Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801
13 Intervista Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 | illum Skontu, l-unika rimedju għal din il-problema hu l-professjonalità tal- plejers Maltin għaliex il-punt kruċjali huwa li l-kowċ nazzjonali Malti għandu erba' plejers li jilagħbu barra minn Malta u pajjiżi oħrajn għandhom bejn 40 u 70 plejer li jistgħu jagħżlu. "Il-plejers Maltin jitħarrġu siegħa u nofs kuljum, bl-istil ta' ħajja differenti u bin-nutrizzjoni bażika, mentri ta' pajjiżi oħra jitħarrġu għal ħames jew sitt sigħat u kulħadd idur magħhom. Qed nilagħbu f 'kampjonat fejn il-plejers tagħna ma jistgħux isegwu l-istess bażi ta' mentalità psikoloġika u kunfidenza teknika bħal pajjiżi oħra. Biex intejbu r-riżultat irid ikollna għadd ta' plejers li jilagħbu barra, oħrajn li jippromettu fil-kampjonat lokali u tim Malti li jmur jilgħab f 'kampjonat barrani," saħaq Vassallo. Fuq din tal-aħħar, Vassallo qiegħed jipproponi li jitwaqqaf tim ġdid li jikkompeti f 'kampjonat barrani li jkun jinkludi diversi Maltin. Bl-MFA żżomm 51% tal-ishma filwaqt li 49% ikun investiment barrani. "Ikollna żewġ timijiet li jibdew mil- Lega Pro u diġà tkellimt mal-Lega Pro dwar dan il-kunċett u nistgħu naslu u nidħlu f 'vetrina differenti u hemmhekk jogħla l-livell. M'għandniex ċans bil-livell part-time tagħna u nistgħu nagħmlu 50 sena oħra. Għax il-plejers tagħna jgħixu fi gżira sabiħa, hawn ċertu kumdità. Ngħixu tajjeb, ekonomikament il-pajjiż miexi tajjeb u m'hemmx dik il-ħolma li trid tiġri warajha," saħaq Vassallo. 'Plejer Malti tajjeb jilgħab dejjem' Ġaladarba qed nitkellmu fuq kampjonat barrani staqsejtu fuq il- kampjonat lokali u l-proposta li jkun hemm 11-il barrani. X'jaħseb fuqha din Vassallo? Huwa jirrispondi u jgħid, "jiena naqbel ma' kompetizzjoni ġusta. Iktar kemm tiftaħ għall-barranin, il-klabbs iktar tagħtihom saħħa biex jinvestu f 'suq ġust. Illum nitkellmu fuq monopolju ta' plejers Maltin għaliex 30 biss hawn li jistgħu jilagħbu mat- tim nazzjonali Malti u għalhekk ċertu klabbs jiġu daharhom mal-ħajt għaliex biex tiffirma goalkeeper Malti trid tħallas flus enormi." U għal dawk li għandhom tħassib serju fuq kif din il-proposta se taffettwa t-talent Malti x'jaħseb Vassallo? "Malti tajjeb jilgħab dejjem. Min irid jilgħab u jtejjeb il-livell iżda hemm barrani li qed jeħodlu postu, se jistinka biex jidħol fit-tim." Jekk ma jilħaqx il-miri tiegħu jwarrab? Fil-manifest tiegħu Vassallo niżżel diversi proposti ambizzjużi fosthom dawk infrastrutturali. Però huwa konvint li dan kollu jista' jiġi attwat? Huwa qal li jinsab konvint fuq il- pjanijiet tiegħu għaliex mhux qiegħed iwiegħed dan biex jipprova jbigħ kastelli fl-arja. "Naf x'hawn Malta u naf x'hemm hemm barra u għalhekk naf x'jista' jwassalna għal ċertu riżultati. Kont realistiku ħafna, din hija viżjoni b'saħħitha u li nistgħu nattwawha." Fuq dan il-punt staqsejtu jekk hux qed jagħmel garanzija bħal l-avversarju tiegħu, Chris Bonett li qed iwiegħed li jirreżenja jekk ma jilħaqx il-miri tiegħu. Huwa jwieġeb u jgħid, "ma nistax nikkommetti ruħi li jekk ma nilħaqx xi waħda mill-miri tiegħi nirreżenja għaliex jiena għandi strateġija ta' tmien snin li hija bbażata fuq 11- il pilastru. Ma nistax ngħidlek li għax f 'waħda nkunu fallejna xi ftit l-oħrajn ma jirnexxux. Jekk tkun mira importanti ħafna, irridu nirrevedu xi affarijiet però jiena kunfidenti ħafna mill-programm li għandi u rrid inkun hemm għal tmien snin biex il- programm inwettqu," saħaq Vassallo. Finalment staqsejtu għaliex ċertu proposti li qed iwiegħed qatt ma ġew attwati jew issuġġeriti waqt iż-żmien tiegħu fl-MFA. Huwa kien pront jgħid, "jiena ma kontx President, finalment il-President li jiddeċiedi. Li nista' ngħid huwa li sal-2016 il-programm li kien imwiegħed kien ġie eżawrit. Sfortunatament wara l-2016 ma sar l-ebda xogħol fuq strateġija ġdida u l-MFA ma kellha ebda għanijiet ċari. Għalhekk ħafna mill-proposti tiegħi u ta' Chris huma l-istess. Aħna t-tnejn tlaqna fl-istess żmien fl-2016, mill- banda l-oħra jien naħseb li għandi programm aktar realistiku," irrimarka Vassallo. Fl-aħħar nett huwa qal li s-saħħa tax-xogħol li jsir mill-klabbs Maltin huma l-enerġija tal-futbol lokali u li din l-enerġija trid tiġi trasferita fuq kull pitch ta' kull belt u raħal madwar Malta. "Jiena ma ġejtx hawn u tfajtha għal saqajha u għidt jekk nitla' tajjeb jekk ma nitlax ma ġara xejn. Nemmen fil-futbol Malti, nemmen li kapaċi mmexxi l-futbol Malti u li nieħdu l-MFA f 'pożizzjoni aktar għolja u ma nibqgħux maqsumin. Ninsew il-partiġjaniżmu u n-nepotiżmu u nikbru flimkien magħqudin biex naslu għal riżultat," temm jgħid il-kandidat għall-President tal-MFA. nemmen li kapaċi mmexxih' Jiena dort id-dinja u naf is-sitwazzjonijiet ta' pajjiżi akbar minna u li jinsabu agħar minna. M'iniex qed ngħid hekk biex inserrħu rasna u ma nagħmlu xejn, però din hi sfida kullimkien " Bjorn Vassallo