Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801
illum | Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 Aħbarijiet 4 Tad-db lura f 'nofs kontroversja. Proġett bla permess iżda jitfa' applikazzjoni biex iħaffer MCAST: YOUR FIRST CHOICE Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 23987135/7136/7310 E: careerguidance@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Online prospectus: www.mcast.edu.mt/mcast-prospectus-2019-2020 Time to succeed! JOIN MCAST APPLY ONLINE FROM 22nd July until 4th August Minn Albert Gauci Cunningham FIDDAWL tal-applikazzjoni separata għall-iżvilupp mid- db Group għat-tħaffir ta' dak li kien is-sit tal-ITS residenti, tliet Kunsilli Lokali u 10 NGOs qegħdin jinkoraġġixxu l-pubbliku sabiex jissottometti oġġezzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar (PA). "Għalkemm hija separata minn dik li l-kumpanija ssottomettiet sentejn ilu, din l-applikazzjoni tikkonċerna l-istess proġett. Dan il-proġett, li diġà ġie rriġettat mill-opinjoni pubblika," jgħidu dawn l-għaqdiet u l-Kunsilli Lokali. Fakkru illi l-proġett se jkollu impatti negattivi permanenti fuq kull aspett tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti li jgħixu fl-akkwati tal-binjiet li dawn l-għaqdiet u Kunsilli qed isejħu "sproporzjonati u massivi" li qegħdin jiġu proposti. "Din l-applikazzjoni separata hija każ ċar ta' attentat biex tiġi evitata evalwazzjoni olistika tal-impatti kollha tal-iżvilupp. Huwa ovvju li l-proċedura kollha tal-ippjanar qed tinqasam f 'ħafna stadji sabiex jiġi evitat studju sħiħ dwar il-proġett finali kollu u l-impatti ambjentali u impatti oħrajn ta' dan l-iżvilupp mostruż." L-għaqdiet u Kunsilli Lokali sostnew illi l-applikazzjoni għal tħaffir ta' skala kbira ġiet proċessata fi żmien ġimgħa, mingħajr ebda indikazzjoni dwar x'se jsir mill-iskart tat-tħaffir. "It-tħaffir propost tas-sit jestendi wkoll taħt il-Bini Skedat ta' Grad 2 u l-bunker minn żmien il-Gwerra Bierda, filwaqt li l-proposta tindika li dawn il-binjiet suppost jiġu "miżmuma". Huwa kompletament inaċċettabbli li din it-talba qiegħda tiġi proposta f 'iżolazzjoni mill-bqija tal-iżvilupp kolossali. Għandu jiġi enfasizzat li t-tħaffir ta' dak li kien is-sit tal-ITS kien parti mill-permess tad-db Group li ġie kkanċellat mill- Qorti. F'dan l-istadju, l-applikazzjoni separata li ġiet ippreżentata għat- tħaffir ċarament tindika disprezz lejn id-deċiżjoni tal-qorti u hija mezz qarrieqi li l-iżviluppaturi qegħdin jużaw biex jaħarbu minn din id- deċiżjoni. Mhuwiex loġiku li titlob permess għal tħaffir li jagħmel parti minn proġett li għalih m'hemmx permess." L-istqarrija ttemm tgħid li din l-applikazzjoni tista' tfisser biss żewġ affarijiet: li l-approvazzjoni tal-proġett sħiħ hija deċiżjoni meħuda diġà, indikazzjoni ċara li s-sistema tal- ippjanar hija biss farsa, jew inkella li hemm riskju li t-tħaffir isir mingħajr ma l-proġett ikun eventwalment approvat u li titħalla toqba enormi f 'sit irvinat għalkollox. Tista' tkun biss waħda jew l-oħra." Il-Kunsilli Lokali huma: Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi L-NGOs huma: Archaeological Society of Malta, Bicycle Advocacy Group, BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Isles of the Left, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta u Ramblers Association