Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770
23 IS-SERJE ta' Men In Black li għamlet suċċess konsiderevoli hija b'xi mod ibbażata minn fuq il-kotba komiks Malibu/Marvel tal-istess isem ta' Lowell Cunningham. Dawn huma films tax- xjenza fittizja mimlija taħlita ta' avventuri, fantasija, azzjoni u kummiedja. Ir-raba' episodju, Men In Black: International għandu atmosfera aktar leġġera u umoristika minn dawk ta' qablu. B'cast ġdid u aktar żagħżugħ, issa b'żewġ aġenti protagonisti tas-sess oppost, l-istorja tinfirex ma' diversi pajjiżi; b'hekk il-kelma International fit-titlu. L-avventuri li nassistu għalihom iseħħu disa' snin ilu. Din l-organizzazzjoni sigrieta ma' kulħadd, anki mal-Gvern Amerikan, tikkontrolla l-influss ta' aljeni fuq il-pjaneta tagħna. Aġent H (Hemsworth), spija ddekorat jingħata miegħu Aġent M (Tessa Thompson), aġenta prinċipjanta iżda determinata f 'xogħolha, bħala għajnuna. Meta tinbet minaċċja aljena terribbli li kapaċi timita lil kulħadd, anki xi aġent tal-MIB, Aġent O (Emma Thompson), il-kap tad-dipartiment ta' Londra tinkariga lil dawn iż-żewġ aġenti ta' stil differenti, biex iduru madwar id-dinja u jwaqqfu dan il-periklu u b'hekk isalvaw lill-umanità. MIB International jiżviluppa b'taħlita farseska mħarrka ta' azzjoni mhux daqshekk sfiqa u umoriżmu gwapp, li tibda minn New York, Londra, l-Italja, Marrakesh fil-Marokk u tispiċċa f 'Pariġi fit-Torri Eiffel, li kien ukoll il-lok tal-prologu. Dan ix-xogħol jipprova jaqbad l-atmosfera friska, ferrieħa u oriġinali tal-ewwel film (1997), però qatt ma jirnexxilu. Anki l-aljeni ta' kull tip u sura mhumiex daqshekk varjati. Mill-banda l-oħra, ir-reazzjoni bejn Aġent H u Aġent M hija l-aħjar ingredjent ta' din il- produzzjoni. illum | Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 TV/Ċinema IT-TITLU tal-film Late Night jirreferi għal dawk li jagħtu wirjiet tard billejl. Il-fenominu magħruf bħala Stand Up Comedians, fejn persuna waħedha fuq palk, aktarx bilwieqfa, iddaħħak lill-udjenzi biċ-ċajt, bis- sarkażmu, bil-kliem ġieli vulgari u doppju sens li tgħid, jidher li qabad għeruq sodi anki f 'pajjiżna. Katharine Newbury (Thompson), mara Brittanika li tgħix fl-Amerika, ilha 30 sena tirrenja bħala r-reġina tat-televiżjoni Amerikan ta' wirjiet ta' billejl. Din hi l-unika persuna femminili li għandha programm tagħha, tant rispettata mill-pubbliku u ammirata minn dawk li qegħdin fl-istess xogħol. L-iżvantaġġ li għandha hu li ma tantx tattendi għal-laqgħat ta' dawk li jiktbulha l-materjal, bilkemm taf l-ismijiet tagħhom, u tinsab xi ftit maqtugħa mir- realtà. Barra minn hekk jidher li m'għandhiex rispett għas- sess femminili. Molly Patel (Kaling), ħaddiema ġo fabbrika f 'Pensylvania tassew tammira lil Katherine, studjat u anki analizzat ħafna mill-wirjiet tagħha u tixtieq li tibda tikteb hi wkoll għaliha. Wara li tkun intervistata, Molly tiġi aċċettata iżda b'mara oħra fil-kamp tagħha, id-diriġenti ma jtuhiex aktar minn ġimagħtejn f 'dan ix-xogħol. Il-konsegwenzi li jinqalgħu wara verament ikunu f 'vena umoristika, meta żewġ nisa ta' età u kultura diversa tassew jamalgamaw flimkien bl- imħabba li jkollhom għall-kitba ta' botti u makjetti li jaqtgħu fil-laħam il-ħaj. Late Night hi kummiedja romantika soda, b'żewġ atturi fl-aħjar vena tagħhom u bin-narattiva li żżommok attent dejjem bi tbissima fuq fommok. Waqt li Emma Thompson tagħti interpretazzjoni tajba ta' mara severa li tbati bil-burdati, mill- banda l-oħra Mindy Kaling hija simpatika u ta' prinċipju. Atturi Ewlenin: Emma Thompson; Mindy Kaling; John Lithgow; Hugh Dancy; Max Casella; Denis O'Hare. Direttriċi: Nisha Ganata. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 102 min. Ċert. 15 Carmel Bonnici MEN IN BLACK: INTERNATIONAL W Atturi Ewlenin: Chris Hemsworth; Tessa Thompson; Rebecca Ferguson; Kumail Nanjani; Rafe Spall; Emma Thompson; Liam Neeson. Direttur: F. Gary Gray. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 115 min. Ċert. 12A Films għal din il-ġimgħa LATE NIGHT