Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801
illum | Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 8 ILBRAM. Bla dubju ta' xejn mhumiex l-akbar ħbieb tal-għawwiema Maltin anzi x'aktarx li joffrulhom l-akbar uġigħ ta' ras, aktar min kemm se teħodhom ix-xemx jew inkella jekk hux se jsibu post fuq il-bajjiet. Ħafna ilmentaw li din is-sena hawn ħafna aktar bram mis-soltu, iżda dan huwa minnu? Vera li żdiedu l-bram? L-Ambjentalista, il-Professur Alan Deidun, wieġeb lill-gazzetta ILLUM u insista li ma hawn l-ebda invażjoni ta' bram u l-ammont ta' bram li dehru din is-sena huwa fl-istess ilmijiet tas-snin l-imgħoddija. Li ġara, kompla jispjega l-Professur, huwa li l-brama vjola (Mauve Stinger), l-aktar brama komuni u li kulħadd jitwerwer minnha, għażlet li tidher aktar tard mis-soltu. Fil-fatt, skont Deidun, normalment din il-brama tidher l-aktar fi gzuz f 'April, meta ftit huma dawk li jkunu bdew jgħumu, iżda din is-sena, il-brama l-vjola, dehret l-aktar f 'Ġunju meta ħafna bdew jgħumu minħabba s-sħana li kkargat f 'salt. Iżda fil-bajjiet tagħna ma tidhirx biss il- brama vjola. Hemm ħafna bram ieħor li ħadd ma jieħu gost bih, anke jekk dawn l-ispeċi differenti mhux kollha jniggżu, jew inkella t-tingiża tagħhom mhijiex kbira. Il-Professur Deidun spjega kif mill- bram li jidher fil-bajjiet Maltin, hemm erba' speċi biss li jniggżu. Tmienja oħra ma jniggżux jew inkella mhux kulħadd ikollu l-istess reazzjoni meta jmiss magħhom. Fil-fatt, kompla jispjega l-Professur, hemm bram li jaf ma jagħmel xejn lil persuna, iżda jniggeż ftit lil ħaddieħor. "Mhux kulħadd ikollu l-istess reazzjoni," spjega Deidun. Din l-informazzjoni kollha tinsab fuq il-kartelluni li wieħed jista' jsib mifruxa fuq l-bajjiet. Il-Professur Deidun spjegalna kif ħafna mill-bram jiddistingwi ruħu minn speċi oħra u għalhekk persuna, jekk tħares lejn dawn il-kartelluni, faċilment tkun tista' tifhem jekk il-bram li jkun intlemaħ ikunx perikolużi jew le. Sfortunatament hemm bram ieħor li ma tantx jidher, fosthom dik magħrufa bħala 'box jellyfish.' Anke jekk din tniggeż ħafna u hija trasparenti, l-ambjentalista spjegalna kif din tidher l-aktar fejn ikun hemm ħafna dgħajjes, bħal marinas u allura fejn ma tantx isir għawm. Mistoqsi jekk hemmx xi brama li qed issir aktar komuni, Deidun semmielna dik magħrufa bħala 's-cigar jellyfish.' Fi kliemu, din il-brama tiddistingwi ruħha għax qisha l-gear tal-Ingliżi, għax il-kulur tagħha jagħti fl-aħmar u fuqha għandha bħal salib abjad. Din il-brama hija waħda minn dawk li ma tniggiżx, jew inkella li t-tingiża tagħha hija waħda ħafifa, skont il-persuna. Din it-tip ta' brama tidher l-Għadira. Għandek ittella' l-bram mill- baħar? Mhux l-ewwel darba li meta jkun hemm ħafna bram, issib persuna jew tnejn li jieħu l-inizjattiva, jaqbdu kopp u jtellgħu l-bram mill-baħar u jitfgħuhom fuq il-blat jew inkella taħt ir-ramel. Iżda dan għandu jsir? Deidun, insista li għalih hija moħqrija li jittellgħu mill- baħar dawk il-bram li ma jniggżux jew inkella li t-tingiża tagħhom hija ħafifa u mhix perikoluża. Semma pereżempju l-brama magħrufa bħala l-qassata, jew inkella tal-lampuki, jiġifieri brama mdaqqsa u sabiħa ħafna. Il-kuluri tagħha huma kannella fl-isfar, tgħum fil-wiċċ tal-baħar u fiha jistkenn ħut żgħir. Il-Professur saħaq li jifhem li tittella' l-brama l-vjola meta jkun hemm ħafna minnha iżda appella lil dawk li jtellgħu l-bram biex joqogħdu attenti fejn jitfgħuhom. Spjega kif anke wara ġimgħat li brama tkun mietet, it-tentakli jibqgħu jniggżu u għalhekk huwa perikoluż li wieħed jidfinhom fir-ramel jew inkella jħallihom imutu fuq il-blat. Il-ħall tajjeb għal meta titniggeż minn brama? Tisma' ħafna teoriji ta' x'għandek tagħmel jekk tniggżek brama. Min jgħidlek uża l-ħall u min jgħidlek għatti t-tingiża b'pakkett kiesaħ. Imma dawn il-metodi dejjem japplikaw? Ir-risposta hija le. Fil-fatt, l-inizjattiva Spot the Jellyfish, li l-Professur Alan Deidun tant jimbotta, toffri informazzjoni utli ħafna ta' wieħed x'għandu jagħmel jekk jitniggeż minn brama. Fuq is-sit ta' Spot the Jellyfish issib saħansitra fuljett bl-informazzjoni, liema informazzjoni tinsab ukoll fuq it-tabelli fil-bajjiet. X'għandek tagħmel jekk titniggeż mill- brama l-vjola? Kif spjegat f 'dan l-artiklu, din il-brama hija l-aktar komuni. Għall-kuntrarju ta' dak li jaħsbu ħafna, għat-tingiża tal- brama l-vjola, il-ħall ma għandux jintuża u lanqas l-ilma ġieri, l-alkoħol jew faxex issikkati. L-aħjar ħaġa tkun li wieħed jaħsel it-tingiża bl-ilma baħar mingħajr ma jogħrok u jekk possibbli japplika wkoll ftit baking soda. Wara, permezz ta' kard tal-plastik għandu jobrox bil-mod it-tingiża biex tneħħi tentakli li jistgħu jkunu mwaħħla u fl-aħħar nett tpoġġi pakketti kesħin, bħal basket bis-silġ jew xarba kiesħa mgeżwra f 'ċarruta jew flokk. U jekk titniggeż mill-box jellyfish? F'dan il-każ il-ħall japplika, iżda qabel, it-tingiża xorta waħda għandha l-ewwel tinħasel bl-ilma baħar. Wara tkun tista' tlaħlaħ bil-ħall jew inkella b'taħlita ta' ilma baħar u baking soda għal żewġ minuti. Il-kard tal-plastik tapplika wkoll f 'dan il-każ, iżda wara, flok b'pakketti kesħin, fuq it-tingiża għandu jitpoġġa pakkett sħun bejn 10 u 20 minuta. Jekk l-uġigħ jippersisti, il-pakkett sħun jista' jerġa' jkun applikat għal 10 minuti oħra. X'għandek tagħmel jekk titniggeż mis-cigar jellyfish? Kif spjegat it-tingiża ta' din il-brama mhix kbira ħafna, imma ġaladarba hija komuni, tajjeb li wieħed ikun jaf x'metodu għandu juża. Anke hawn l-ewwel pass għandu jkun it-tlaħliħ bl-ilma baħar u wara jerġa' japplika l-ħall jew inkella taħlita ta' ilma baħar u baking soda. Wara li tobrox b'kard tal-plastik, it-tingiża għandha titgħatta b'xi ħaġa kiesħa. F'każ li persuna titniggeż minn brama li ma tkunx taf x'inhi, jew inkella mhix magħrufa, il-ħall u pakketti sħan ma għandhomx jintużaw. Deidun jappella biex fil-każ li persuna ma tkunx tista' tieħu nifs sew jew inkella jkollha sintomi ta' allerġija, fost oħrajn, għandha tfittex l-attenzjoni medika immedjata. Liema huma l-aktar bram li jniggżu u komuni? Kif Hawn invażjoni ta' bram? Jew f 'dan iż-żmien? L-ILLUM tistaqsi Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Professur Alan Deidun dwar il-bram. Hawn aktar bram mis-soltu? Il-bram kollu perikoluż? Kif tkun taf? U x'tagħmel jekk titniggeż? Jaf x'kienet il-ħuta kbira li ntlemħet f'Birżebbuġa? Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-Mauve Stinger, jew il- brama vjola. 80% tal-bram li jidhru fil-bajjiet Maltin huma ta' din l-ispeċi