Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 jintlagħbu kmieni u fost il-gimgħa. Dan ifisser li kultant ikolli nieħu l-leave biex nilħaq nasal fil-ħin għal- logħob. Naħseb ikun aktar xieraq li meta l-ASA jkunu qegħdin ifasslu l-ħinijiet tal-logħob tal-ewwel diviżjoni, għandha tikkunsidra li ħafna mill-plejers ikollhom xogħol full-time. Biex ngħid kollox, il- maġġoranza tal-logħob tagħna fil- kampjonat tax-xitwa ta' din is-sena, ser jintlagħbu nhar ta' Sibt, jiġifieri forsi ġa qed titqajjem daqsxejn kuxjenza f 'dan ir-rigward. Kif tiddeskrivi l-aħħar staġun tiegħek ma' Wied il-Għajn kemm għalik personali u anki bħala tim? L-istaġun li għadda kien l-ewwel wieħed tiegħi ma' Wied il-Għajn, wara li ngħaqqadt magħhom mingħand Ta' Xbiex. Nixtieq nirringrazja lil Ta' Xbiex ta' kulm'għamlu miegħi, però wara sitt snin mal-klabb, xtaqt xi ħaġa ġdida. Ħassejt li l-ewwel sena tiegħi ma' Wied il-Għajn kienet waħda pożittiva għaliex minkejja li issa qbiżt it-30 sena, xorta waħda rnexxieli nitjieb bħala plejer, taħt il-gwida ta' Pierre Borg, kif ukoll bl- għajnuna tal-plejers. Bħala tim, irnexxielna nirbħu n-Knock Out u fil-kampjonat morna tajjeb ukoll jiġifieri b'mod ġenerali kien staġun pożittiv ħafna. Din is-sena, taħt il-gwida tal-kowċ il-ġdid, Dorian Pisani, m'għandix dubju li ser ikun staġun pożittiv ukoll, kemm fuq livell personali kif ukoll kollettivament. Qbilt mas-sistema tal-play-offs? Minkejja li forsi l-playoffs jistgħu jagħmlu l-kampjonat aktar interessanti, mhux neċċessarjament jippremjaw l-iktar tim konsistenti; jista' jkollok tim li jkun l-ewwel l-istaġun kollu però jinqala' fil-fażi tal-playoffs. Ovvjament, dawk it-timijiet li jikklassifikaw 'l isfel ser ikun jaqblilhom għax dejjem ħa jkollhom ċans ieħor għar-rebħ tal- kampjonat,jiġifieri dejjem ser ikun hemm dawn l-argumenti prinċipali ta' min favur u min kontra. Personalment, il-fatt li ser terġa' tilgħab mal-istess timijiet għal darba, darbtejn, tlieta ma tantx tagħmel sens, peress li hawn Malta ma tantx hawn timijiet li jippartiċipaw fil-kampjonat tal-premier u fil- kampjonat tal-ewwel diviżjoni, speċjalment dan tal-aħħar. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo ma' Wied il-Għajn? Meta kont mas-Sirens kelli x-xorti li nkun parti mit-tim li rebaħ il-kampjonat u n-Knock out tal- Premier. Peress li l-kontribut tiegħi f 'dawn ir-rebħ kien limitat, jien xtaqt illi jkolli iktar opportunitajiet ta' logħob biex fl-istess ħin nikkontribwixxi għal aktar rebħ ta' unuri. Sfortunatement, opportunitajiet biex nilgħab mas-Sirens ma tantx sibt allura meta ġietni okkażjoni li nilgħab b'mod regolari fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni, xi għaxar snin ilu, aċċettajt. L-għan tiegħi kien baqa' l-istess, jiġifieri dak li nikkontribwixxi għar-rebħ tal-unuri. Irnexxili nirbaħ in-Knock out darbtejn; darba ma Ta' Xbiex u s-sena l-oħra ma Wied il-Għajn. Ovjament, l-iktar ħaga li-plejer jixtieq huwa dak li jirbaħ il- kampjonat, ħaġa illi sfortunatament għad ma rnexxilix.Personalment ikun dispjaċir u diżappunt kbir jekk niġi biex nirtira u nkun għadni ma rbaħtx il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni. Dan ifisser li l-għan prinċipali ma' Wied il-Għajn ser ikun propju biex nirbaħ il-kampjonat. Għandna tim żagħżugħ, b'potenzjal enormi iġifieri nemmen illi kapaċi nagħmluha, dejjem jekk nilagħbu bħala tim u ngħatu l-massimu tagħna f 'kull logħba. Tixtieq u tqis li fil-futur tissejjaħ mill-kowċ Karl Izzo biex imbagħad tifforma parti mit-tim nazzjonali Malti? Żgur li kull plejer, f 'kwalunkwe sport, jaspira biex jirrrappreżenta lil Malta xi darba jew oħra. Jien kelli x-xorti illi meta kont iżgħar kont inkluż fl-iskwadra preliminarja tat- tim nazzjonali Malti tal-juniors. Illum il-ġurnata irrid inkun realistiku; filwaqtli ovjament hija xewqa li nintgħażel mat-tim nazzjonali Malti, hawn ħafna plejers tajbin li huma diġà stabbiliti mat- tim nazzjonali u hawn ħafna plejers, fosthom żgħażagħ promettenti, li dalwaqt ser jistabbilixxu ruħhom u għandhom jiġu kkonsidrati l-ewwel. Barra minn hekk, minkejja li jiena dejjem kont plejer illi f 'kull logħba nipprova nagħti l-massimu tiegħi, il-livell tal-ewwel diviżjoni mhuwiex ta' livell daqs tal-Premier. Dan kollu jfisser illi minkejja li x-xewqa li nintgħażel mat-tim nazzjonali ħa tkun dejjem hemm, iċ-ċansijiet li fil- fatt nintgħażel, huma remoti ħafna, jekk mhux impossibli. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. F'Malta, naħseb li l-waterpolo jiġi ftit issottovalutat u b'hekk ma tantx naraw daqshekk żgħażagħ jipprattikaw dan l-isport sabiħ. Jiġifieri jien nixtieq nara aktar tfal jagħżlu l-waterpolo, flok pereżempju l-futbol għax minkejja li huwa sport diffiċli, għandu l-premjijiet u s-sodisfazzjon tiegħu. Però l-messaġġ ewlieni tiegħi mhuwiex biss għal aspiranti żgħażagħ tal-waterpolo, iżda lil dawk iż-żgħażagħ kollha li jippratikaw kull tip ta' sport. Illum il-ġurnata t-teknoloġija qiegħda tissostitwixxi affarijiet bħall-isport fil-ħajja tagħhom; fil- fatt ġieli jkun hawn min jagħżel li pereżempju joqgħod id-dar jilgħab bil-playstation minflok jattendi sessjoni ta' taħriġ. Lil dawn iż-żgħażagħ nixtieq ngħidilhom biex ma jittraskurawx l-isport għax minn barra li żżomm ruħek b'saħħtek, tkun qed titgħallem u tħaddan kwalitajiet oħra li jagħmluk persuna aħjar. F'Malta, naħseb li il-waterpolo jiġi ftit sottovalutat u b'hekk ma tantx naraw daqstant żgħażagħ jipprattikaw dan l-isport sabiħ " " Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 | illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019