Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 | illum nies li jgħixu hawn (mhux qed ngħoddu l-ħafna turisti li jużaw it-trasport pubbliku) ma jemmnux li b'tal-linja jaqbillek. L-aħbar it-'tajba', jekk tista' ssejħilha hekk, hija li din hija n-norma f 'ħafna mill-pajjiżi fl-UE. Fil-fatt f 'Malta 82.6% jużaw il-karozza privata tagħhom, dan filwaqt li huma biss 17.4% li jużaw tal-linja jew xi forma ta' trasport ieħor. Fl-UE, il-medja ta' nies li jużaw il-karozzi hija ta' 82.9%, bejn wieħed u ieħor daqs Malta. Tal- linja tintuża minn 9.4% tal-Ewropej, filwaqt li 7.7% jużaw il-ferroviji. mal-karozza 7.7% jużaw il-ferroviji. L-UE għandha prinċipju partikolari, li kif qed naraw fil-kwistjoni tal-BREXIT ma tiċċaqlaqx minnu; il-prinċipju tal-moviment ħieles tan- nies minn pajjiż tal-UE għall-ieħor. Dan il-prinċipju huwa użat ħafna minn studenti li jmorru jistudjaw f 'pajjiżi oħrajn tal-UE. Fl-2017 kien hemm 1.7 miljun student fl-UE li mar jistudja f 'pajjiż ieħor Ewropew. F'Malta 8.3% ta' dawk li jinsabu fl- edukazzjoni terzjarja ġejjin minn pajjiżi oħrajn. Fil-Lussemburgu 46.7% tal- istudenti ġejjin minn pajjiżi oħrajn, f 'Ċipru 21% u l-Awstrija 17%. Il-pajjiżi fejn hemm l-inqas persuni Ewropej jistudjaw fil-livell terzjarju huwa l-Kroazja b'2.9% segwit minn Spanja bi 3.2%. Malta tinsab fuq quddiem fejn jirrigwarda l-impjiegi u taqbeż il-medja Ewropea f 'kull każ. Fil- fatt 73.9% tal-Maltin jinsabu f 'impjieg, ftit iktar mill- medja Ewropea ta' kemm jinsabu f 'impjieg persuni nattivi fil-pajjiż inkwistjoni . 80.3% ta' dawk li ġejjin mill-UE u li jinsabu f 'pajjiżna wkoll jinsabu f 'impjieg, imqabbel mas- 77% bħala medja fl-UE. Min-naħa l-oħra 77.3% ta' dawk li ġejjin minn pajjiżi barra l-UE u li jinsabu Malta qegħdin f 'impjieg. Il-medja fl-UE hija ta' 59.3%. Malta tospita... nonfqu. L-istatistika tal-UE dwarna Il-poplu Malti mhuwiex l-aktar wieħed żagħżugħ, fil-fatt huma 14.3% dawk li għandhom inqas minn 15-il sena f 'pajjiżna. Dan ipoġġina inqas mill- Irlanda (22%), l-Estonja (18.4%), ir-Renju Unit (18.2%), Franza (18.1%) u l-Latvja (18%), fost oħrajn . Malta fil-fatt hija fost il-pajjiżi l-inqas li għandhom persuni ta' 15-il sena jew inqas. Il-pajjiż bl-inqas persuni ta' dawn l-etajiet fl-UE huwa l-Italja, bi 13%. Il-popolazzjoni Maltija vs dik barranija Skont dawn iċ-ċifri, fl-2017 86% tal-popolazzjoni f 'Malta kienet magħmula minn Maltin. 8.1% kienu barranin imma ċittadini tal-UE u 6% kienu ċittadini minn pajjiżi terzi. L-akbar persentaġġ ta' barranin fil-popolazzjoni lokali kienet fil- Lussemburgu fejn 40.6% kienu persuni minn pajjiżi fl-UE, filwaqt li 7.2% kienu minn pajjiżi barra mill-UE. Huma ftit iktar min- nofs, jew inkella 52% tan-nies fil-Lussemburgu li kienu persuni li twieldu f 'dan il-pajjiż. L-inqas pajjiż illi kellu barranin fil- popolazzjoni huwa r-Rumanija hekk kif 99.4% tal-popolazzjoni kienet twieldet f 'dan il-pajjiż. L-Italja u r-Renju Unit baqgħu l-aktar pajjiżi popolari fostna bħala postijiet fejn inqattgħu l-ġita tagħna. Fil-fatt, skont iċ-ċifri li jkopru l-2017, 19.3% marru l-Italja u 19.1% marru vaganza r-Renju Unit. Dan filwaqt li 17.8% ħadu vaganza f 'pajjiżna stess, probabbilment f 'Għawdex jew tmiem il-ġimgħa f 'xi waħda mil-lukandi f 'pajjiżna. Il-Maltin huma fost l-aktar li jonfqu, fil-fatt għal kull darba li jsiefru l-Maltin jonfqu medja ta' €609. Dan jitfa' lil pajjiżna fuq quddiem u wara biss, l-Iżvediżi (€779), in-nies tal-Lussemburgu (€762) u l-Awstrijaċi (€636). L-inqas li jonfqu, forsi wkoll riflessjoni tal-qagħda ekonomika tal-pajjiż, huma r-Rumeni b'€134 kull vaganza. L-Italja u r-Renju Unit jibqgħu l-favoriti tal-Maltin Mal-popli anzjani L-UE għandha prinċipju partikolari, li kif qed naraw fil-kwistjoni tal-BREXIT ma tiċċaqlaqx minnu; il-prinċipju tal-moviment ħieles tan- nies minn pajjiż tal-UE għall-ieħor. Dan il-prinċipju huwa użat ħafna minn studenti li jmorru jistudjaw f 'pajjiżi oħrajn tal-UE. Malta tospita... nonfqu. L-istatistika tal-UE dwarna marru vaganza r-Renju stess, probabbilment tmiem il-ġimgħa f 'xi waħda mil-lukandi in huma fost l-aktar li jonfqu, fil-fatt għal kull darba li jsiefru l-Maltin jonfqu medja ta' an jitfa' lil pajjiżna kull vaganza. importanti biex pajjiżna jkompli jiġbed lejh iktar investiment. "Meta tmur biex tikkonvinċi investituri internazzjonali ma joqogħdux biss fuq dak li tgħidilhom int u jħarsu lejn rapporti indipendenti. Fost oħrajn dawk tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd," spjega l-Prim Ministru li nnota l-bidla fir-rapport ta' Fitch. "Issa għandna aġenzija bħalma hija Fitch li kkonfermat li pajjiżna huwa f 'livell A+ imma dawru l-outlook tagħhom minn stabbli għal pożittiv. Jiġifieri qed jgħidu l-ekonomija Maltija u dak li qed jiġri f 'Malta mhux biss se jibqa' tajjeb imma se jmur għall-aħjar," sostna l-Prim Ministru li fisser kif dan hu l-iktar rating għoli li qatt kiseb pajjiżna. Hawn irrrefera wkoll għal dak li qalet il-Kummissjoni Ewropea iktar kmieni din il-ġimgħa meta ħarġet it- tbassir ekonomiku għall-2019 u l-2020. "L-ekonomija Maltija se tkun l-iktar waħda li se tikber fl-Ewropa kollha din is-sena u se terġa' tkun l-iktar waħda li tikber is-sena d-dieħla," qal Joseph Muscat li tkellem ukoll dwar kif l-aġenziji jinnotaw li l-pajjiż qed imur aħjar mit-tbassir tagħhom. ILKAP tal-Partit Nazzjonalista u tal- Oppożizzjoni Adrian Delia sostna illi l-liġi li ressaq il-Gvern għall-qasam tal- kirjiet privati "mhi se ssolvi l-ebda problema." Waqt intervista fuq Net FM huwa qal illi filwaqt li huwa pożittiv li l-Gvern ħa l-inizjattiva, "il-Gvern minflok jara kif se joħloq l-ideat hu, kif se jipprovdi appartamenti biex nibdew intaffu l-problema, tefa' kollox fuq il-privat." Huwa fakkar li l-PN ressaq diversi emendi għal-liġi tal-Gvern, "għax dejjem aħjar ftit, milli xejn." Dwar l-inkjesta fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Delia qal illi l-proċess għandu jsir b'mod li ssir ġustizzja mal-familja u mal-poplu Malti. Delia jgħid li l-liġi dwar il-kirjiet mhi se ssolvi ebda problema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019