Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 minn Cristian Antony Muscat MATTHEW Spiteri - plejer importanti ta' Tarxien Rainbows u li l-istaġun li ġej se jkun it-tielet wieħed konsekuttiv għalih fil- Kampjnat Premier. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Jien minn dejjen inħobb il-futbol - minn mindu kelli erba' snin. Missieri kien joqgħod miegħi naraw il-logħob flimkien imbagħad maż-żmien qbadt nipprattikah u iktar kemm għadda żmien iktar irbatt qalbi ma' dan l-isport. X'tikkummenta fuq l-esperjenza passata tiegħek ma' Valletta u Tarxien Rainbows ? Jien esperjenza mal-Valletta bdejt mill-U10 u bqajt tiela' sakemm kelli ċ-ċans nitħarreġ mal-iskwadra tal- kbar. Esperjenza ma tantx għandi mat-tim ta' Valletta. Kemm tgħallimt minn din l-esperjenza? Għalkemm qatt ma ngħatajt iċ- ċans, xorta tgħallimt li m'għandi naqta' qalbi qatt u nibqa' naħdem għal dak li dejjem xtaqt. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Tarxien Rainbows? Dan kien it-tieni staġun tiegħi fil-Kampjonat Premier, għaddejt minn żminijiet sbieħ u koroh. Tarxien huwa klabb li laqagħni b'idejh miftuħa u vera ħassejtni 'home'. Bħala esperjenza li għaddej minnha qiegħed nitgħallem ħafna affarijiet ġodda, nimmatura f 'ċerti deċiżjonijiet u kif naffaċċja l-affarijiet. U fuq il-kowċ Josè Borg? Jien mal-kowċ Josè Borg għandi relazzjoni tajba fis-sens li jekk ikolli xi ħaġa fuq l-istonku jew hemm xi ħaġa li ddejjaqni nitkellimha mill- ewwel u viċi-versa. Lill-kowċ Josè nirringrazzjah taċ-ċans li qed itini u ta' kemm qed jemmen fija f 'dawn l-aħħar żewġ staġuni. Qed nieħu gost ħafna naħdem miegħu. Huwa bniedem li taf fejn qiegħed miegħu u dejjem jagħmel x'inhu l-aħjar għat- tim. Nitkellmu dwar l-istaġun s'issa ta' Tarxien Rainbows.X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun s'issa? Tarxien din is-sena kellna tim aħjar mis-sena l-oħra fl-opinjoni tiegħi. Ċerti affarijiet ġew kontrina u ma kellniex kontroll fuqhom. Ġieli ġie żmien fejn konna waħedna imma bqajna għaddejjin u din il- ħaġa li bqajna magħqudin għenitna li nsalvaw għal staġun ieħor. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Fl-opinjoni tiegħi naraha tajba. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva, hemm ħafna għalkemm rajna riżultati fejn ta' taħt rebħu kontra timijiet ta' fuq però xorta waħda hemm differenza kbira, kemm fl- ammont ta' flus li jintefqu, kemm fil- livell ta' barranin li jkollhom kif ukoll bħala stil ta' futbol li jintlagħab. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Avolja kontrija li ħa ngħid, iva naqbel magħha. Jien dejjem tgħallimt li biex titjieb u titgħallem dejjem trid tagħmilha ma' min hu aħjar minnek. Il-livell ta' barranin li jiġu hawn Malta jista' jkun ta' ġid għalina ż-żgħażagħ speċjalment. Dan jgħodd għall- mod ta' kif iġibu ruħhom fil-pitch u titgħallem ukoll xi affarijiet biex tagħmel il-ħajja iktar sempliċi. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Xi kultant jiġu barranin hawn Malta li ma jkunux ta' livell u sfortunatament jieħdu post ta' tifel. Problema li naraha fi klabbs Maltin xi kultant hi li jippreferu jilagħbu barrani mhux ta' livell biss biex tgħid li għandek barrani milli tifel li jkun qed jipprometi u jtik il-200% fil- grawnd. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat Premier? Hemm bżonn ta' 'upgrade' kbira fl-opinjoni tiegħi. Qed isiru wisq injuries hawn Malta u li qed ikissru sfortunatament it-talent Malti. L-Istadium Nazzjonali qiegħed perfett imma hawn ċerti grawnds li 18-il plejer joqgħod imdeffes u anke aċċess għal faċilitaijiet li jistgħu jkunu ta' għajnuna għall-klabb. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-aħħar staġun? Naħseb li r-referis dis-sena ma kinux daqshekk ħażin. Kulħadd jieħu żball fil-ħajja. Sfortunatament meta jieħu żball referì, jidher iktar ikrah però nemmen li xogħolhom qed jagħmluh sew. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċju li jrid jagħmel huwa kbir. Trid titgħallem taħdem għal rasek u tagħmel x'inhu l-aħjar għalik u ma tagħti kas ħadd. Tiġi f 'punt fil-ħajja fejn mingħalik ikollok hbieb imma ma jkunu xejn anzi meta jarawk li qed tirnexxi jippruvaw ikissruk. Tiltaqa' ma' nies li jidħku bik għax tgħid le għall-ħruġ tas-Sibt filgħaxija għax għandek il-logħob imma dak hu sagrifiċċju biex tasal. Titgħallem tgħid le u taħdem għal rasek, tara x'inhu l-aħjar għalik u l-importanti li temmen fil-kapaċitajiet tiegħek u ma taqta' qalbek qatt! Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħeku mal-futbol? Jien naħdem mal-Forzi Armati ta' Malta. Bħala xogħol dejjem irnexxieli nirranġa u jifhmuni jekk ngħidilhom li nkun irrid nitlaq kmieni għat- taħriġ. Mhux ħa jgħiduli le biex nieħu xi siegħa frank. Vera nsibha komda l-fatt li jkun hemm min jifhmek u jagħmel minn kollox biex jgħinek. Kif qed tħares lejn il-futur tieghek fil-futbol? Jien inħares dejjem fil-pożittiv u nipprova nitgħallem minn kollox. Jien issa dan il-pass għamiltu u l-istaġun li gej se jkun it-tielet wieħed tiegħi fil-Premier. Nixtieq li xi darba nirrapreżenta lil pajjiżi. Din hija x-xewqa tiegħi sa minn mindu kont żgħir - li xi darba nilbes il-flokk tan- nazzjonal. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Għal min għadu żghir, din biss ħa ngħidilkom - jien ta' 14-il sena ma kontx xi tifel li nissemma ħafna jew kelli isem. Ma kontx nibda mat-tim tal-Belt u dejjem kont inkun sostitut. Imbagħad ġiet sena fejn ridt il-bidla. Ridt li ma nibqax it-tifel li dejjem fuq il-bank u bdejt naħdem għal rasi, sena wara sena dejjem intejjeb il-livell tiegħi. Ma qtajt qalbi qatt. Missieri u ommi dejjem tawni s- sapport tagħhom. Ħdimt fuq li ħdimt wara l-iskola. Wara t-taħriġ immur niġri nagħmel eżerċizzji waħdi d-dar. Fil-weekend immur fil-grawnd naħdem. Fl-aħħar mill-aħħar ir-riżultat jasal, jekk taħdem fil-kwiet u ma taqta' qalbek qatt u temmen fik innifisek u fil- kapaċitajiet tiegħek, tasal żgur! illum Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 'Jekk temmen fik innifisek u fil- kapaċitajiet tiegħek, tasal żgur' Matthew Spiteri fl-azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019