Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

P ajjiżna għandu l-potenzjal straordinajru li matul is-sena kollha imma aktar u aktar fil-mitt jum tas-sajf, jattira kunċerti tal-aqwa livell u kwalità. Kunċerti b'kantanti ta' kalibru internazzjonali. Illum il-ġurnata m'għadniex nixxenqu biex ikollna f 'pajjiżna stess dawn it-tip ta' kunċerti. Bix-xogħol li qed isir fil-qasam kulturali, mhux biss qed ikollna minn dawn il-kunċerti matul is-sena kollha, imma fis-sajf qed ikollna prattikament kalendarju ppakkjat b'avvenimenti kbar u tal-ogħla livell. B'ħidma li ssir essenzjalment minn tliet ministeri – dak t'Għawdex, dak tat-Turiżmu u l-ministeru li jien responsabbli minnu, il-Ministeru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, qed naraw suċċess wara l-ieħor fejn jidħlu dawn il-kunċerti. Stabbilixxejna sensiela ta' attivitajiet tal-massa li jattiraw mhux biss udjenza lokali, imma wkoll it-turist li mhux biss ikun f 'pajjiżna u jieħu l-okkażjoni li jattendi għal dawn il-kunċerti u attivitajiet mużikali oħra, imma wkoll it-turist li jiġi pajjiżna apposta għalihom. Fis-settur kulturali rnexxielna wkoll noħolqu mix-xejn, brand ġdida - Festivals Malta - bl- għan li tibni fuq it-tajjeb li diġà kien sar, imma wkoll li tkompli toħloq niċeċ ġodda li jkomplu jagħtu opportunitajiet ġodda lill-artisti lokali imma wkoll tmexxi 'l quddiem il- qasam kulturali, arti, mużika u affarijiet kulturali oħra. Din hija l-missjoni tal- Ministeru: l-obbligu li nagħmlu sens kummerċjali, imma l-obbligu wkoll li nagħtu l-opportunità lill-artisti ġodda u dawk stabbiliti Maltin li jieħdu sehem f 'attivitajiet fuq livell internazzjonali. F'pajjiżna kien hawn għatx enormi fejn tidħol il-mużika rock. U dan ħdimna fuqu kemm fil-leġiżlatura ta' qabel u wkoll f 'din li ninsabu fiha, biex dan is-settur li jiġbed numru sostanzjali ta' entużjasti għal din it-tip ta' mużika, ukoll ikollhom in-niċċa tagħhom fuq livell professjonali. Il-ħafna dilettanti li hawn ta' dan il-ġeneru ta' mużika ġejjin minn kull livell tas-soċjetà Maltija. Kien hawn lakuna fejn jidħlu attivitajiet jew kunċerti tal-mużika rock. Għalhekk fl-2017 konna ħadna deċiżjoni li noħolqu festivals tar-rock f 'pajjiżna. Dik is-sena għamilna programm ta' ħames kunċerti li għalihom ġibna gruppi rinomati. B'investiment akbar, is-sena ta' wara konna ġibna aktar gruppi msemmija u rinomati f 'dan il-ġeneru ta' mużika. Għal din is-sena erġajna żidna l-baġit u b'investiment ta' kwart ta' miljun u b'ħidma koordinata rnexxielna nġibu, fl-opinjoni tiegħi, l-aqwa line up li kellna s'issa għal dawn il-kunċerti. Din hija aħbar tajba għal dawk kollha dilettanti li segwew bi ħġarhom dawn il-kunċerti. Tajjeb ngħid li f 'ġurnata minnhom kellna l-Isle of MTV li jattira l-eluf li kien qed isir il-Florjana u ftit passi 'l bogħod f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi kellna l-grupp li għandu following enormi – Dream Theater – b'sala ippakkjata – jagħti l-kunċert tiegħu. Imma l-isbaħ mhuwiex dan biss. L-isbaħ huwa l-parteċipazzjoni tal-bands Maltin f 'dan kollu. Għax hawnhekk tidħol ukoll aktar ħidma tal-Ministeru, dik li nkomplu nkabbru l-opportunità lill-artist lokali biex jesebixxi f 'kunċerti ta' livell internazzjonali. F'ħafna minn dawn il- kunċerti kien hemm supporting bands Maltin li b'wiċċi minn quddiem ngħid li qatt s'issa ma kellhomx l-opportunità li jkunu f 'kunċerti ta' livell spalla ma' spalla ma' bands internazzjonali rinomati. Imma dan mhux kollox. Permezz ta' aktar ħidma u investiment, qed ninċentivaw avvenimenti ta' natura rock matul is-sena kollha, fil-gżejjer Maltin. B'din il-ħidma rnexxielna f 'pajjiżna nibnu l-brand ta' kwalità, kemm jekk huwa rock, kif ukoll jazz. Illum il-Jazz Festival huwa rinomat sew u qed jiġbed it-turisti. Ngħid ukoll li jekk inti dilettant tar-rock, illum ukoll tistà tiġi f 'pajjiżna u tattendi wkoll għal kunċerti ta' kwalità. *** Għall-Ministeru, is-sajf ma jfissirx btala. Qed inkomplu għaddejjin bix-xogħol tagħna. Il-ħidma tal-Gvern biex ikompli jtejjeb lil pajjiżna u dejjem iġibu aktar 'il quddiem kull settur tal-pajjiż għall-ġid tal-poplu kollu. Għaddejjin liġijiet importanti ħafna fil-Parlament. L-Erbgħa għaddew mill-Parlament żewġ liġijiet importanti: tal-kera u dik tal-Avukat Ġenerali. Fil-liġi tal-Avukat Ġenerali dan il-Gvern ma qagħadx lura u mxejna. Minkejja li kienet ilha fuq l-aġenda ta' leġiżlazzjoniiet preċedenti għal żmien twil u qatt ma ttieħdet azzjoni dwarha. U għalhekk il- kritika mill-kamp oppost mhix ġusta meta kellhom 25 sena sħaħ u fuq din ma għamlu xejn. Dik li jaqsmu ż-żewġ irwoli tal- Avukat Ġenerali. F'din hemm differenza ċara. Leġiżlazzjonijiet ta' qabilna m'għamlu xejn, aħna wettaqnieha. X'inhuma l-punti saljenti ta' din il-liġi? Din il-liġi, minkejja l-kritika ta' min suppost jaf aħjar, hija pass 'il quddiem. Tajjeb li ngħidu qabel kollox li l-liġi ilha f 'Malta sa mill-1936. Bir-riforma issa l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali bħala prosekutur pubbliku ewlieni u bħala konsulent legali ewlieni tal-Gvern se jkunu separati u se jkunu mwettqa minn uffiċjali u minn istituzzjonijiet differenti u indipendenti minn xulxin. Fi kliem sempliċi dan ifisser li sa qabel tidħol fis-seħħ il-liġi, il-prosekuzzjonijiet – min jitressaq il-qorti, jiddeċidiha l-Kummissarju tal-Pulizija. Min ikun fil-kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija jinħatar mill-Prim Ministru u jista' jitneħħa mill- Prim Ministru. Issa d-deċiżjoni ta' min jitressaq il-Qorti mhux se jeħodha l-Kummissarju tal-Pulizija tal-ġurnata, imma l-Avukat Ġenerali. Issa l-Avukat Ġenerali, la darba jinħatar, ma tistax tneħħih jekk mhux biż- żewġ terzi. Din hija r-riforma, li nirrepeti kellu jkun dan il-Gvern li jagħmilha. Ir-riforma ewlenija apparti s-separazzjoni tar-rwoli, hija li l-poter tal-prosekuzzjoni issa ħa jmur għand persuna li ma jindaħallu ħadd – biex nuża kliem li jifhem kulħadd. Din hija rebħa kbira għad- demokrazija u pass ieħor 'il quddiem għas-Saltna tad-Dritt. Nirrepeti li dan huwa Gvern Riformista, ma jiddejjaqx jibdel, ma jiddejjaqx jirriforma u ma jħallix dak li jista' jagħmel billi jpoġġih fuq xkaffa, imma jaqbad u b'għaqal, jimplimenta. *** Żjara li dil-ġimgħa ħadt gost nagħmel hija dik f 'Tas- Silġ, Marsaxlokk. F'dan is-sit saru aktar skoperti bis-saħħa tal-iskavi attwali li għaddejjin bħalissa. Dan is-sit huwa wieħed mill- aktar siti arkeoloġiċi importanti f 'Malta, u possibbilment, fil-Mediterran Ċentrali. Matul iż-żminijiet, kemm il-Missione Archeologica ta' Malta u d-Dipartiment tal- istudji Klassiċi u l-Arkeoloġija fl-Università ta' Malta għamlu skavi estensivi f 'dan is-sit. Madankollu, mhux kull parti ġiet investigata. Fil-fatt parti minn dan is-sit li taqa' f 'din il-kategorija tissejjaħ 'ir-razzett' li bħalissa hemm l-għan li jiġi rrestawrat biex isir ċentru għall-viżitaturi. Dan iċ-ċentru se joffri l-possibbiltà biex il-viżitaturi jingħataw servizz aħjar meta jżuru s-sit. Se jkollu wkoll interpretazzjonijiet diġitali biex isaħħu l-esperjenza tal-pubbliku. Minħabba li r-razzett inbena fis-sit arkeoloġiku, kien meħtieġ li jiġu mifhuma l-fdalijiet arkeoloġiċi li forsi salvaw taħt l-art ta' din l-istruttura relattivament moderna. It- tifsira ta' skav bħal dan iżid fl-importanza tiegħu meta wieħed jiftakar li dan il-post ta' din l-istruttura jokkupa rokna ta' dan it-tempju li xi darba kien famuż. It-tempju Puniku għal Astarte li wara r-Rumani bidluh f 'post ta' qima għal Juno. L-iskav attwali qiegħed isir fir-razzett u madwaru. Għalkemm dan l-iskav għadu ma ġiex konkluż, it-tneħħija tal-art tar-razzett kixfet serje ta' artijiet u saffi ta' preparazzjoni, li jinkludu l-art ta' 2,000 sena tat-tempju ta' Astarte. Is-saffi marbuta maż-żminijiet ta' wara ta' din il-parti qegħdin jiġu skoperti wkoll u huma importanti wkoll, speċjalment biex nifhmu l-iżvilupp ta' din l-istruttura, wara li t-tempju pagan ġie abbandunat. Dan huwa wkoll xogħol li nwettqu biex inħarsu l-wirt rikk storiku tagħna u nippriservawh kif xieraq u noħolqu kalamita turistika oħra għan-Nofsinhar tal-pajjiż. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali illum | Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 18 Opinjoni OWEN BONNICI Malta: destinazzjoni ta' mużika rock bis-sens Ir-riforma ewlenija apparti s-separazzjoni tar-rwoli, hija li l-poter tal-prosekuzzjoni issa ħa jmur għand persuna li ma jindaħallu ħadd Il-grupp Dream Theatre f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019