Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 | illum L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li qed jipproponi l-Gvern biex jonqos il-periklu waqt xogħlijiet ta' kostruzzjoni u skavar Minn Yendrick Cioffi WARA l-inċidenti tal-aħħar xaharejn li raw tliet binjiet jew partijiet minnhom jiġġarfu, il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nieda għall-konsultazzjoni pubblika sett ta' proposti bl-għan li tiżdied is-sigurtà fuq siti ta' kostruzzjoni, bini u residenti li jgħixu fil-viċin. B'mod partikolari, l-emendi għall-Avviż Legali 72 tal-2013 jassiguraw li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u skavar isiru b'tali mod li ma jkunux ta' periklu kemm għall-ħaddiema u anke għal persuni terzi. Il-konsultazzjoni pubblika għalqet nhar il-Ġimgħa li għadda u llum din il-gazzetta qed tagħti ħarsa lejn dak li l-Gvern qed jipproponi. Aktar studji u multi akbar għall- kuntratturi. X'qed jipproponi l-Gvern? Il-manager tas-sit se jibqa' responsabbli mill-metodu li jkun stabbilit biex bih isir ix-xogħol ta' skavar. Fil-fatt, il-liġi se tibqa' tesiġi li kull żviluppatur jaħtar site manager u dan apparti l-perit. "Is-site manager jassumi r-responsabbilità li jara li dak li jipproponi l-perit bħala metodu ta' twaqqigħ u skavar jiġi implimentat," jisħqu l-emendi. Għalhekk is-site manager irid ikun jew il-perit stess, inkella perit ieħor jew persuna kompetenti li jkollha l-fiduċja tal-perit. Id-dokument jgħid iswed fuq l-abjad kif minn meta dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ, il- manager tas-sit irid ikun preżenti fuq is-sit kull meta jkunu se jittieħdu deċiżjonijiet fis-sit dwar l-andament tax-xogħol, il- ħarsien tad-dritijiet tar-residenti li joqogħdu fil-viċin u anke l-kwalità tax-xogħol. Fil-fatt, qabel ma jibdew ix- xogħlijiet, is-site manager irid jiffirma dak magħruf bħala l-method statement, jiġifieri l-mod kif għandu jsir ix-xogħol u jiddikjara li hu se jerfJekk jinnota kwalunkwe ksur ta' regolamenti, il-manager tas-sit se jkun obbligat li jinnotifika lill-Builing Regulations Office (BRO) u anke lill-perit. Apparti minn hekk, meta l-manager tas-sit ikun innotifikat b'avviż ta' infurzar, minnufih għandu jinforma lill-kuntrattur u lill-periti kkonċernati u jassigura li x-xogħlijiet kollha ta' twaqqigħ, skavar jew kostruzzjoni jieqaf. Is-site manager irid ikun perit jew persuna li jagħżel il-perit Il-polza tal-assigurazzjoni se titla' għal €750,000 Skont l-Avviż Legali kif inhu bħalissa, il- polza tal-assigurazzjoni ma tistax tkun inqas minn €500,000, iżda meta dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ, il-polza tal-assigurazzjoni trid tkun tlaħħaq is-€750,000. Apparti minn hekk, din il-kopertura trid tiġi mġedda sa dak iż-żmien meta kull xogħol ta' twaqqigħ, skavar jew kostruzzjoni jiġu ċċertifikati bħala kompleti mill-perit inkarigat mill-proġett. Bil-liġi kif inhi bħalissa, il-perit irid jissottometti dak li jissejjaħ bħala method statement li jservi bħala linji gwida dwar kif għandhom isiru xogħlijiet ta' twaqqigħ u skavar. Minkejja dan, ma hemm xejn li jispeċifika li qabel jibda t-tħaffir irid isir ukoll dak magħruf bħala l-geotechnical study, tant li ħafna drabi l-method statement isir mingħajr ma jkun ġie investigat il-pedament. Malli dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ, il- method statement irid ikun jinkludi l-geotechnical design report ukoll. Il-perit li jaħdem fuqu jrid jassumi r-responsabbilità tal-kontenut u l-implimentazzjoni tiegħu waqt li jiċċertifika l-pedamenti. Il-manager tas-sit irid jiffirma wkoll dan l-istatement u fih iridu jingħataw id-dettalji ta' kull kuntrattur responsabbli mit- twaqqigħ, l-iskavar u l-kostruzzjoni. Id-dokument jispjega kif il-geotechnical design report għandu jsir, jekk ikun hemm bżonn, wara li jsiru l-istudji ġeoloġiċi dwar is-sit tal-kostruzzjoni u ż-żoni biswit. Fil-fatt, f 'dan ir- rapport, il-perit irid jara minn qabel, fost affarijiet oħra, it-tip ta' blat, il-ġeometrija tiegħu, jekk għandux fissuri, kemm hu b'saħħtu u anke kif qed iżomm u jserraħ il-bini tal-madwar. Wara li jagħmel din l-analiżi, il-perit ikun jista' jindika eżattament it-tip ta' makkinarju li jista' jintuża u miżuri li jkun hemm bżonn li jittieħdu waqt li jkun qed isir l-iskavar. "Spiċċa ż-żmien li jintuża makkinarju bħal trenchers bl- amment għax wieħed jaħseb li dan ma jikkawżax ħsara," jisħqu l-emendi. "Qabel trid issir analiżi tal-blat." Imma x'jiswa li jkollok method statement meta mhux kulħadd ikun jaf x'suppost qed isir? L-emendi jaħsbu għal dan ukoll hekk kif id-dokument qed jipproponi li l-perit ikun obbligat li jpoġġi l-method statement fuq sit elettroniku ġimagħtejn qabel jibdew ix-xogħlijiet. Dan ifisser li residenti li jkunu joqogħdu biswit sit ta' kostruzzjoni se jkunu jistgħu jitolbu waqfien mix-xogħol jekk ix-xogħlijiet ma jkunux qed isegwu l-method statement li issa se jkollhom aċċess għalih. Apparti minn hekk, il-perit irid jibgħat il-condition reports lir- residenti ġimagħtejn qabel jibdew ix-xogħlijiet. L-istruzzjonijiet tal-metodu jridu jinkludu studji oħra X'għandu jinkludi l-geotechnical design report? Il-method statement se jkun online... Skont il-liġi kif inhi bħalissa, xogħlijiet ta' skavar, fosthom ta' trinek, li huma inqas minn 1.5 metri fondi, alterazzjonijiet strutturali interni u esterni, anke tneħħija ta' ħitan u kostruzzjoni ta' ħitan jew bdil ta' soqfa li t-total tal-ispiża ma jaqbiżx it-€30,000, huma eżenti minn method statement u garanzija bankarja. Bl-emendi proposti, hi kemm hi l-ispiża, se jkunu eżenti biss dawk l-interventi strutturali li jkunu ċċertifikati minn perit li mhux se jaffetwaw bini ta' terzi. Sal-lum, il-multi huma: • Massimu ta' €500 għal min ma josservax ir- regolamenti marbuta mal-method statement • Massimu ta' €1,200 għal min jinjora avviż biex jieqfu x-xogħlijiet Bl-emendi proposti, il-multi se jitilgħu għal: • €10,000 għal min ma josservax ir-regolamenti marbuta mal-method statement • €50,000 għal min jinjora avviż biex jieqfu x-xogħlijiet Liema xogħlijiet huma eżenti minn method statement? Multi akbar biex jiżdied id-deterrent...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019