Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi ILGAZZETTA ILLUM tkompli tiċċelebra l-festi f 'dan l-istaġun li issa jinsab fl-aqwa tiegħu. Din il-ġimgħa, il-festa li għażlet din il-gazzetta mhux qed tiġi ċċelebrata llum, iżda nhar it-Tlieta li ġej, is-16 ta' Lulju. L-ILLUM se tkun qed tiċċelebra mal-Beltin il-festa devota tal-Madonna tal- Karmnu li ta' kull sena tiġbed lejha mijiet ta' devoti. Kif qed tagħmel kull ġimgħa, l-ILLUM se tkun qed tesplora l-karatteristiċi li jagħmlu din il-festa unika. Għalfejn il-festa ma tiġix iċċelebrata l-Ħadd? Waħda mill-aktar karatteristiċi interessanti ta' din il-festa huwa l-fatt li din tiġi ċċelebrata fil-ġurnata propja tagħha. Dan ifisser li jiġi meta jiġi s-16 ta' Lulju, anke jekk fost il- ġimgħa, il-Karmelitani Beltin jiċċelebraw il-festa fil-ġurnata. Fi żmien, il-maġġoranza tal-festi kienu jiġu ċċelebrati fil-jum liturġiku tagħhom, iżda l-festa tal-Madonna tal- Karmnu fil-Belt hija waħda mill-ftit festi li baqgħu jiġu ċċelebrati fil-ġurnata. Fil-fatt, apparti l-festa tal- Karmnu, huma żewġ festi oħra biss li għadhom jiġu ċċelebrati fil-ġurnata tagħhom minkejja li dakinhar tkun ġurnata normali tax-xogħol. Dawn huma l-festi tas-Salvatur f 'Ħal Lija u dik ta' San Lawrenz fil- Birgu. San Pawl tal-Belt Valletta, San Ġużepp tar-Rabat, San Pietru u San Pawl fin-Nadur, il-maġġoranza tal-festi ta' Santa Marija, il-festi tal- Bambina u anke l-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla wkoll jiġu ċċelebrati fil-ġurnata tagħhom, iżda fil-każ ta' dawn il-festi, dakinhar tkun festa pubblika. 138 sena mill- inkurunazzjnoni tax- xbieha tal-Madonna tal-Karmnu Karatteristika oħra ta' din il- festa hija d-devozzjoni. Kollox beda mill-kwadru antik tal- Madonna tal-Karmnu meqjum b'tant għożża fis-Santwarju Karmelitan u li din is-sena sar fuqu xogħol ta' restawr u konservazzjoni mill-kumpanija ReCoop. Ta' min wieħed isemmi li l-festa tal-Karmnu hija t-tieni l-aktar festa f 'lokalitajiet differenti (wara Santa Marija) li tiġi ċċelebrata f 'Malta. Apparti l-Belt, il-Madonna tal-Karmnu tkun iċċelebrata wkoll fi Fleur de Lys, fil- Fgura, fil-Gżira, fil-Balluta, fl-Imdina, fiż-Żurrieq u anke fix-Xlendi. Mhux hekk biss, iżda ma tidħolx f 'belt jew raħal li fiha ma ssibx artal jew niċċa ddedikata lill-Madonna tal- Karmnu. Din id-devozzjoni kollha, nibtet minn dan il-kwadru antik, li l-Karmelitani kienu ġabu minn Sqallija mijiet ta' snin ilu. Tant kemm hi kbira d-devozzjoni, li kienet inħasset ix-xewqa fost il-Maltin li din ix-xbieha tkun inkurunata. Din ix-xewqa ntlaqgħet u x-xbieha ġiet inkurunata nhar il-15 ta' Lulju tal-1881. Din kienet l-ewwel xbieha f 'Malta li ġiet inkurunata b'digriet maħruġ mill-Kapitlu tal-Vatikan. Din il-wegħda li għamlu l-Maltin u l-Beltin għadha tkun imġedda kull sena b'ċelebrazzjoni li ssir bħal għada, il-15 ta' Lulju. Mijiet ta' devoti jimxu wara x-xbieha tal- Madonna tal-Karmnu Karatteristika oħra hija l-purċissjoni fejn matulha mijiet ta' devoti jimxu wara l-vara tal-Madonna tal- Karmnu, imlibbsa bil-labtu waqt li jitolbu t-talba tar- rużarju. Fil-fatt, din hija waħda mill- ftit festi f 'Malta fejn id-devoti jimxu wara l-vara, tant li l-ewwel parti tal-purċissjoni tkun f 'forma ta' pellegrinaġġ. Malli l-vara tal-Madonna tasal quddiem il-Kon Katidral ta' San Ġwann, din tittella' fuq iz-zuntier fejn tingħad it-talba supplika lill-Madonna tal-Karmnu u jiġi fi tmiemu l-pellegrinaġġ. Minn hemm, il-purċissjoni tkompli bil-forma tradizzjonali, bil-baned jakkumpanja l-vara bid-daqq ta' innijiet. Il-quddies isir quddiem il-vara tal-Madonna tal- Karmnu Min, matul dawn il-jiem, se jżur is-Santwarju Bażilika tal-Karmnu, se jinduna li quddiem il-vara tal-Madonna tal-Karmnu jintrama artal li jagħlaq lill-Madonna fil-mant li titpoġġa taħtu. Fil-fatt, dan huwa privileġġ li kien ġie mogħti lill-Komunità tal-Patrijiet Karmelitani tal-Belt mill- Vatikan meta kien ġie inkurunat il-kwadru. Apparti l-Belt, fl-Isla biss jintrama artal quddiem il-vara Inkurunata tal-Bambina. Bħal nhar it-Tlieta, jiġifieri f 'Jum il-Festa, il-quddies f 'dan is-Santwarju tibda mill-5:30am u tibqa' sejra kull nofsiegħa sa nofsinhar. Kważi l-quddisiet kollha, ħlief dawk l-aktar solenni, isiru fuq l-artal ta' quddiem il-vara. Festa magħrufa għax- xogħol ta' Karlu Darmanin Apparti s-Santwarju mżejjen u armat sa snienu, frott il- ħidma tal-voluntiera, matul dawn il-jiem, it-toroq tal-Belt Valletta jitlibbsu b'armar rikk, b'uħud minnu huwa antik li jmur lura ħafna snin. Fil-fatt, din il- festa hija 14 illum | Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 Festi Il-Kapitali tiċċelebra l-festa devota tal-Madonna tal-Karmnu Nhar it-Tlieta li ġej, il-Belt Valletta se tkun qed tiċċelebra lill-Madonna tal- Karmnu. Hija festa antika u mimlija tradizzjonijiet. L-ILLUM tinżel iddur it-toroq tal- Kapitali u tesplora dak li jagħmel din il-festa partikolari Ix-xbieha inkurunata tal-Madonna tal-Karmnu X'nafu dwar il-vara tal- Madonna tal-Karmnu? • Il-vara tal-Madonna tal-Karmnu hija t-tielet waħda li saret għall- Belt Valletta.L-ewwel vara, fl- 1657 kienet diġà bdiet tinħareġ f 'purċissjoni u t-tieni vara kienet irregalata lill-Komunità tal-Patrijiet Karmelitani tal- Balluta mill-Arċikonfratenità tal-Karmnu. • Il-vara preżenti saret fl-1781 u hija xogħol Vincenzo Dimech. Il-pedestall tal-fidda li sserraħ fuqu l-vara nħadem fl-1931 u sar fuq disinn ta' Abram Gatt. • Il-vara hija mżejna bi brillanti, deheb u djamanti, kollha mogħtija lilha b'wegħdi minn diversi devoti. Devoti jimxu wara l-vara tal-Madonna tal-Karmnu Wieħed mill-anġli mis-sett ta' Karlu Darmanin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019