Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801
29 Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 | illum Sports KEVIN Camilleri - xprun ewlieni biex Santa Luċija FC kisbu promozzjoni storika għall-ewwel darba fil-Kampjonat Premier. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minn mindu kont żgħir kont inħobb il-ballun u nilgħab futbol ma' sħabi. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Santa Luċija? Bħalissa għaddej minn esperjenza vera sabiħa u ta' suċċess hekk kif ksibt żewġ promozzjonijiet f 'sentejn u mmaturatni bħala plejer. Nitkellmu dwar l-istaġun ta' Santa Luċija. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun? Urejna l-potenzjal kollettiv tat-tim u li għalkemm għaddejna minn perjodu iebes qomna għall- okkażjoni u wasalna għat-tragward tagħna. X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess biex bħala Santa Luċija ksibtu l-promozzjoni għall-Kampjonat Premier? Żgur mhux forsi li l-kumitat ħabrieki li ma waqafx jaħdem biex jgħaqqad tim utli u ta' livell biex jisfida għall- unuri u l-kowċis u aħna l-plejers li ngħaqadna flimkien bħala familja għal dan is-suċċess. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Naħseb li fatt importanti tad- differenza hija dik mentali - kemm tkun preparat u kif tkun preparat, u naħseb li hemm dik it-tarġa aħjar bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Mhux kull barrani jaddatta għall- futbol Malti jew għall-istil tal-kowċ però bħalma kien hemm barranin ta' suċċess kien hemm ukoll barranin li ma rnexxewx. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat? Naħseb li nista' ngħid li ninsab kuntent bil-grawnds Maltin però jekk forsi jiġu mxarrbin xi ftit qabel il- logħob tkun aktar faċli għalina u jkun hemm inqas injuries. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Naħseb li kien hemm kontroll pjuttost tajjeb u ġust. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Irid jieħu t-taħriġ bis-serjetà u mentalment trid tkun ippreparat għal kull tip ta' logħba, u forsi matul l-istaġun timxi ma' dieta sana biex iżżomm il-ġisem b'saħħtu. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Dejjem sibt għajnuna minn fuq ix- xogħol biex nattendi kull sessjoni ta' taħriġ, però qatt ma kelli problemi kbar. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Nisperaw li nibqa' nakkwista s-suċċessi sakemm nirtira u wara li nirtira nibqa' fix-xena tal-futbol bħala kowċing. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Ngħidilhom biex bid-diffikultajiet kollha li jiltaqgħu magħhom matul il-karriera tagħhom, ma jaqtgħu qalbhom qatt u jibqgħu jemmnu f 'kull ħolma tagħhom, iżommu d-determinazzjoni u l-passjoni għall-futbol. Jieħdu t-taħriġ bis- serjetà u d-dedikazzjoni hija wkoll importanti. 'Urejna l-potenzjal kollettiv tat-tim, qomna għall- okkażjoni u wasalna għat-tragward tagħna' minn Cristian Antony Muscat Kevin Camilleri