Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

I l-politIka dwar il-klima hi materja ewlenija li qiegħda taħt il-lenti fil-laqgħat li Ursula Von Der Leyen, innominata bħala President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, qed ikollha mal- gruppi politiċi diversi fil- Parlament Ewropew. Kemm il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi kif ukoll dak Liberali fil-Parlament Ewropew ippubblikaw lista ta' talbiet li għamlu lil von der Leyen dwar dak li jriduha tikkommetti ruħha dwaru imma li s'issa evitat. Fuq quddiem nett f 'dan kollu kemm impenn ikbar dwar li politIka meħtieġa biex ikunu indirizzati l-impatti tat- tibdil fil-klima. Min-naħa l-oħra, il-Grupp tal-Ħodor fil-Parlament Ewropew ħareġ stqarrija li permezz tagħha ta l-ġenb lill-kandidatura ta' von der Leyen u dan għax, fi kliem Ska Keller, ko-president tal-grupp: "ma smajna l-ebda proposta konkreta, la dwar is-saltna tad- dritt u l-anqas dwar il-klima. Ġejna eletti b'mandat ta' bidla u m'aħniex naraw kif din il-bidla tista' sseħħ b'din il-kandidata." Azzjoni dwar il-bidla fil-klima hi prijorità u din il-prijorità għandha tkun riflessa fl-ambizzjonijiet li l-kandidat għall-Presidenza tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea trid tmexxi 'l quddiem. Sfortunatament hu magħruf li Ursula Von Der Leyen qatt ma tat prijorità lill- azzjoni dwar il-bidla fil-klima tul iż-żmien kollu li ilha attiva fil-politika nazzjonali tal- Ġermanja! Tul l-għaxar snin li ġejjin, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fuq livell globali jeħtieġ li jonqsu b'iktar min-nofs. Anke iktar mit-tnaqqis ta' 55% kif talab il-Parlament Ewropew kif ukoll mill-40% tnaqqis li s'issa aċċettaw il-pajjiżi membri. Dan fl-istess ħin li l-emissjonijiet netti għandhom jilħqu żero sa mhux iktar tard mill-2050. Il-miri tal-ftehim ta' Pariġi llum jiffurmaw parti integrali mill-liġijiet tal-Unjoni Ewropea imma għad hemm ħafna ħidma xi ssir biex dawn il-miri jitwettqu fir-realtà. Soluzzjonijiet jeżistu biex ikunu indirizzati u trasformati l-enerġija, it-trasport, l-agrikultura u l-proċessi industrijali. Imma jeħtieġ li nkunu kapaċi li naħdmu flimkien biex l-impenn li jitwettaq il-Ftehim ta' Pariġi mhux biss ikun onorat, imma li nkunu kapaċi nħajru oħrajn jagħmlu bħalna. Minkejja l-wegħdiet li saru mill-pajjiżi differenti dwar emissjonijiet bħala parti mill-ftehim ta' Pariġi xorta waħda jidher li ż-żieda fit- temperatura, sa tmiem is-seklu kurrenti, ser tkun ta' madwar tliet gradi Celsius (3°C) fuq it-temperatura pre-industrijali. Dan meta nafu li iktar minn nofs din iż-żieda jkollha effetti katastrofiċi. Diġà bdejna nduqu l-konsegwenzi bis-sħana tilħaq livelli ġodda, estremi ta' għargħar u nuqqas ta' xita u nirien li qed jagħmlu ħsara mhux żgħira f 'kull rokna tad- dinja. L-affarijiet sejrin għall- agħar. Imma għad baqa' ċans, kemm-il darba niċċaqalqu bla iktar dewmien. Il-Gvernijiet mhumiex jieħdu l-inizjattiva. Mhux qed jindirizzaw dak li qed jirriżulta mir-riċerka xjentifika. Sfortunatament, uħud mill- Gvernijiet (u l-partiti politiċi li jiffurmawhom) jaraw kull azzjoni meħtieġa biex tkun indirizzata l-bidla fil-klima bħala ta' xkiel għall-industrija u għall-ekonomija. Sa minn meta saru tibdiliet fit-trattati Ewropej fl-1987, l-Unjoni Ewropea bdiet tieħu deċiżjonijiet dwar l-oqsma ambjentali b'maġġoranza kkwalifikata. Dan wassal biex ġiet żviluppata leġiżlazzjoni ambjentali li tiffaċilita politika Ewropea li tirrispondi għal dak kollu meħtieġ mit-tibdil fil- klima. Tul dan iż-żmien kollu, il-Parlament Ewropew kien dejjem fuq quddiem jinsisti dwar miri ċari u ambizzjużi fil-ġlieda kontra l-bidla fil- klima. Hu meħtieġ li anke l-Kummissjoni Ewropea timxi fuq dawn il-passi. Hu għalhekk li hu meħtieġ li l-President approvat għall- Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-azzjoni dwar il-bidla fil-klima bħala prijorità u li tkun lesta biex il-Kummissjoni mmexxija minnha taġixxi b'dan il-mod. Carmel Cacopardo hu ċ-Chairman ta' Alternattiva Demokratika illum | Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 16 Opinjoni Politika dwar il-klima fl-Unjoni Ewropea CARMEL CACOPARDO Hu meħtieġ li l-President approvat għall- Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-azzjoni dwar il-bidla fil-klima bħala prijorità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019