Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Minn Liam Carter IL-GVERN qed jistudja l-possibilità li għall-proġett ta' riġenerazzjoni fil-bajja tar-Rinella fil-Kalkara. Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li bħala parti mill- ħidma tal-Ministru għat- Turiżmu ta' riġenerazzjonijiet f 'żoni turistiċi, il-bajja tal-Kalkara tinsab fiċ-ċentru ta' studju kurrenti li qed jistħarreġ kull possibilità ta' proġetti prospettivi fil-bajja. F'kummenti ma' din il-gazzetta, kelliem għall- Ministeru għat-Turiżmu kkonferma dan iżda spjega li hemm diversi fatturi li wieħed irid iżomm f 'moħħu qabel ma proġett bħal dan jingħata l-barka. "Qabel kull forma ta' riġenerazzjoni trid tiġi studjata l-bajja b'mod rigoruż. B'mod speċjali għal impatt ambjentali u kif l-elementi jistgħu jaffetwaw il-proġett finali. Lura għall-2013, il-Ministru Joe Mizzi li dak iż-żmien responsabbli għall-Ministeru għat-Trasport kien sostna li l-estensjoni tar-Rinella hi possibbli u li l-bajja tista' tirdoppja fid-daqs. Minkejja li fi snin li għaddew twettqu xogħlijiet kbar ta' tisbiħ u rrenovar f 'din il-bajja, l-estensjoni baqgħet fuq l-ixkaffa. Apparti minn dan kollu, din is-sena l-Gvern wettaq proġetti simili f 'diversi bajjiet madwar Malta, fosthom fil-Bajja ta' San Ġorġ f 'Birżebbuġa, fil-Bajja tal-Fajtata f 'Wied il-Għajn u fil-Bajja ta' Għar l-Aħmar f 'Marsaxlokk. F'din tal-aħħar, il-bajja spiċċat biex ittawlet b'aktar minn 15-il metru biex b'hekk it-tul tagħha issa jammonta għal aktar minn 100 metru, b'wisgħa ta' madwar 50 metru. Hu mifhum li madwar 2,000 metru kubu ta' ramel tħammel miż-żona tal- Magħluq li kien installat b'mod differenti mill-oħrajn u wara li jgħaddi s-sajf se ssir installazzjoni ta' berm (muntanji żgħar ta' ramel), li se tkun qed tgħin biex iżżomm ir-ramel fil-bajja. 3 Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 | illum Aħbarijiet Studjata l-possibilità li titkabbar il-bajja tar-Rinella fil-Kalkara Il-bajja tar-Rinella fil-Kalkara taf tkun qed tikber fil-futur: Ritratt ta' James Bianchi Attwalment il-Gvern jinsab għaddej fuq diversi proġetti f'bajjiet madwar Malta Il-bajja tar-Rinella fil-Kalkara: Ritratt ta' James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019