Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801
12 Intervista illum | Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 I l-ġimgħa d-dieħla tasal fi tmiemha t-tellieqa għall- President il-ġdid tal-MFA hekk kif iż-żewġ kandidati għall-President tal-MFA, Bjorn Vassallo u Chris Bonett mistennija jkunu jafu x-xorti tagħhom fis-sigħat ta' wara nofsinhar. Din il-ġimgħa l-ILLUM tkellmet ma' Bjorn Vassallo bniedem bi storja twila fil-futbol Malti u li serva bħala eks Segretarju Ġenerali tal-MFA u attwalment Direttur tal-FIFA. Ma' Vassallo ddiskutejna l-istat tal-futbol lokali, ir-riżultati xejn sodisfaċenti tat- tim nazzjonali Malti u l-viżjoni tiegħu għall-futur tal-futbol lokali. Nibdew din l-intervista billi nistaqsih x'ġiegħlu jitfa' l-kandidatura tiegħu għall-President tal-MFA. Mal-ILLUM huwa jibda biex jispjega, "jiena bniedem tal-futbol, għext il-futbol minn meta kont żgħir fil-klabb ta' San Ġwann. Imbagħad għamilt snin twal fl-MFA u hemmhekk ġietni l-opportunità li mmur il-FIFA." "Fid-dawl ta' dan kollu," saħaq Vassallo, "inħossni li għamilt ħafna affarijiet u għandi biżżejjed esperjenza biex niġi lura f 'pajjiżi fl-ogħla kariga tal-futbol u nkun nista' nwettaq dak li tgħallimt u dak li rajt f 'pajjiżi oħra," saħaq il-kandidat. Apparti minn hekk Vassallo kompla jsostni li, "grazzi għall-esperjenza tiegħi mal-FIFA nista' nifhem il-weġgħat tal-klabbs Maltin u nagħraf ir-rimedji għall-problemi fil-futbol Malti. Meta tpoġġi madwar mejda ma' persuni bħal Gianni Infantino u Zvonimir Boban titgħallem ħafna u dan jgħinek tieħu dawk id- deċiżjonijiet importanti fil-futbol," saħaq Vassallo. Il-grawnds lokali vojta… kif se jindirizza din il-problema? Naqilbu ftit id-diskors u nistaqsih fuq il-pjanijiet tiegħu sabiex jerġa' jimla l-grawnds Maltin bil-partitarji. Huwa jirrispondi u jgħid, "vera li n-nies naqsu però d-dinja nbidlet, ma nistgħux neħlu fit-80ijiet għax dak kien żmien differenti. Illum ngħixu f 'dinja li, flok fi tmiem il-ġimgħa tmur il-grawnd tista' taqta' biljett tal-ajru li ma jiswiex flus," qal Vassallo. Minkejja dan huwa qal li wasal iż- żmien li nagħtu s-saħħa lill-prodott Malti u li l-MFA toħroġ miż-żona ta' kumdità. "Jiena dort id-dinja u naf is- sitwazzjonijiet ta' pajjiżi akbar minna u li jinsabu agħar minna. M'iniex qed ngħid hekk biex inserrħu rasna u ma nagħmlu xejn, però din hi sfida kullimkien," sostna Vassallo. Nistaqsih kif se jkun qiegħed isaħħaħ il-prodott lokali. Huwa saħaq li, "irridu noħolqu kompetittività bil-futbol, fosthom billi t-timijiet kollha jkunu ta' livell u mhux ikollok wieħed jew tnejn tajbin ħafna u l-oħrajn medjokri." Apparti minn hekk huwa qal li rridu ndaħħlu ċertu pika sportiva tul il-kampjonat kollu u mhux biss f 'xi logħba deċiżiva. Finalment Vassallo aċċenna wkoll għall-problema ta' mentalità nazzjonali fir-rigward tal-futbol hekk kif skontu aħna pajjiż negattiv. "Aħna pajjiż li ngergru, tal-'gemgem'. Irridu naqgħtu n-negattività dwar il-futbol Malti. Irridu wkoll nagħtu l-awtonomija li tixraqlu u noħorġu mill-qoxra. Attwalment l-MFA tbigħ il-prodott kollu, irridu noħolqu l-LEGA li tmexxi dawk is- sitwazzjonijiet kummerċjali." Skontu, l-Assoċjazzjoni ma tistax issaħħaħ il-prodott b'persuna waħda inkarigata mill-marketing u li l-MFA trid tibda tinċentiva u tikkollabora mal-privat. "L-MFA trid tieħu ħsieb il-parti regolatorja u l-parti sportiva, però trid tibda tinċentiva lil ħaddieħor biex jingħaqad magħha, b'miri aktar għoljin inkunu nistgħu nagħmluha." Fl-aħħar nett huwa qal li jrid ikollok il-postijiet adegwati. "Għandna l-istadium nazzjonali li ma jilqgħekx, inbena fit-80ijiet, għandu trakka, miftuħ għall-elementi u kbir wisq għal dak li jirnexxilna nipproduċu. Din irridu nagħtuha prijorità għaliex in-nies illum draw fil-kumdità. Ma tistax titlobhom jiġu l-grawnd meta m'hemmx il-kumdità. Jekk se nonfqu l-flus u nagħmlu xi ħaġa għal 30 sena oħra rridu nagħmlu xi ħaġa li taqdina sew." L-MFA trid tidħol f 'era oħra jgħid Vassallo U fuq il-governanza x'se jkun qiegħed jagħmel Vassallo? Mal-gazzetta ILLUM huwa jinsisti li l-MFA trid tidħol f 'era ġdida. "Wasalna biex nagħmlu bidla radikali ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u għal ristrutturar intern. Irridu niġu f 'sitwazzjoni li jkun hemm kompetenza neċessarja sabiex il- viżjoni tiegħi tkun tista' tiġi attwata. Biex dan ikun possibbli għandi bżonn nies aħjar minni ħalli nkun nista' niddelega x-xogħol b'tim ta' ħaddiema bbilanċjat, enerġetiku u żagħżugħ. B'hekk biss l-Assoċjazzjoni tista' ssir aktar effiċjenti u tipproduċi aktar." Fuq l-istess nota huwa qal li jeħtieġ li jfasslu kodiċi aħjar sabiex l-MFA televha ruħha fl-imaġġni u tkun aktar transparenti u kontabbli. 'Għaddew 50 sena, l-aħħar konna u l-aħħar bqajna' Nerġgħu naqilbu d-diskors u nitkellmu fuq il-futbol internazzjonali. Kif jista' t-tim Nazzjonali Malti jagħmel trapass u jibda jikseb riżultati tajbin? Vassallo jibda biex jirrispondi, "jiena kont direttur ta' 55 pajjiż tal-Ewropa fi ħdan il-FIFA u l-istrateġija ta' dawn il-pajjiżi kollha kienet tgħaddi mill-uffiċċju tiegħi għalhekk ninsab informat fuq dawk il-pajjiżi li mixjin tajjeb u dawk li mhumiex." Żied jgħid li, "m'għandi l-ebda bakketta maġika iżda rajt diversi mudelli barra l-pajjiż u ngħid dawn jgħoddu għalina u la ħaddieħor irnexxa nistgħu nagħmluhom aħna wkoll. Jiena għamilt il-konferenza stampa tiegħi fil-Marsa tal-Ingliżi fejn beda kollox fis- 70ijiet, illum għaddew 50 sena, l-aħħar konna u l-aħħar bqajna." 'Nemmen fil-futbol Malti u nemmen Ħafna mill-proposti tiegħi u ta' Chris huma l-istess, aħna t-tnejn tlaqna fl-istess żmien iżda naħseb li għandi programm aktar realistiku Jaf ikun il-President il-ġdid tal-MFA. Iżda xi jrid ibiddel? Kif se jerġa' jimla l-grawnd nazzjonali? Bjorn Vassallo jirrispondi l-mistoqsijiet tal-ILLUM lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter "