Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 | illum 'Ħadd ma kiseb is-suċċess mingħajr ebda diżappunt' minn Cristian Antony Muscat DANIEL Agius - talent żagħżugħ ta' Floriana li m'hemmx dubju li għandu futur mill-isbaħ quddiemu fil-futbol. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Il-familja tiegħi stess introduċewni għall-futbol. Konna niltaqgħu kull weekend fuq il- fosos tal-Furjana u dejjem kont nilgħab mal-kuġini tiegħi. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Iva naqbel, għaliex tagħti ċans lil iktar timijiet mill-ewwel diviżjoni biex jagħmlu l-pass lejn il-Premier, u bħal barra minn Malta, mhux it-timijiet kollha jisfidaw għall-kampjonat u għall- Ewropa iżda jistgħu jistabbilixxu ruħhom fil-Premier qabel ma jmorru għall-pass li jmiss. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Daqsxejn ta' differenza naħseb li hemm speċjalment meta niġu biex nitkellmu fuq it-tip ta' trasferimenti li jsiru mill-klabbs ta' fuq u dawk ta' taħt. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le ma naqbilx. L-ewwel nett nemmen li hawn ħafna plejers Maltin li huma kapaċi jagħtu logħba tajba daqs il-barranin u naħseb li kif qiegħda bħalissa biżżejjed b'seba' barranin. It-tieni punt għaliex ma naqbilx huwa minħabba t-tim nazzjonali Malti. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Fl-opinjoni tiegħi, naħseb illi iva kultant isiru ċerti trasferimenti ta' malajr biex niftiehmu u jkun hemm Maltin li kapaċi joffru iżjed. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Personalment m'għandix xi ngorr fuq il-grawnds fejn jintlagħbu l-logħob tal-Premier. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-istaġun sa issa? Nemmen li setgħu jagħmlu aħjar f 'ċerti deċiżjonijiet fejn jinvolvu l-klabb tiegħi u anke klabbs oħrajn. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Importanti ħafna li dejjem tisma' dak li jgħidulek il-kowċis tiegħek, tkun xi tkun l-età tiegħek imma speċjalment meta tkun żgħir sabiex titgħallem il-bażi tal-logħba. Id-dieta importanti li żżommha billi tevita ċertu ikel bħal fast food li mhux se jtik ċerti sustanzi li jistgħu jgħinuk fil- futbol. U naħseb l-iktar sagrifiċċju li plejer irid jagħmel huwa li jegħleb it-tentazzjoni tal-ħruġ u divertiment li sfortunatament hija daqsxejn tqila f 'pajjiżna. Tifhem li dak li jkun ikun għadu qed jgħix żgħożitu iżda l-plejer irid jagħżel jekk irid jimxi 'l quddiem. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Fil-każ tiegħi għadni qed nistudja u wara l-iskola nibqa' sejjer għat-taħriġ. Meta ma jkollix lezzjoni nipprova ma naħlix ħin u nipprova neħles xi ħaġa tax- xogħol, li jkun fadal irid isir id- dar wara t-taħriġ. Tkun għajjien wara, imma x-xogħol ikollu jsir! Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Fil-futur ma nafx x'jista' jiġri, iżda għandi xewqa kbira li xi darba nissejjaħ mat-tim nazzjonali Malti. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Ser inkompli nisma' mill-kowċ u mill-plejers ikbar minni li għandhom iktar esperjenza li dawk nista' niggwadanja biss minnhom u nixtieq nibqa' u nistabbilixxi ruħi mal-klabb li qiegħed miegħu bħalissa għaliex jiena, familti kollha u l-maġġoranza ta' sħabi huma kollha Furjaniżi, iżda x'se jseħħ fil-futur eżatt ħadd ma jafu! Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Jekk għandkom ħolma li ssiru plejers tal-futbol u jekk tkunu lesti li tagħmlu s-sagrifiċċji kollha li hemm bżonn, ċert li jirnexxilkom taslu fejn tixtiequ. Ħadd ma kiseb is-suċċess mingħajr ebda diżappunt, iżda dejjem wasal dak li rnexxielu jegħleb il-problemi u kompla miexi 'l quddiem. David Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019