" u "nuqqas ta' trasparenza". Fl-aħħar mill-aħħar, imma, b'Malti sempliċi u li jinftiehem mill-ewwel dan hu każ ta' regħba da parti tal-membru tal-Awtorità tal-Ippjanar li hu involut kif ukoll inkompetenza grassa da parti ta' dawk li ħatruh fuq l-Awtorità tal-Ippjanar meta l-interessi tiegħu kienu diġà magħrufa. Ilkoll nafu li l-membri tal-Bord tal-Awtorità tal- Ippjanar jinħatru direttament mill-Prim Ministru, u allura ma nistgħux inkunu iktar ċari minn hekk: huwa u jaħtar lil Matthew Pace bħala membru tal-Bord tal- Awtorità tal-Ippjanar, il-Prim Ministru naqas milli jifhem il-konsegwenzi tal-ħatra ta' aġent tal-proprjetà fuq il- bord li jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-użu tal- art. Nhar it-Tlieta, il-Qorti annullat deċiżjoni waħda tal-Bord tal-Awtorità tal- Ippjanar li fiha pparteċipa Matthew Pace. Kemm ilu li nħatar fuq il-Bord, sa mill- 2013, Matthew Pace, ħa sehem f 'numru sostanzjali ta' deċiżjonijiet oħra li ttieħdu mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-mistoqsija loġika hi dwar il-każi l-oħra li dwarhom ukoll kellu interess u li anke hawn dan l-interess ma ġiex iddikjarat. In-numru ta' każi kontroversjali deċiżi mhux żgħir imma din il- mistoqsija qatt ma saret s'issa, tal-inqas fil-pubbliku. Il-każ, kif emfasizzat il- Qorti, hu wieħed li jiffoka fuq l-imġiba ta' dawk li jokkupaw ħatra pubblika. Il-membri tal-Bord tal- Awtorità tal-Ippjanar għandhom l-obbligu li jissottomettu dikjarazzjoni annwali dwar l-assi u l-interessi tagħhom. Ikun ferm interessanti kieku l-pubbliku jkollu informazzjoni preċiża dwar x'sar mid-dikjarazzjonijiet tal-membri kurrenti tal-Bord. Is-Segretarju tal-Bord tal- Awtorità tal-Ippjanar, huwa u jixhed quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qal li dawn id- dikjarazzjonijiet ma setgħux jintbagħtu, kif suppost, lill-Awditur Ġenerali għax dawn ma ġewx aċċettati min- naħa tiegħu. Imma, jirriżulta minn tweġibiet elettroniċi tal-Awditur Ġenerali, li wkoll ġew ippreżentati bħala xhieda, li dan mhux il-każ: l-Awditur Ġenerali qatt ma rrifjuta li jaċċetta dawn id- dikjarazzjonijiet dwar l-assi u l-interessi tal-membri tal-Bord tal-Awtorità tal- Ippjanar. Minn dan kollu jqum il-punt dwar kemm huma effettivi l-kontrolli stabbiliti mil-liġi dwar il-pożizzjoni etika ta' dawk maħtura bħala membri tal-Bord. Id-dikjarazzjoni tal-assi u l-interessi, sal-lum meqjusa bħala għodda importanti qisa saret ta' bla ebda siwi u dan minħabba li wara li ġiet sottomessa ma kinitx eżaminata mill-Awditur Ġenerali. Dan iħarbat il- proċess kollu ta' kontroll, għax hu ovvju li l-Awditur Ġenerali ġie ostakolat milli jeżamina d-dikjarazzjonijiet li saru u għaldaqstant ma setax jiġbed l-attenzjoni għall- konflitti ovvji li jirriżultaw meta taħtar aġent tal-propjetà biex jiddeċiedi fuq materji dwar l-ippjanar għall-użu tal-art. Nittama li l-Awditur Ġenerali, anke issa, jipprova jirrimedja billi jeżamina d-dikjarazzjonijiet li saru ħalli l-kontrolli jkunu applikati sakemm u sa fejn hu umanament possibbli. L-ippjanar għall-użu tal- art hu diġà, minnu nnifsu, kontroversjali, għax kważi dejjem jinvolvi numru mhux żgħir ta' interessi konfliġġenti. Tal-inqas għandna nassiguraw li dawk maħtura biex jiddeċiedu jimxu bir-reqqa. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairman ta' Alternattiva Demokratika I l-Papa Franġisku fl-ittra appostolika tiegħu 'Il-Ferħ tal-Evanġelju' kiteb li l-ekonomija tal-Punent hija waħda li "toqtol". Minnufih safa mlaqqam Marxist. Il-kritika waslet malajr u waslet irrabjata, mhux biss minn korrispondenti finanzjarji u personalitajiet konservattivi, imma wkoll minn xi kummentaturi Kattoliċi, speċjalment mill-Istati Uniti. Ftakart fil-kliem tal-Papa Franġisku meta smajt bl-aħbar li f 'Malta ħaddiem Afrikan tal-bini daħal f 'koma wara li waqa' minn erba' sulari u tħalla waħdu fil-bibien tal-isptar Mater Dei minn dak li kien qed jimpjegah. It-tabib Afrikan li ġabru mill-bibien tal-isptar, Ahmed Burge, stqarr fil- gazzetta tal-25 ta' Mejju 2019 li "min iħaddmu saqu sal-bieb, niżżlu u telqu hemm". Ftakart fl-ekonomija "li toqtol" meta sirt naf f 'xi postijiet fejn qed isir bini u skavar, qed jaqgħu l-ħitan ta' kmamar fejn jgħixu n-nies bir-riżultat li persuni li kienu jinsabu għall-kwiet fi djarhom qed isibu rwieħhom waħda mirduma u mietet u oħrajn imwerwra, maħruba minn djarhom u barra fit-triq. L-istorja tal-asbestos Iżda meta ftakart fl- ekonomija "li toqtol" ma nsejtx x'kien ġara fit-Tarzna ta 'Malta ftit snin ilu meta ħaddiema ta' dik l-akbar ażjenda f 'Malta bdew imutu bl-asbestos li kienu jġibu magħhom il-bastimenti li jidħlu jsewwu hemmhekk. Aħna fiż-Żejtun kellna diversi funerali ta' ħaddiema li mietu bit-trab tal-asbestos. Niftakar il-funeral ta' waħda mara, li żewġha kien jaħdem it-Tarzna u kien iġibilha l-boiler suit biex taħsilhielu. It-trab tal- asbestos daħal fiha u mietet vittma tiegħu. L-istorja qed tirrepeti ruħha. Meta r-regħba tieħu l-ewwel post u saħħet il-bniedem ma tiġix qabel il- flus, l-ekonomija taqtol, kif qal il-Papa Franġisku! Meta l-ekonomija sseħħ bil-għaġla u tinfirex f 'daqqa ma' kullimkien, id-dinjità tal-ħaddiem u ta' kull persuna titwarrab fil-ġenb, ir- regolamenti, meta jkun hemm, jintesew u jibqa' biss kemm se jidħol qligħ! Anke issa, meta l-Gvern issorpenda dax-xogħol ta' bini xi wħud ipprotestaw u heddew li l-waqfien se jġib miegħu prezzijiet ogħla! Responsabbiltà gravi Jidher ċar li dak li ma sarx qabel, jeħtieġ li jsir wara l-konsegwenzi koroh li seħħew. Il-Gvern għandu r-responsabbilità gravi li jara li fl-industrija tal-bini, bħal kull azjenda oħra, kulħadd irid jerfa' r-responsabbilità tiegħu. Kull ħaddiem barrani jew Malti għandu jisfa attrezzat għax-xogħol li jintalab jagħmel u kull professjonist fl-industrija tal-bini u l-iskavar għandu jinżamm responsabbli tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq il-post tax-xogħol. Kif qal il-Papa fl-intervista li saritlu dwar l-ekonomija, "aħna ma nistgħux inqisu dis- sitwazzjoni bħala irreversibbli. Ma nistgħux nirrassenjaw irwieħna magħha. Ejjew infittxu li nibnu soċjetà u ekonomija fejn in-nies u l-ġid tagħhom personali, mhux il- flus, ikunu fil-qalba. U l-Papa jkompli jiċċara l-ħsieb tiegħu: iżjed etika "l-ewwel nett, hemm bżonn niftakru li hemm ħtieġa ta' iżjed etika fl-ekonomija u hemm bżonn iżjed etika fil-politika. Diversi kapijiet tal-istat u kapijiet politiċi, li magħhom iltqajt wara l-għażla tiegħi bħala Isqof ta' Ruma, sikwit tkellmu miegħi dwar dan. Qaluli li aħna, bħala mexxejja reliġjużi għandna ngħinuhom billi natgħuhom tagħlim etiku. Tassew, ir-ragħajja jistgħu jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom, iżda jien konvint li aħna neħtieġu, kif fakkar Benedittu XVI fl-enċiklika Caritas In Veritate, irġiel u nisa b'dirgħajhom merfugħa fit-talb lejn Alla, għax jafu li l-imħabba u t-taqsim bejnietna, li joħolqu l-iżvilupp ġenwin, mhumiex frott ta' jdejna, imma don li wieħed jitlob. U fl-istess ħin, jiena konvint li hawn ħtieġa għal dawn l-irġiel u nisa li jiddedikaw irwieħhom f 'kull livell – fis-soċjetà, fil- politika, fl-istituzzjonijiet u fl-ekonomija – u hekk jaħdmu għall-ġid komuni. Ma nistgħux nistennew iżjed biex inqisu l-kawżi strutturali tal-faqar biex infejqu s-soċjetà tagħna minn marda li tista' biss teħodna lejn kriżijiet ġodda. Is-swieq u l-ispekulazzjoni finanzjarja ma jistgħux igawdu awtonomija assoluta. Mingħajr soluzzjoni għall- problemi tal-faqar, mhux se nkunu kapaċi nsibu soluzzjoni għall-problemi tad-dinja. Neħtieġu programmi, strutturi u orjentamenti li jwasslu għal tqassim aħjar tar-riżorsi, ħolqien ta' impjiegi u avvanz integrali ta' dawk li huma mwarrba". Dun Anġ huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth illum | Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 16 Opinjoni Kunflitt ta' interess fl-Awtorità tal-Ippjanar DUN ANG SEYCHELL CARMEL CACOPARDO Waslet l-ekonomija li toqtol Ftakart - ekonomija "li toqtol" meta sirt naf f 'xi postijiet fejn qed isir bini u skavar, qed jaqgħu l-ħitan ta' kmamar fejn jgħixu n-nies

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019