Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi għall-futbol bdiet minn meta kont għadni żgħir ħafna. Dejjem niġri wara l-ballun u nilgħab ma' ħija t-tewmi. Ta' seba' snin kont bdejt imbagħad fin-nursery ta' Pembroke Athleta. Minn hemm iltqajt ma' nies li kienu jagħmlu ħafna xogħol volontarju f 'dan il- klabb u rajt kemm il-futbol jgħaqqad nies u ħbieb. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma' Sirens FC? Jidher li hemm proġett interessanti u kumitat magħqud. Ninsab kuntent ħafna li se nkun parti mill-ewwel sena storika tagħhom fil-Premier u persważ li se nkunu qed nagħtu logħba lil kulħadd. Xħin tkellimt mal-kowċ u l-kumitat kienet deċiżjoni faċli għalija li ningħaqad mat-tim minn San Pawl il-Baħar! X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun bħala Tarxien Rainbows? Ovvjament jiena li mort f 'Jannar kellna l-aspettattivi li nsalvaw kmieni u nispiċċaw stabbli f 'nofs il-klassifika. Għalkemm kellna mumenti ta' diffikultà, salvajna mir-relegazzjoni u l-play-offs żewġ logħbiet qabel, waqt li rnexxielna naslu wkoll sal- kwarti-finali tal-FA Trophy kontra Balzan, tista' ssejjaħ dan l-istaġun sodisfaċenti. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Ngħidlek il-verità forsi qabel kont ngħid li idealment il-Premier f 'Malta għandu jkun bi 12-il tim. Biss meta tara naqra kif il-kampjonat Malti ġie deċiż bit-timijiet tal-aħħar tliet postijiet li fl-aħħar logħbiet rebħu lil dawk li kienu qed jiġġieldu għall-kampjonat u jagħtu "finale" attraenti għall-kampjonat Malti, sirt nemmen li anke b'14-il tim, kampjonat Malti huwa addattat. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Differenza hemm kemm fil-livell, kif ukoll fil-mod kif klabb iġib ruħu u jipprova jagħti lill-plejers il-massimu tiegħu biex iħossuhom li huma qegħdin fi klabb ta' livell għoli. Fil-klabbs ta' fuq, tibda tara li jkollok physical trainer, goalkeeper's coach u physio u ġieli anke masseur kuljum waqt li fit-timijiet ta' taħt dawn diffiċli li jkunu miegħek kuljum u jkunu biss darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa minħabba raġunijiet finanzjarji jew affarijiet oħra. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Naqbel kieku biss il-Malti jiġi trattat daqs barrani. Taqta' żewġ jew tliet klabbs li forsi jistgħu jaffordjaw barranin ta' livell, għax mhux imbilli tgħid iġġib 11-il barrani mbagħad ma jkunux ta' livell, issib klabbs li ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal- pagamenti u jgħidulek li barrani ħa jitħallas l-ewwel eċċ. Il-Malti għandu jkun stmat daqs il- barrani. Apparti hekk jekk għandha tiżdied tal-barranin, għandhom isiru restrizzjonijiet ta' kemm il-barrani, klabb Malti jista' jġib biex b'hekk ikun jista' jħares long-term sakemm jgħaqqad il-kwota tal-barranin, u mhux ikollok 10 f 'sena u ta' wara 10 oħra għax hemm tnaqqas il- konsistenza u tkun trid terġa' tibda mill-bidu. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Nemmen li qabel meta kienet barranin inqas, il-livell tal-barranin kien aktar għoli għax forsi paga ta' barrani li klabb ikollu f 'moħħu li jonfoq ikun imqassam fuq tlieta u mhux fuq sebgħa jew tmienja. B'hekk issa forsi jkollok sebgħa jew aktar barranin, il-livell tagħhom jista' jkun inqas minn meta kellna tlieta jew erbgħa. Però, grazzi għal dawn il- barranin li ħafna minnhom jiġu b'moħħhom mimli li jkunu trattati ta' professjonali, il-livell fit-taħriġ kif ukoll fil-logħob ta' plejer Malti jitjieb ftit jew wisq. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn ''Kuntent ħafna li se nkun parti mill-ewwel Cristian Antony Muscat Siraj Eddin Arab - talent żagħżugħ ta' Sirens FC u li għandu l-għan ewlieni li permezz tal-wirjiet tiegħu u ta' sħabu, Sirens FC, iżommu posthom mal-elite tal-futbol Malti jiġifieri fil-Kampjonat Premier għall-istaġun li ġej. Dan wara l-promozzjoni storika li kisbu għall-ewwel darba mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għall-Kampjonat Premier matul l-istaġun li għadda Huwa talent żagħżugħ ta' Sirsn FC u li għandu l-għan ewlieni li permezz tal-wirjiet tiegħu u ta' sħabu, Sirens FC, iżommu posthom mal-elite tal- futbol Malti. Beda jilgħab il-futbol fin-nursery ta' Pembroke Athlet meta kien għad kellu biss seba' snin. Ingħaqad ma' Sirens FC fil-ġimgħat li għaddew mingħand Tarxien Rainbows. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Balzan u Ħamrun Spartans. SIRAJ EDDIN ARAB Kienet deċiżjoni faċli għalija li ningħaqad mat-tim ta' San Pawl il-Baħar!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019