Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Minn Albert Gauci Cunningham HEKK kif it-tiġrija għall- pożizzjoni ta' President tal-Malta Football Association (MFA) illum okkupata minn Norman Darmanin Demajo, il-kamra tal-aħbarijiet tax- xandir nazzjonali kienet imfakkra fil-bżonn ta' imparzjalità f 'formola li ntbagħtet lill-ġurnalisti kollha sportivi tal-PBS. Kien fil-fatt il-Kap Eżekuttiv tax-Xandir Nazzjonali Charles Dalli li għamel din it-tfakkira, xi ħaġa li sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi qatt ma ġrat fis-snin riċenti. Fil-fatt jidher illi ċirkolari bħal din li tfakkar/ twissi lanqas għall-elezzjoni ġenerali ma ħarġet. Sorsi fil-PBS li tkellmu mal- ILLUM qalu illi din iċ-ċirkolari probabbilment intbagħtet biex jingħata messaġġ ċar "lil xi nies li għandhom rashom ftit kbira jew li jisparlaw fuq il-midja soċjali." Sors ieħor iżda sostna li dan ġara għaliex huwa mifhum li persuni qrib il-PBS qed imexxu jew huma parti mill- kampanja ta' Bonett. F'messaġġ lill-ġurnalisti kollha u li wasal għand din il-gazzetta, il-Manager tat- Taqsima Sports Peter Cossai, bagħat email lill-ġurnalisti illi fiha sostna li jekk ikun hemm dubju dwar jekk xi ħaġa għandhiex tkun ippubblikata jew le, "dwar l-elezzjoni, għandi niġi kkonsultat. U biex nagħmluha doppjament ċara, dan jgħodd għat-TV, ir-radju, is-sit u l-paġni uffiċjali ta' TVM u TVMSport fil-media soċjali. Il-ġurnalisti u kontributuri jridu jiftakru li huma jirrappreżentaw lill-istazzjon nazzjonali." Cossai kompla jinsisti li meta jiktbu jew jirrispondu m'għandhomx juru preferenza lejn xi wieħed mill-kandidati ta' din l-elezzjoni. L-ittra tal-Kap Eżekuttiv tal-PBS Charles tfakkar f 'dak kollu li qal Cossai lill-ġurnalisti u tfakkar ukoll illi l-Gwidi tax- Xandir tal-PBS jistipola l-bżonn ta' imparzjalità. Intant il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' Cossai u staqsietu għalfejn inħass il-bżonn li tintbagħat din iċ-ċirkolari, meta lanqas biss tintbagħat f 'ċirkostanzi ta' elezzjoni ġenerali. Madanakollu Cossai ma xtaqx jgħaddi kumment. L-elezzjoni għall-President tal-MFA se ssir fl-20 ta' Lulju u għaliha se jikkontestaw Chris Bonett u Bjorn Vassallo. Fil-passat Bonett okkupa l-kariga ta' Viċi President tal- MFA kif ukoll mexxa l-ġlieda tal-UEFA kontra t-tixħim fl-irwol tiegħu bħala Uffiċjal għall-Integrità. Min-naħa l-oħra, fil-passat Vassallo okkupa kariga fl-MFA sakemm fl-2016 irriżenja minn Segretarju Ġenerali sabiex jieħu pożizzjoni fil-FIFA. Kienet din il-gazzetta nhar it- 12 ta' Marzu li għadda li żvelat kif Darmanin Demajo ma kienx se jikkontesta l-elezzjoni ta' Lulju li ġej. Dakinhar is-sorsi ta' din il-gazzetta sostnew illi dan se "jċedi" postu lil Vassallo. Xahar wara Darmanin Demajo ħabbar illi mhux se jikkontesta l-elezzjoni. Minkejja l-appoġġ ta' Darmanin Demajo, Bonett huwa mifhum li għandu appoġġ kruċjali u wiesa' inkluż fost persuni fil-Gvern. Din l-elezzjoni se tiġi fid-dawl ta' diversi skandli u kontroversji fil-futbol Malti kif ukoll b'relazzjonijiet xejn tajbin bejn ir-referis u l-MFA. 3 Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 | illum Aħbarijiet IDENTITY MALTA AGENCY AVVIŻ IMPORTANTI Fondazzjonijiet u Assoċjazzjonijiet Skont ir-Regolamenti fl-Avviżi Legali 375 u 376 tal-2017 rigward ir-Reġistru tas-Sidien Benefiċjarji Kull fondazzjoni u kull assoċjazzjoni qiegħda tintalab tosserva l-Leġislazzjonijiet Sussidjarji 16.15 u 16.16 rispettivament, rigward r-Regolamenti dwar ir-Reġistru tas-Sidien Benefiċjarji – Fondazzjonijiet (it-Tieni Skeda) (Kodiċi Ċivili) u r-Regolamenti dwar ir-Reġistru tas- Sidien Benefiċjarji – Assoċjazzjonijiet (it-Tieni Skeda) (Kodiċi Ċivili) billi tissottometti Form 1 li tinsab fuq is-sit tar-Reġistratur għall-Persuni Ġuridiċi (https://identitymalta.com/legalpersons). Dawn ir-Regolamenti japplikaw għall-Fondazzjonijiet KOLLHA u għall-Assoċjazzjonijet KOLLHA, inklużi organizzazzjonijiet volontarji, reliġjużi, sportivi, koperattivi u soċjetajiet ċivili u organizzazzjonijiet legali oħra li għandhom Statut, li m'humiex eżentati mill-istess Regolamenti imsemmija hawn taħt (ara (ii) iktar 'l isfel), KEMM JEKK HUMA REĠISTRATI KIF UKOLL JEKK MHUMIEX taħt kwalunkwe liġi, u KEMM JEKK STABBILITI QABEL, KIF UKOLL WARA L-1 TA' JANNAR, 2018. Addizzjonalment, ħlief għal dawk l-organizzazzonijiet li huma diġà reġistrati mar-Reġistratur għal Persuni Ġuridiċi, fir-Reġistru Pubbliku, ta' Malta, għandu jiġi sottomess ukoll lir-Reġistratur kopja awtentikata tal-aħħar statut flimkien ma' Form 1. Scan ta' Form 1 u tal-istatut jistgħu jiġu sottomessi għal verifika permezz tal-posta elettronika lil rochelle.magri@gov.mt u lil legalpersonsregister.info@gov.mt Għandu jiġi nnutat kif ġej: i. Dawn ir-Regolamenti daħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar, 2018, sabiex jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu; ii. Dawn l-organizzazzjonijiet li ġejjin huma eżentati u mhuwiex meħtieġ illi josservaw ir-regolamenti: fondazzjonijiet imwaqqfa u kkontrollati mill-Gvern ta' Malta, fondazzjonijiet pijużi u dawk ekkleżjastiċi fil-forma ta' fondazzjonijiet, legati taż-żwieġ, assoċjazzjonijiet ta' persuni rreġistrati taħt l-Att dwar il-Kumpaniji, assoċjazzjonijiet mwaqqfa taħt l-Att dwar il-Condominia, trade unions u assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem. iii. Iżjed informazzjoni u l-formoli meħtieġa jinsabu fuq is-sit tar-Reġistratur għall-Persuni Ġuridiċi (https://identitymalta.com/legalpersons). Il-formola li għandha tiġi sottomessa hija Form 1 li tista' titniżżel mis-sezzjoni Application Forms li tinsab isfel nett tal-paġna. iv. Ir-regolamenti msemmija f'dan l-avviż kif ukoll noti ta' spjegazzjoni u l-metodu ta' sottomissjoni, huma wkoll disponibbli fuq dan is-sit. v. Għal aktar informazzjoni, l-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq huma ġentilment mitluba jikkuntattjaw l-Uffiċċju tar-Reġistratur għall-Persuni Ġuridiċi, ġewwa r-Reġistru Pubbliku, Identity Malta, Evans Building Level 1, Triq il-Merkanti, Valletta, fuq in-numri tat-telefon 25904108/9 jew permezz ta' email lil hilary.grech@gov.mt u lil rochelle.magri@gov.mt Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni hija t-30 ta' Ġunju, 2019 Pieni huma mposti fuq kull organizzazzjoni illi tonqos milli tosserva dawn ir-Regolamenti. Office of the Registrar for Legal Persons Evans Building, Level 1, Merchants Street, Valletta, Malta t: +356 2590 4108/9 Il-ġurnalisti 'mwissija' hekk kif tibda kampanja fl-MFA Hekk kif huwa mifhum li persuni l-PBS qegħdin jaħdmu attivament favur Chris Bonett għall-elezzjoni -MFA f'Lulju, is-CEO tal-PBS jibgħat email, li mhux prassi tinbagħat, lill-ġurnalisti sportivi biex ma jxaqilbu lejn l-ebda kandidat... Numru ta' nies fil-PBS qed jappoġġjaw lil Bonett Huwa mifhum li Vassallo għandu l-appoġġ tat-tmexxija kurrenti tal-MFA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019