Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 DIN il-ġimgħa l-bord tal- Matrikola vara r-riforma fiċ-ċertifikat tal-Matrikola, ċertifikat li jingħata lil dawk l-istudenti li jispiċċaw l-istudji post-sekondarji. Fost l-emendi proposti (ara l-kaxxa) qed jiġi propost li biex student jidħol fl- Università ta' Malta bilfors irid ikollu lingwa oħra barranija f 'livell intermedju jew avvanzat. Fid-dawl ta' din il-proposta kemxejn kontroversajli l-ILLUM tkellmet ma' diversi għalliema u staqsiethom għall-opinjoni tagħhom dwar dak li qed jkun propost. 'Tagħmel sens għaliex l-istudenti tal-lingwi qed jonqsu' Wieħed mill-għalliema li tkellem mal-ILLUM qal li jaħseb li b'din il-proposta l-għalliema kollha, iżda speċjalment dawk tal-lingwi se jkollhom 'garanzija' illi s-suġġetti tagħhom mhux se jisfaxxaw fix-xejn. "F'dawn l-aħħar snin l-istudenti li għażlu li jkomplu l-istudji tagħhom fuq il- lingwi komplew jonqsu b'mod drastiku. Apparti li ħakma tajba f 'lingwa barranija hija ta' vantaġġ. Anke meta tħares lejn ir-riżultati tal-Benchmark l-istudenti marru l-aħjar fl-Ingliż u l-agħar fil-Malti," temm jgħid l-għalliem. 'Jew nejja jew maħruqa… naqbel li jkun obbligatorju iżda bħala O'level' Għalliem ieħor li tkellem ma' din il-gazzetta saħaq li l-għażla ta' lingwa barranija fis-sekondarja ma kinitx tingħata l-importanza meħtieġa. "Tant hu hekk li fl- iskejjel tal-knisja tista' twaqqa' l-lingwa fil-Form 3 u tagħżel suġġett ieħor. Apparti minn hekk ħafna studenti jispiċċaw lanqas jagħtu l-O'level tal- lingwa wara ħames snin u hija ħasra kbira." Żied jgħid li hu personalment jemmen li hemm bżonn li l-lingwi barranin ma jibqgħux jitqiesu bħala suġġett żejjed li bih u mingħajru xorta. "Fl-opinjoni tiegħi l-proposta għandha tkun li għandek bżonn l-O'level ta' lingwa barranija biex tidħol Sixth Form ħalli b'hekk, f 'dawk il-ħames snin l-istudenti jpoġġu moħħhom hemm u jieħdu s-suġġett bis- serjetà. Imma ma naqbilx li għandha tkun meħtieġa biex tidħol l-Università." Żied jgħid li, "filli konna f 'sitwazzjoni illi jew ma tgħaddix mill-O'level ma jimpurtax u f 'daqqa waħda tridu f 'livell avvanzat jew intermedju, jew nejja jew maħruqa. Jekk il-Gvern irid jinforza l-importanza ta' lingwi barranin missu beda milli jġiegħel l-iskejjel tal-Knisja u tal-privat joffru l-għażliet tal-lingwi kollha għax il-maġġoranza tagħhom joffru biss it-Taljan u l-Franċiż." 'Hawn ħafna oqsma differenti li jirrikjedu li persuna tkun taf lingwa barranija' Għalliem ieħor li tkellem ma' din il-gazzetta qal li jinsab indeċiż dwar din il-proposta. "Qiegħed nipprova npoġġi lili nnifsi fil-pożizzjoni tal- istudent jew tal-istudenta. Mil-aspett ta' għalliem u l-fatt li studjajt il-lingwa naħseb li kien ta' vantaġġ kbir għalija. Apparti li llum il-ġurnata bħala għalliem ta' din il-lingwa kelli ħafna opportunitajiet sbieħ u importanti wara li studjajt lingwa barranija." L-għalliem kompla jgħid kif apparti l-istudju lingwistiku l-kurrikulu jwasslek biex tiskopri aktar dwar aspetti ġodda fil-kultura tal-pajjiż. "Sirt naf aktar dwar is-soċjetà Proposta lingwa barranija obbligatorja … Il-proposta tgħid illi biex student jidħol l-Università ta' Malta se jkollu bżonn lingwa barranija oħra barra l-Malti u l-Ingliż… Iżda l-għalliema x'jaħsbu fuqha? Din idea tajba jew sejrin żmerċ? lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter ....Tkompli minn paġna 1 "Iva, qed nesperjenzaw tnaqqis fil-qasam tal-bejgħ però ma nemminx li huma r-regoli l-ġodda li qed iwasslu għal dan," sostna ma' din il-gazzetta Chetcuti. "Ma nistax ngħid li ma ksirniex saqajna bl-inċidenti li ġraw, iżda tajjeb li ninnotaw ukoll illi maż-żmien daħlu ħafna nies fil- qasam tal-kostruzzjoni, Maltin u barranin." Huwa jgħid illi l-MDA qed taħdem biex ikun hemm is-serjetà fil-qasam u biex kull min jopera f 'dan is-settur ikollu l-kwalifiċi u jħaddem il-professjonalità meħtieġa. Dwar it-tnaqqis fil-bejgħ Chetcuti jgħid li din il-ġimgħa, "donnu reġa' beda jqum ix-xogħol, imma għadu kmieni wisq biex ngħaddu ġudizzju." Huwa qal ukoll illi llum il-fornitura tal- proprjetà żdiedet ħafna u allura koppji u individwi għandhom iktar għażla. Insista illi jista' jkun li wara snin ta' tkabbir, issa kien mistenni li s-suq jikkalma xi ftit. "Anzi ħames snin ta' boom kienu ħafna," jirrimarka Chetcuti. Hu jgħid illi jista' jkun illi t-tnaqqis fil-bejgħ iwassal għal dik li sejħilha "korrezzjoni" ta' prezzijiet li huma bil-wisq aktar mill-valur vera tal-proprjetà/jiet f 'dik iż-żona. "Meta jkollok il-boom, kollox jinbiegħ. Imma meta jibda jonqos il-bejgħ il- proprjetà tibda tintgħażel iktar," qal Chetcuti donnu biex jinsisti illi meta ma jibqax il-boom il-prezzijiet ikollhom jikkalmaw ukoll. Intant mal-illum.com.mt Chetcuti kien kritiku ħafna tal-bidliet illi għamel il- Gvern permezz tal-liġi tal-kera u qal li din il-liġi m'għamlet differenza ta' xejn u li l-proposti tal-MDA ma kinux milqugħa. 'Meta jkollok il-boom, kollox jinbiegħ. Imma meta jibda jonqos il-bejgħ...' Il-bejgħ naqas, imma għaliex?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019