Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801
Sports 31 tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? B'Ta' Qali grazzi għall-investiment li kien sar fit-turf, nemmen li għandna nkunu kuntenti li qed nilagħbu ġo grawnd bħal dak. Grazzi wkoll għall-Hibs Stadium li huwa l-alternattiva għal Ta' Qali u li għalkemm ma jkunx dejjem fl-aqwa stat huwa tajjeb ukoll biex tilgħab fuqu u tħossok ukoll viċin aktar tan-nies, għax ngħidu kollox Ta' Qali huwa ftit kbir wisq meta tara l-attendenzi Maltin u b'hekk nemmen li għandna forsi nżidu grawnd ieħor u jkollna tliet grawnds b'ħaxix naturali għal Malta. Għandna wkoll grawnd b'turf artifiċjali tas-Centenary Stadium li huwa turf tajjeb li ma jagħmilx ħażin lanqas li nilagħbu logħba jew tnejn fuqu. Nemmen biss li wasal iż-żmien forsi li l-Victor Tedesco Stadium jinbidel u forsi jingħata l-istess materjal ta' turf bħal dak tas- Centenary Stadium biex ikollna kull grawnd f 'Malta eċċellenti. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Ifhem, f 'kull rokna tad-dinja ssib referis li jagħmlu żbalji li ġieli jkunu favurik u ġieli kontrik. Forsi dis-sena ma kienx hemm biżżejjed konsistenza fir-refereeing fil-kampjonat Malti, biss nemmen li r-refereeing Malti jista' jimxi 'l quddiem. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji huma kbar. Trid dejjem iżżom moħħok determinat f 'sitwazzjoniniet li ma tantx ikunu feliċi. Trid toqgħod lura minn ħruġ żejjed u toqgħod attent x'tiekol u dejjem tipprova żżomm il-livell tal- fitness tiegħek fil-massimu kemm jista' jkun. Għandek dejjem tieħdu bis-serjetà u ttih il-prijorità tiegħek biex timxi 'l quddiem. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Mhux dejjem jirnexxilek. Kont waqaft għal ċertu żmien mix-xogħol biex inkun nista' niffoka aktar fuq futbol. Biss issib ukoll nies li tkun qed taħdem magħhom u jifhmu s-sagrifiċċju tal-futbol u jħalluk ittih prijorità u tieħu dati li tixtieq u jkollok bżonn biex jarawk timxi 'l quddiem. Dawn in-nies ngħidilhom grazzi talli jgħinuni navvanza kemm fix-xogħol kif ukoll fil-futbol. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Ifhem, kulħadd ikollu t-tir li jkun mgħajjat mat-tim nazzjonali. Ġejt mgħajjat tliet darbiet taħt żewġ kowċis differenti fejn il-kowċ Farrugia kien assistent. Waħda mir-raġunijiet għaliex mort ma' Tarxien Rainbows f 'Jannar kienet biex nilgħab aktar regolari u jkolli ċans ikbar biex inkun mgħajjat man-nazzjonal. Għalkemm għadni ma tlajtx nemmen li tilgħab dejjem b'mod regolari jkollok aktar ċans fejn jarawk u tkun magħżul. B'hekk it-tir tiegħi huwa li issa li ngħaqadt ma' Sirens, inkun nista' nilgħab b'mod regolari biex ix-xewqa li nilgħab man-nazzjonal isseħħ. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Messaġġ għal dawk it-tfal u żgħażagħ kif ukoll għan-neputi tiegħi Zach li dejjem ikun ħerqan jarani nilgħab, huwa li m'għandhom jaqtgħu qalbom qatt u jitfgħu moħħhom hemm. B'rieda u determinazzjoni nemmen li jkunu jistgħu jilagħbu fl-ogħla livell tal-futbol Malti, u għalhekk jekk veru jixtiequ jaslu, b'sagrifiċċju jirnexxilhom żgur! mill-ewwel sena storika ta' Sirens FC fil-Premier " B'rieda u determinazzjoni nemmen li jkunu jistgħu jilagħbu fl-ogħla livell tal-futbol Malti, u għalhekk jekk veru jixtiequ jaslu, b'sagrifiċċju jirnexxielhom żgur! Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 | illum