Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta Cosmed Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida Penny Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi Norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema Il-Meħrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla Bellavista Pharmacy, Triq Salvu Buhagiar, Marsascala Gerada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun St. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS (previously "Make Over Pharmacy"), Mtarfa Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Xagħra Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Grieg il-Lvant forza 3 għal 4 li jsir Majjistral forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 34˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 4 li jsir Lvant forza 2 għal 3 Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Majjistral agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Minn Albert Gauci Cunningham L-EKONOMIJA Maltija qiegħda tikber u bil-kbir. Kważi huwa fatt magħruf dan, issa kkonfermat mill-ġdid mir-rapport ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea li wera kif fl-2018 l-ekonomija kibret b'6.7%. Dan meta t-tkabbir fl-UE kollha kien biss ta' 1.9% fl-2018 u mistenni jinżel għal 1.2% fl-2019, ħafna inqas mit-tkabbir f 'Malta. Imma x'qed jgħid ir-rapport fuq il-futur? Definittivament li l-ekonomija ta' pajjiżna se tibqa' tikber, imma mistennija tibda timmansa xi ftit, għall-anqas skont il-previżjonijiet. Fil-fatt, il-Kummissjoni qed tbassar li l-Prodott Gross Domestiku mistenni jikkalma u t-tkabbir ikun ta' 5.3% din is-sena u jerġa' jonqos għal 4.3% fl-2020. Ta' min isemmi li dawn ir-rati ta' tkabbir ma jiżbqux biss dawk tal-UE, imma wkoll ta' pajjiżna fl-aħħar snin. Il-kunfidenza tal-konsumaturi baqgħet għolja għalkemm l-istess rapport jgħid illi dan is-sentiment pożittiv beda jbatti wkoll, "partikolarment fis-settur tas-servizzi." Minkejja dan, m'hemmx wisq għalfejn ninkwetaw fuq is-saħħa tal-ekonomija hekk kif is-sena l-oħra kienet il-ħames darba li l-ekonomija kibret b'aktar minn 5% u allura jidher li hemm sens ta' kontinwità. Ir-rapport jgħid li s-suċċess kien grazzi għall-bidliet lejn settur tas-servizzi b'orjentament iktar internazzjonali, bid- domanda lokali tkun l-aktar fattur li qed iwassal għal tkabbir. "Partikolarment dan irrifletta fi tkabbir ekonomiku b'saħħtu li tejjeb id-dħul u li allura wasal għal rekord ta' konsum privat," jgħid ir-rapport. Il-Kummissjoni Ewropea ma tidħolx fil-merti tal-effett li tkabbir fil- popolazzjoni kellha fuq l-ekonomija lokali. Ir-rapport jgħid illi fl-ewwel kwart tal-2019 it-tkabbir kien sforz domanda domestika, imbuttata minn konsum pubbliku (u allura l-infieq tal-Gvern, fuq proġetti u servizzi li jixtri) kif ukoll l-investiment. Ir-rapport jgħid illi l-investiment mistenni jibqa' qawwi u appoġjat minn infrsatruttura u proġetti relatati mas-saħħa. Min-naħa l-oħra l-prezzijiet ukoll mistennijin jibqgħu jogħlew, speċjalment hekk kif nilħqu l-quċċata tal-istaġun turistiku. L-inflazzjoni, jiġifieri l-għoli tal-prezzijiet u s-servizzi, mistennija tiżdied, minn 1.8% din is-sena għal 1.9% fl-2020. L-ekonomija: tigra li qed timmansa? L-ekonomija Maltija tibqa' b'saħħitha, imma L-ekonomija Maltija qiegħda tikber, imma se tibda tmajna? Ħarsa ħafifa lejn il-previżjonijiet tal- Kummissjoni Ewropea għall-ekonomija lokali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019